Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Sports 34 Kif bdejt tilgħab il-futbol? Nista' ngħid li jien twelidt f 'dan l-isport minħabba li missieri kien plejer tal-futbol u spiss kont immur narah il-grawnd jilgħab. Dan kollu ħajjarni biex nibda nittrenja sa minn eta' żgħira u l-ewwel tim li lgħabt miegħu kien FK Belgrade. Dan kien iż-żmien tal-eks Jugoslavja u ż-żgħażagħ riedu jmorru bħala suldati għal sena. Wara dan iż- żmien, niftakar illi rnexxieli niffirma l-ewwel kuntratt tiegħi bħala plejer professjonali. Wara ftit żmien ġejt akkwistat minn Valletta fejn hemmhekk kellek ħafna suċċessi u kont l-idolu tal- partitarji Beltin.. Bla dubju illi għalija dawn kienu memorji ferm sbieħ. Valletta kienu tim verament tajjeb immexxija mill-president Joe Caruana Curran filwaqt illi l-kowċ kien Edward Aquilina. Il-qalba tat-tim kien magħmul minn plejers illi kienu jiffurmaw it-tim nazzjonali Malti, tliet barranin ta' kwalita' u diriġenti li kienu jaħdmu qatigħ sabiex Valletta jkomplu fit-triq tas-suċċess. Wara dan iż-żmien ma' Valletta, int erġajt mort il-Bulgarija... Iva fil-fatt kont għadni ġej minn suċċessi kbar ma' Valletta fejn irbaħt ħafna tazzi u saħansitra kont spiċċajt l-aqwa skorer f 'aktar minn okkażjoni waħda. Għalkemm kelli kuntratt ma' Valletta, kelli offerta mingħand Lokomotiv Sofia li ma stajtx nirrifjutaha. Ma' dan it-tim qattajt sentejn verament sbieħ tant illi fl-ewwel sena tiegħi spiċċajt it- tieni l-aqwa skorer fil-kampjonat. U wara xi żmien erġajt irritornajt Malta, din id-darba bil-flokk ta' Sliema Wanderers. Kellimna dwar din it-tieni esperjenza tiegħek f 'Malta. Hekk hu. Sliema Wanderers tawni ċ-ċans nerġa' nilgħab għal darb'oħra f 'Malta. Niftakar li kien ikkuntatjani s-sur Robert Arrigo fejn qalli li xtaq is-servizzi tiegħi u li ried jibni tim li jkun jista' jiġġieled għall-Kampjonat. Fl-ewwel sena tiegħi mal-Wanderers ma rnexxilniex nirbħu l-Kampjonat iżda lanqas it-trophy għax konna tlifna l-finali. Madankollu rġajt spiċċajt l-aqwa skorer tal-istaġun u kont kburi b'dak li rnexxieli nagħmel. It-tieni sena tiegħi kienet waħda ferm pożittiva hekk kif irnexxielna nirbħu diversi unuri fosthom il-kampjonat, it-Trophy u anke s-Super Cup. U wara din il-karriera brillanti, int iddeċidejt illi tkompli l-avventura tiegħek fil-futbol bħala kowċ.. Filfatt kien il-kowċ Slimiż ta' dak iż-żmien, Jeff Wood illi ħajjarni nibda kors ta' kowċing minħabba li skont hu jien kelli l-kwalitajiet kollha biex immexxi tim tal-futbol. Irnexxieli saħansitra nġib il-liċenzja A u bdejt nikkowċja l-minors ta' Sliema fejn wara xi żmien ingħaqadt ma' San Ġwann bħala plejer- kowċ. Segwew timijiet oħra bħal Floriana, Sliema, Tarxien, Mosta u St Andrews. Meta mort nipprova xortija barra minn Malta kelli ċ-ċans li nkun assistent kowċ ma' Lokomotiv Sofia kif ukoll mmexxi timijiet fil-Bahrain u Ċipru fejn hawnhekk stajt nara l-livell għoli li għandhom. Semmejt lil Ċipru. Dan huwa pajjiż żgħir bħal Malta pero' għamel qabża kbira fil-kwalita'. Għaliex Malta għadha ma rnexxielhiex tagħmel il-grad tagħha fil-livell? Fl-opinjoni tiegħi hemm ħafna raġunijiet. Waħda minnhom hija li l-klabbs f 'pajjiżna huma żgħar u mhux faċli li dawn jinvestu b'mod professjonali. Eżempju ta' dan ma nistgħux inqabblu l-budget tal-klabb kbir Ċiprijott ma' klabb kbir hawn Malta. Minkejja li ġejjin minn pajjiż żgħir, iċ-Ċiprijotti nvestew bil-kbir fil-logħba tal-ballun. Kull klabb ta' dan il-pajjiż għandu l-faċilitajiet tiegħu kif ukoll nies impjegati full time biex jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom. Kull plejer barrani illi jiġi jilgħab f 'Ċipru jista' jqis illi din l-esperjenza sservih bħala tarġa 'l quddiem biex jispiċċa ma' klabb iktar rinomat fl-Ewropa. Sfortunatament