Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Minn Brussell 15 biżżejjed mill-Palazz tal-ħġieġ ta' Brussell tal-ħġieġ fi Brussell. Dr Greta Kissaun qaltilna li nnutat bil-ferħ li fejn tidħol l-leġislaturi tal-libertajiet ċivili Malta qiegħda fuq ta' quddiem. Min-naħa l-oħra Dr Anton Grech qal li biex tkun taf x'qed jinġema fl-Ewropa, wieħed irid imur Brussell meta suppost il-kontra l-Ewropa għandha tmur fil-pajjiżi twassal il-messaġġ tagħha. "Hemm bżonn li l-Ewropa toħroġ mill-bubble tagħha" qalilna l-psikjatra Anton Grech. Min-naħa l-oħra Dr Andrew Azzopardi qalilna li anke jekk wieħed isib x'jilmenta fuq l-Ewropa xorta jibqa' fatt li l-Ewropa hi esperiment fantastiku li tlaqqgħek ma' nies differenti u għalhekk hu esperiment importanti ħafna fid-dinja tal-lum. Qal ukoll li l-Ewropa għandha torganizza aktar seminars u laqgħat fl- Universitajiet fil-pajjiżi kollha Ewropej ħalli tkun qed tilħaq ħafna aktar mill- popli tagħha. Il-professuri universitarji qalulna wkoll li l-Ewropa għandha tieħu ħsieb li tagħti direzzjoni x'hemm bżonn ta' riċerka ssir minn kull università biex b'hekk ikunu jafu eżatt l-bżonnijiet vera. "Trid tindikalna r-riċerka" qaltilna l-kap tal- psikoloġija Greta Kissaun. Andrew Azzopardi qalilna li hemm bżonn li l-Ewropa għandha tara li n-nies ikunu jafu li qiegħdha hemm biex ittejjeb il-ħajja tal-popli tagħha u n-nies jaraw kif l-Ewropa qed tgħinhom. "Dan hu l-benefiċċju li se nieħdu magħna lura minn Brussell." Intervisti mal-protagonisti: "Iltqajt mal-Ewropa Soċjali ... kif qed tirrispondi għal tant sfi di" – Dr Andrew Azzopardi "Meta tiġi hawn tirrealizza kemm il-ħajja tagħna hi affetwata minn dak li jsir fi Brussell" – Il-Psikjatra Anton Grech "Hawn hu palazz li hu ftit inaċċessibbli għal ċertu nies" – Dr Dione Mifsud "KIENET inizjattiva li ħarġet biha l-fakultà li b'kollaborazzjoni sħiħa mal- MPE Miriam Dalli u Therese Comodini Cachia għamilna din l-istudy visit magħmula minn akkademiċi, studenti u anke amministraturi fejn ġejna hawnhekk biex nippruvaw nifhmu ftit aktar l-aġenda soċjali kif qiegħda tinħema hawnhekk fl-istituzzjonijiet Ewropej. Kellna ħafna laqgħat mal- gruppi politiċi, NGO's u lobby groups li qed jagħmlu x-xogħol li jikkumplimenta ħafna dak li qed nagħmlu aħna wkoll fil-qasam akkademiku. "Ir-relazzjonijiet u l-pontijiet li bnejna f 'dawn il-laqgħat kollha huma kruċjali. Stabbilejna 'networks' kif l-Ewropa qed tiġġestixxi din l-aġenda tant importanti u sensittiva fil-qasam soċjali. Iltqajt mal-Ewropa soċjali kif qed tirrispondi għal tant sfidi li għandna f 'dan is-settur. Importanti li mhux biss nieqfu fid-diskors u trattati, iżda li n-nies ikunu jistgħu jirrispondu għall- bżonnijiet tagħhom." "DIN kienet esperjenza x'inhi l-Ewropa u x'tagħmel l-Ewropa. Aħna meta naħsbu fl-Ewropa qisna naraw dik ix-xi ħaġa mbiegħda, iżda meta tiġi hawn tiddiskuti u titkellem tirrealizza kemm il-ħajja ta' kuljum hi affetwata b'dak li jiġri ġo Brussell. Laqtuni ħafna li l-laqgħat li kellna ma kinux biss ma' nies ta' pożizzjoni, iżda ltqajna ma' pressure groups u organizazzjonijiet u fhimt iżjed kif jittieħdu d-deċiżjonijiet hawnhekk. Hu proċess ta' djalogu u kbir u għalhekk forsi kultant l-Ewropa tidher li qed tkun 'slow' fid-deċiżjonijiet li tieħu. Aħna bħala Maltin irridu nkunu aktar preżenti f 'dawn id-diskussjonijiet għax fl-aħħar mill-aħħar id- deċiżjonijiet li jittieħdu jaffetwaw il-ħajja tagħna l-Maltin. "Minn din l-esperjenza ħadt li qed inħoss aktar il-polz tal- Ewropa. Ewropa li għandha d-diffikultajiet tagħha iżda għandha polz li għadu jħabbat sew. L-aktar ħaġa li tatni sodisfazzjon kienet li aħna ġejna bħala università u bla ebda rabta ma' politika partiġġjana u kienu żewġ membri parlamentari min-naħat opposti li għenuna biex ġejna. Iltaqgħu magħna fuq l-istess mejda, tkellimna fil- miftuħ bħala Maltin. Dan kien eżempju kif għandhom ikunu l-affarijiet." "ILCOUNSELLING hu professjoni fejn wieħed jgħin lill-persuna li qed tbati biex tgħin lilha nnifisha f 'mument diffiċli fil-ħajja tagħha. Il-fatt li ġejt hanwhekk kienet inizjattiva ta' min ifaħħarha ħafna. Nafu l-programmi tal-Ewropa, nafu fejn nistgħu nagħmlu riċerka li tista' tgħin anke l-mod kif aħna nifhmu l-problemi ġeneriċi li qed isiru f 'dan il-kontinent. Se mmur lura lejn Malta b'għarfien ġdid grazzi għal din l-inizjattiva li waħħdet iż-żewġ spettri tal-politiċi f 'pajjiżna. "Bla ebda dubju nistqarr li għalkemm naħdem fuq livell internazzjonali kien hemm affarijiet li ma kontx nafhom. Dan ifisser li xi ftit jew wisq dak li qed isir hawn mhux qed jasal għand in-nies. Il-fatt li kelli niġi jiena hawn biex insir nafhom u mhux bil-kontra tagħtina ftit l-idea li hawnhekk jista' jkun palazz li hu xi ftit inaċċessibbli għal ċertu nies. Ikun tajjeb li n-nies li qegħdin hawn ikunu jafu biha din biex jaħdmu li jkunu eqreb lejn in-nies, biex in-nies iħossu l-preżenza ta' dak li qed isir hawnhekk." L-Illum tintervista lill- akkademiċi Maltin dwar il-mawra fi Brussell

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017