Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Aħbarijiet U fit-tielet jum...qam mill-mewt Illum ħafna rħula madwar Malta jiċċelebraw jum l-Għid il-Kbir permezz tal-purċissjoni tal-Irxoxt, li toħroġ wara l-quddiesa tal- Għid ta' lgħodu u wara li f 'ħafna parroċċi jsir ukoll it-tberik tal- golli. Il-purċissjonijiet tal-Irxoxt madwar Malta, jattiraw mhux biss folol kbar ta' Maltin, iżda qegħdin isiru attrazzjoni kbira anke għall-barranin li jgħixu f 'Malta u għat-turisti li jinzertaw f 'pajjiżna żmien il-Għid. It-tajjeb hu li l-għażla mhux nieqsa għax fost il-ħafna rħula li joħroġu l-istatwa tal-Irxoxt wieħed jista' jsib lill-Birgu, Bormla u l-Isla, Ħal Qormi, r-Rabat, in-Naxxar, il-Mosta u Ħal Luqa fost oħrajn. Din is-sena l-ILLUM għażlet ritratt tal-Irxoxt tar-Rabat meħud mill-fotografu Stefan Stafrace. Wara l-purċissjonijiet tal-Irxoxt, ħafna familji jinġabru djarhom għall-ikla tal-Għid, li ħafna drabi tkun tradizzjonalment ħaruf. Għal dawk li żammew is-sawm matul ir-randan u anke ċċaħdu milli jieklu ħelu, f 'jum il-Għid ma jonqosx li jgawdu xi biċċa golla u xi naqra ċikkulata. L-Irxoxt tar-Rabat. Ritratt ta' Stefan Stafrace

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017