qabel ma' l-klabbs Maltin jinvestu b'mod professjonali, diffiċli illi jkun hemm titjib. Nitkellmu fuq St Andrews. Int ħadt ir-riedni tal-klabb f 'idejk proprju f 'nofs l-istaġun. Kemm kien diffiċli dan il-fatt? Ippruvajt nadatta kemm nista' tant illi ma domtx ma sibt posti ma' dan it-tim. Din qisha t-tieni dar tiegħi hekk kif diġà kelli esperjenza oħra ma' dan il-klabb. Iltqajt ma' xi diriġenti fejn spjegawli l-pjanijiet ta' St Andrews għat-tliet snin li ġejjin fejn fost l-oħrajn nixtru plejers barranin ta' livell, nintroduċu aktar żgħażagħ fit-tim u fl-istess ħin nimmiraw għal post fl-Ewropa fl- istaġuni illi jmiss. Tinsab sodisfatt mill-pożizzjoni ta St Andrews fil-klassifika? Meta dħalt immexxi lil St Andrews, dawn kienu jinsabu fil-post ta' qabel tal-aħħar żewġ punti biss qabel Pembroke. Ippruvajt inbiddel is-sitwazzjoni f 'dawn l-aħħar xhur u b'xi mod nemmen illi rnexxieli nagħmel dan. Tajt ċans lil xi plejers żgħażagħ jsibu posthom fit-tim u fl- istess ħin ippruvajt nimmotiva lill- plejers sabiex jemmnu fil-potenzjal tagħhom. Irnexxielna nirbħu konfronti diretti u nissorprendu b'punti li ġibna ma' timijiet bħal Valletta u B'Kara li tellgħuna skaluna 'l fuq fil-klassifika. B'xorti ħażina, minkejja l-logħob pożittiv mhux dejjem irnexxielna niġbru l-punti li xtaqna bejn minħabba sfortuna u bejn minħabba xi żbalji li swewlna qares. Semmejt liż-żgħażagħ. Fix-xhur li għaddew akkwistajtu lil Aidan Jake Friggieri illi qed ikun pedina ferm importanti għalikom... Qed nara lil Aidan bħala l-istilla ġdida Maltija minħabba t-talent kbir illi għandu hekk kif ifakkarni f 'Michael Mifsud meta kien beda ma' Sliema Wanderers. Aidan għandu dedikazzjoni kbira, b'karattru ferm soċjevoli u li dejjem lest biex jitgħallem. Għad għandu biss 19-il sena u jitjieb iktar jista'. Taqbel ma' kampjonat b'14-il tim f 'pajjiżna? Ma tantx naqbel magħha għax jekk trid tara titjib fil-livell ta' logħob għandek tnaqqas in-numru ta' klabbs fl-ogħla Kampjonat f 'pajjiżna aktar milli żżidhom. Madankollu dan iż-żmien qed inqisu bħal prova biex l-MFA tara kif se tmur b'dan in-numru ta' timijiet fil-Premier. Jien xorta naħseb li għad jiġi żmien illi n-numru ta' klabbs jerġa jonqos minħabba li l-qabża fil-livell ma tkunx seħħet biżżejjed. F'dak iż-żmien meta kont tilgħab hawn Malta, kien hawn ċertu livell ta' logħob. Minn dak iż-żmien 'l hawn s'issa taħseb li l-livell naqas jew żdied? Naħseb illi llum il-ġurnata, il- livell żdied xi ftit anke minħabba l-fatt illi żdiedu l-plejers barranin. Għalkemm wieħed jista' jammetti li dak iż-żmien meta kont nilgħab jien, kien hawn aktar talenti Maltin fejn nista' nsemmi lil Kris Laferla u Gilbert Agius li kienu jilagħbu miegħi mal-Belt. Dawn l-istess talenti dak iż-żmien kienu jiġu esposti għax ma tantx kien hawn plejers barranin. Int bħala kowċ ma tantx tħobb issemmi l-kontroll tar-referis f 'pajjiżna. Kien hemm xi partiti fejn forsi ġejtu mċaħħda minn xi deċiżjonijiet. X'tikkumentali? Jien nemmen illi referì huwa uman u għalhekk suġġett ukoll għal xi żball. Il-livell ta' refereeing Prolifiku bħala skorer Cristian Antony Muscat "Meta dħalt immexxi lil St Andrews, dawn kienu jinsabu fil-post ta' qabel tal-aħħar żewġ punti biss qabel Pembroke. Ippruvajt inbiddel is-sitwazzjoni f 'dawn l-aħħar xhur u b'xi mod nemmen illi rnexxieli nagħmel dan." "Pass pass, mingħajr għaġġla żejda kapaċi tasal biex tilgħab futbol fl-aqwa livell possibbli. Importanti illi tikkonċentra u tkun dedikat f 'dak li tagħmel sabiex issir plejer tajjeb. Emmen fil-kwalitajiet tiegħek biex tiżviluppa dejjem aħjar il-ħiliet tiegħek." Danilo Doncic - wieħed mill-aqwa plejers u skorers proliċi li qatt ġew jilagħbu f'Malta waqt li bħlissa qed jimpressjona bħala kowċ ta' St Andrews FC