Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848
ĠIMGĦA ilu ġew mtella l-Gozo Sports Awards fejn l-Isportivi, atleti u uffiċjali ġew mogħtija l-unuri li kien jixirqilhom. F'din is-serata li kienet organizzata b'mod mill-aqwa fejn attendew għaliha 'l fuq minn 200 persuna, ġew ippremjati l-aqwa atleti tas-sena. L-atletika fil-fatt iddominat din is-serata fejn l-aqwa tliet unuri ntrebħu minn dan il-qasam; il-Maratoneta Charlton Debono bħala L-isportiv tas-Sena, it- triatleta Felicienne Mercieca bħala l-Isportiva tas-Sena u l-uffiċjal tas-sena lil Paul Camilleri li hu l-fundatur tal-Athletix Club u għalliem u kowċ tal-atletika. L-unuri l-oħra ntrebħu minn Maria Farrugia, plajer tal-Futbol bħala żagħżugħa promettenti u Brandon Sultana li hu ċiklist bħala żagħżugħ promettenti. L-unur tat- tim tas-sena ngħata lit-tim femminili tal-futbol Għawdxi li spiċċa unbeaten fil-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni f 'Malta. Ingħataw ukoll Premijiet Speċjali lil Nicole Grima (Special Olympics), l-amministratur veteran sportiv Michael Angelo Camilleri għall-karriera sportiva tiegħu u lil Joe Bajada għall-ħidma kbira li huwa wettaq u għadu jwettaq fil- qasam sportiv għal iktar minn 45 sena. Barra minn dawn il- premjazzjonijiet, is-serata kienet imżewqa wkoll minn mużika mill-Band Għawdxija DCapital taħt it-tmexxija tas-Surmast Joseph Debrincat u bis-sehem tal-kantanti promettenti Għawdxin Jolene Samhan, Francesca Sciberras u Kelly Grima li taw interpretazzjoni ta' diski bl- Ingliż u anke bil-Malti li niżlu għasel ma' dawk preżenti. Interessanti l-fatt li Nathan Farrugia għamel preżentazzjoni dwar il-pixxina li se sa ftit xhur oħra se jibda x-xogħol fuqha u permezz ta' grafika kompjuetrizzata wera kif il-Kumpless sportiv tar-Rabat Għawdex se jinbidel f 'kumpless mill-isbaħ u jilqa' fih il-pixxina li tant ilha mistennija mill-Għawdxin. Fost il-persuni distinti preżenti għal din is-serata kien hemm il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, is-segretarju Parlamentari għall-anzjani u diżabilità, Justyne Caruana, is-segretarju Permanenti għal Għawdex, John Borg, iċ-Chairman tal- Gozo Sports Board, George Fenech u dak ta' Sport Malta Dr. Luciano Busuttil, u l-kapijiet eżekuttivi rispettivi ta' Gozo Sports Board u Sport Malta, Alvin Grech u Mark Cutajar. Is-segretarju Parlamentari għall-Isport, Chris Agius ma setax jattendi minħabba l-aċċident li kellu dan l-aħħar iżda bagħat messaġġ permezz tal-video conference li ntlaqa' tajjeb minn dawk preżenti fejn awgura lill-atleti kollha. Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Ministru Refalo ħabbar inizjattiva ġdida li dawk il-ġenituri li għandhom tfal u atleti li jieħdu sehem fl- iSpecial Olympics ser ikollhom ississudjati il-biljetti tal-Gozo Channel b'xejn bil-karrozza b'kollox biex ikunu jistgħu jniżżlu Malta lil uliedhom għat-taħriġ. Aħbarijiet 22 illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Gozo Sports Awards L-atletika tiddomina fl-għoti • Preżentazzjoni tal-pixxina li se tibda tinbena dalwaqt f 'Għawdex • It-traġitt bil-vapur lejn Malta se jkun b'xejn għal dawk Il-ġenituri li għandhom uliedhom jieħdu sehem fl -Ispecial Olympics John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Ir-rebbieħa: Sportiv tas-Sena:- Charlton Debono - Altetika Charlton Debono kien fl-aqwa forma fiżika matul l-2016 fejn ħareġ rebbieħ f 'kull maratona tal-5, 8 u 10 kilometri u nofs li ha sehem fihom, madwar 20 waħda fejn ukoll wettaq rekords ġodda f 'uħud minnhom. Fil-preżent għadu l-aqwa f 'Malta għal-long distance athlete. Ħa sehem f 'iktar minn okkażjoni waħda barra minn xtutna fosthom fin-Nofs Maratona ta' Valencia fi Spanja fejn spiċċa fit-33 post minn fost 13,000 maratonetta fejn waqqaf rekord Nazzjonali. Uffiċjal tas-Sena:- Paul Camilleri – Atletika Paul Camilleri matul l-aħħar sena kien involut f 'diversi inizjattivi fejn ikkoordina tournament Triangolari għal darbtejn li ospita 'l fuq minn disgħin atleta minn Malta kif ukoll minn Għawdex. Organizza ukoll avvenimenti atletiċi, kif ukoll huwa l-Head Coach tal-Athletix AC u jgħallem l-atletika fis-Saturday Club Day u matul il-ġranet tal-ġimgħa wara l-ħinijiet tal- iskola. Sportiva tas-Sena:- Felicienne Mercieca – Triathlon Felicienne Mercieca li matul il-karriera tagħha lagħbet kemm il-basketbol kif ukoll il-futbol, dan l-aħħar hija ffokat fuq it-Triathlon u f 'temp ta' sena saret waħda mill-aqwa Triatleti ġewwa Malta. Anke fil-qasam ċiklistiku, hija spiċċat fit-tielet post tal-kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial. Mercieca hija l-ewwel u l-unika tfajla Għawdxija li tieħu sehem fit-Triathlon u ġiet ippremjata bit-tielet post fil-Malta Triathlete tas-Sena għad-diversi suċċessi li kisbet. L-isportiv tas-sena Charlton Debono L-uffiċjal tas-Sena Paul Camilleri L-isportiva tas-sena Felicienne Mercieca