Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Aħbarijiet 23 Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum fl-għoti tal-unuri f 'Għawdex Żagħżugħ Promettenti:- Brandon Sultana – Ċikliżmu Brandon Sultana kiseb diversi suċċessi fil-qasam Nazzjonali taċ-Ċikliżmu fl-2016, fl-ewwel sena ta' parteċipazzjoni tiegħu. Huwa rebaħ it-titlu ta' Champion Nazzjonali ta' Malta tal-Junior tal-Mountian Bike, kif ukoll kellu suċċessi fit-tiġrijiet organizzati mill- Malta Cycling Federation fejn fil-Kampjonat tar-Road Race spiċċa fit-tieni post, filwaqt li f 'dak tat-Time Trial ikklassifika fit-tielet post. Rikonoxximent għal Karriera Sportiva:- Michael Camilleri L-imħabba ta' Michael Angelo Camilleri lejn l-isport trawmet u sabet żvog fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat fejn flimkien ma' sħabu, kienu jilagħbu l-futbol, table tennis, billiards u anke xi cross- country qasira. Fl-1956 irreġistra mat-tim tas-Salesian Youths, iżda wara żewġ staġuni ssieħeb ma' Victoria Hotspurs. Wara huwa beda jikkowċja lill-istess tim kemm dak tal-minors kif ukoll dak tal-kbar. Għamel żmien ġurnalista tal-futbol Għawdxi, kif ukoll beda jirrefja l-futbol tal-minors. Huwa serva wkoll fil-kumitat ta' Hotspurs fejn għamel snin bħala segretarju tal-klabb u membru tal-kunsill tal- GFA. Michael huwa wkoll l-awtur tal-istorja tal-klabb ta' Victoria Hotspurs. Premju Speċjali:- Nicole Grima (Special Olympics) Nicole Grima, tfalja ta' 14-il sena ilha għal dawn l-aħħar 12-il xahar titħarreġ ma' Special Olympics Malta. Hija tittrenja l-Għawm fil-pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, kif ukoll fl-Atletika u l-Futbol ġewwa l-gżira ta' Għawdex flimkien ma' atleti oħra ta' Special Olympics. F'Ġunju li għadda, għall-ewwel darba, Nicole ħadet sehem fi Special Olympics Malta National Games fejn ħadet sehem fl-isport tal-Għawm u rnexxielha tirbaħ żewġ midalji, dik tad-Deheb fil-25 metru Freestyle u l-midalja tal- Bronż fil-25 metru Backstroke. Nicole qed tħares 'il quddiem biex tkompli tgħolli l-livell tagħha b'iktar taħriġ speċifikat li tiddebutta fix-xena internazzjonali barra minn xtutna. Żagħżugħa Promettenti:- Maria Farrugia – Futbol Maria lagħbet ma' Gozo FC fejn rebħet il-kampjonat tan-Nisa tat-Tieni Diviżjoni tal-MFA u ngħatat l-Unur bħala l-Aħjar Player U/16 mill-Gozo Youth FA. Bħala unuri individwali hija spiċċat bħala l-Aqwa Skorer kemm fl-U/16, kif ukoll fit-Tieni Diviżjoni tal- MFA. Maria fis-sena 2016 ntgħażlet mat-tim Nazzjonali Malti tal-U/16 fejn ħadet sehem f 'diversi logħbiet fejn anke skurjat doppjetti kontra r-Rumanija u l-Montenegro. Tim tas-Sena:- Tim Feminili Għawdxi tal-Futbol It-tim tan-Nisa ta' Gozo FC spiċċaw champions tat-tieni diviżjoni bi 52 punt, 12 il-punt vantaġġ fuq Swieqi United. Huma lagħbu 18 il-partita fejn rebħu 17 u ġew draw fil-logħba l-oħra. B'hekk huma spiċċaw il-kampjonat bla telfa Apprezzament Speċjali:- Joe Bajada B'karriera sportiva ta' iktar minn 45 sena Bajada ta s-servizzi tiegħu bħala Referee tal-futbol, Match Inspector, Direttur ta' Tournaments Internazzjonali, Amministratur, Membru f 'diversi Bordijiet Sportivi u anke Kummissarju Elettorali tal-MFA. Huwa ppubblika diversi kotba dwar il-Futbol Għawdxi, kif ukoll Annwali tal-Għaqda Kittieba Sport. Serva għal għaxar snin bħala ċ-Chairman tal-Gozo Sports Board, kif ukoll kien f 'diversi Bordijiet tal-Kunsill Malti għall-iSport, tal-MFA u l-GFA. Ħa sehem f 'diversi seminars sportivi kemm lokalment kif ukoll Internazzjonalment. Kien onorat diversi drabi bħala l-Uffiċjal tas-Sena tal-GFA u mogħti l-Pin tad-Deheb mill-AIPS u sentejn ilu kien maħtur Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u delegat fil-European Cycling Union. Bajada fi Frar li għadda kien onorat bir-Rikonoxximent tal-Aħjar Sportiv Għawdxi waqt il-Malta Sports Awards. Joyce Farrugia, d-direttur li taħtha jaqa' l- Isport fil-ministeru ta' Għawdex tippremja lil Maria Farrugia Iż-żagħżugħ promettenti tas-sena Iċ-Ċerman ta' SportMalta Luciano Busuttil jippremja lir-rappreżentanta tat-tim Għawdxi tan-Nisa Iċ-Ċerman ta' SportMalta Luciano Busuttil jippremja lir-rappreżentanta tat-tim Għawdxi tan-Nisa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017