Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Sports 35 hawn Malta mhux ħażin. Rigward ċerti deċiżjonijiet li forsi ttieħdu, nemmen illi t-tim tagħna għad m'għandux dik l-esperjenza biex jużaha f 'dan it-tip ta' sitwazzjonijiet. Tema oħra hija dik tal-korruzzjoni illi qed toħnoq il-futbol. Dan l-aħħar tfaċċa wkoll il-betting. X'taħseb dwar dan? Nemmen illi l-betting huwa l-kankru ġdid illi qed jeqred il- futbol madwar id-dinja. Illum il-ġurnata ħafna partitarji ġieli jispiċċaw jaħsbu ħażin minħabba li plejer partikolari jiżbalja gowl minn azzjoni. Taqbel mar-regola ta' seba' plejers barranin li jistgħu jilagħbu ma' kull tim fil-Kampjonat Premier? Hemm fejn naqbel u hemm fejn ma naqbilx biex ngħidlek il-verita'. Biex ngħidu kollox, fi klabb bħal St Andrews ma tantx togħġobni li jkun hemm ħafna plejers barranin minħabba li għandna nursery ferm tajba, b'ħafna żgħażagħ promettenti li kapaċi jagħmlu d-differenza. Tant hu hekk li jien ġieli nkludejt fl-iskwadra tiegħi, elementi mit- tim ta' taħt is-17-il sena. Min-naħa l-oħra, klabbs kbar bħal Valletta u Birkirkara fost l-oħrajn, għalihom dan huwa vantaġġ li jistgħu jinkludu aktar plejers barrranin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi appell liż-żgħażagħ illi qegħdin jaqraw din l-intervista Jien ngħidilhom illi pass pass, mingħajr għaġġla żejda kapaċi tasal biex tilgħab futbol fl-aqwa livell possibbli. Importanti illi tikkonċentra u tkun dedikat f 'dak li tagħmel sabiex issir plejer tajjeb. Emmen fil-kwalitajiet tiegħek biex tiżviluppa dejjem aħjar il-ħiliet tiegħek. skorer u abbli bħala kowċ Twieled -20 t'Awwissu 1969 s-Serbja. Huwa wieħed mill-aqwa plejers u skorers proliċi li qatt ġew jilagħbu f 'Malta. F'pajjiżna lagħab ma' Valletta u Sliema Wanderers. Bħala coach mexxa lil San Ġwann, Floriana, Sliema Wanderers, Tarxien Rainbows, Mosta u St Andrews. DANILO DONCIC Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017