Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Opinjoni 16 J ekk kien hemm bżonn ta' ċertifikat ieħor fil-bidla qawwija għall- aħjar li qed isseħħ fejn tidħol il-ġlieda kontra d-dewmien fil-Qrati, dina ġiet bil-pubblikazzjoni tal-Justice Scoreboard li ppubblikat il- Kummissjoni Ewropea nhar it-Tnejn li għadda. Dan il-Justice Scoreboard, li jieħu ritratt tal-qasam tal- Ġustizzja f 'kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea fis-sentejn ta' qabel, jagħti stampa ċara ta' fejn sejrin bħala pajjiż kemm mil-lat ta' numri, kemm mil-lat ta' kwalità u kemm mil-lat ta' indipendenza tal-Ġudikatura. Dan il-Gvern ħadem f 'kull qasam tas-settur tal-Ġustizzja, bil-prijorità numru wieħed tkun li jitkisser id-dewmien li kien qed itellef il-fiduċja ta' ħafna nies fil-Qrati ta' pajjiżna. Il-Justice Scoreboard li għadu kemm ħareġ jagħti stampa ċara kristall tal-avvanzi li għamel pajjiżna fil-qasam tal-Ġustizzja fejn jidħol id-dewmien. L-istatistika titkellem weħidha. Hemm baħar jaqsam bejn kif konna fl-2010 u fl-2012 u fejn aħna llum. Il-kawżi qed idumu inqas, il-clearance rate qed tissaħħaħ u l-ammont ta' kawżi pendenti qed jonqos minkejja t-tkabbir ekonomiku u ċirkostanzi oħra (bħall- kwistjonijiet tal-liġi tal-familja) li waħidhom iżidu l-litigji. Ta' sodisfazzjon partikolari kien il-fatt li, pereżempju, fejn tidħol l-effiċjenza tal-kawżi amminsitrattivi pajjiżna jinsab l-aqwa fl-Ewropa meta sa ftit żmien ilu kien proprju fl-aħħar post. Naħseb ħadd ma kien jobsor li b'ħidma ffokata kien se jirnexxielna li fejn jidħol id-dewmien fil-kawżi nsiru l-aqwa fl-Ewropa f 'kamp kruċjali tal-liġi ċivili iżda bis-saħħa ta' ħidma ffokata rnexxielna. Però r-riforma fil-qasam tal- Ġustizzja mhijiex biss il-ġlieda kontra d-dewmien iżda anke l-kwalità u l-indipendenza tal- Ġudikatura. Fejn tidħol il-kwalità kien ta' sodisfazzjon kbir għalija li ġejna l-ewwel fl-Ewropa fejn tidħol ir-rata ta' żieda ta' membri femminili fil- Ġudikatura. Din hija xi ħaġa li turi kemm dan il-Gvern jemmen fiż-żieda ta' nisa fl-iktar karigi importanti ta' pajjiżna: mhux bħala xi token gesture iżda għaliex verament għax nemmnu fir-rwol kruċjali li n-nisa jaqdu fis-soċjetà, mhux l-inqas fil-Ġudikatura. Infakkar li kien taħt din l-amministrazzjoni li nkitbet l-istorja meta kellna l-ewwel mara tippresedi ġuri kriminali. Xi ġurnali ffokaw fuq il-bżonn li nsaħħu iktar ir-relazzjoni bejn il-Qrati u l-mezzi tax-xandir. Jiena nilqa' b'idejja miftuħa d-dibattitu li jista' jkun hemm fil-pajjiż f 'dan is-sens u f 'dan id-dibattitu huwa kruċjali li nżommu f 'moħħna d-daqs tal-Qrati tal-pajjiżna u l-ħtieġa li l-ġudikanti jitħallew jagħmlu x-xogħol tagħhom b'serenità. Indipendenza tal-Ġudikatura L-indipendenza tal- Ġudikatura hija importanti daqs jekk mhux iktar mid- dewmien u l-kwalità tas- sistema ġudizzjarja għaliex hija l-pedament ta' kollox. F'dan il-Justice Scoreboard rajna riżultati pożittivi, speċjalment fejn tidħol il- perċezzjoni tal-indipendenza tal-Ġudikatura fost il- kommunità tan-negozju. Meta tagħsar issib li hawn maġġoranza fil-pajjiż li jemmnu li l-Ġudikatura hija indipendenti u din hija xi ħaġa importanti u b'saħħitha. Minn sentejn ilu 'l hawn, kif jaf kulħadd, għamilna emendi Kostituzzjonali bi qbil bejn iż- żewġ naħat tal-Kamra u li ġew imfaħħra mill-Organizzazzjoni Ewropea kontra l-korruzzjoni li komplew isaħħu l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura. Hija din il-bidla li qed indaħħlu f 'pajjiżna, bidla mill- qiegħ li minnha jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-ħidma tkompli Il-ħidma mhijiex se tieqaf hawn – kemm fil-kamp ċivili (li huwa l-focus ewlieni tal- Justice Scoreboard tal-Unjoni Ewropea) u kemm fil-kamp kriminali li huwa għal qalbna ħafna għaliex jolqot is-sigurtà ta' pajjiżna. Għamilna ħafna iżda daqstant ieħor fadal ħafna xi jsir. Se nkomplu naħdmu bla nifs biex inkomplu nwettqu d-differenza fil-ħajja tal- familji u n-negozji Maltin u Għawdxin fis-settur tal- Ġustizzja. Qasam delikat Il-qasam tal-Ġustizzja huwa wieħed delikat immens għaliex min-natura tiegħu jwassal biex xi ħadd joħroġ tellief u xi ħadd joħroġ rebbieħ u terġa', kif jaf kull avukat li pprattika l-Qorti, anke meta wieħed jirbaħ iħoss li ma rebaħx biżżejjed jew inkella li missu rebaħ qabel jew b'mod aħjar. Dan kollu jikkomplika ruħu meta jkun hemm kawżi jaħarqu li r-riżultat iħalli impatt anke politiku fejn partit jew ieħor jiġi affettwat. Mhux dejjem huwa faċli tikkonvinċi lill-bniedem tat-triq li meta wieħed ma jingħatax raġun mill-Qorti l-għaqal u l-maturità titlob li wieħed iżomm fiduċja sħiħa fir-retta amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Meta l-Gvern preżenti tilef kawżi jaħarqu quddiem l-ogħla Qrati ta' pajjiżna żamm ir-rispett li għandu jintwera u baxxa rasu quddiem id-deċiżjonijiet. Dan juri kemm dan is-settur huwa delikat forsi iktar minn setturi oħra u trid attenzjoni liema bħalha. Kundizzjonijiet aħjar għad- deputati Reġistraturi Kemm jien kuntent li fl- aħħar ġie ffirmat il-ftehim bejn il-UHM u t-tmexxija tal-Qorti li wassal biex, fost oħrajn, id-deputati Reġistrati gawdew minn titjib fil-kundizzjonijiet tal-impieg tagħhom. Jien konvint li bis-saħħa ta' dan il- ftehim iktar persuni se jitħajru jsiru deputati Reġistraturi u b'hekk se tiżdied l-effiċjenza u l-qasam ikompli jimxi 'l quddiem. Bl-istess mod li sptar ma jistax jimxi jekk ma jkollux infermiera tajba u struwiti hekk ukoll il-Qorti ma tistax timxi 'l quddiem jekk ma jkollux cohort b'saħħtu ta' deputati Reġistraturi. Grazzi minn qalbi lill- ħaddiema kollha tal-Qorti tax- xogħol importanti li jwettqu Puttinu Kemm kienet attività sabiħa dik li ttellgħet nhar il-Ġimgħa fuq Xarabank meta nġabret somma ta' iktar minn miljun Ewro li marret għal Puttinu. Din l-organizzazzjoni qed tagħmel xogħol imprezzabbli u l-poplu kollu jinsab grat għall- ġid kbir li jitwettaq. Grazzi minn qalbi tal- ġenerożità li wera l-poplu Malti u Għawdxi. L-Għid it-Tajjeb! Nawgura l-Għid it-Tajjeb lill-familji kollha Maltin u Għawdxin, lill-qarrejja ta' dan il-ġurnal u lill-istaff kollu tal- ġurnal ILLUM. Jalla dawn il-jiem kienu jiem sbieħ mal-għeżież tagħkom! OWEN BONNICI Dan il-Gvern ħadem f 'kull qasam tas-settur tal-Ġustizzja, bil-prijorità numru wieħed tkun li jitkisser id-dewmien li kien qed itellef il- fiduċja ta' ħafna nies fil-Qrati ta' pajjiżna Ġejna l-ewwel fl-Ewropa fejn tidħol ir-rata ta' żieda ta' membri femminili fil-Ġudikatura. Din hija xi ħaġa li turi kemm dan il-Gvern jemmen fiż-żieda ta' nisa fl-iktar karigi importanti ta' pajjiżna Malta l-ewwel fl-Ewropa fir-rata ta' żieda ta' membri femminili fil-Ġudikatura L-EU Justice Scoreboard: Ċertifikat ieħor B'saħħtu