Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 16 ta' April 2017 24 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ix-xahar ta' April taħt iż-żodjaku ta' Aries se jipprovdilek li trid tagħraf tkun ċara dwar eżattament x'vera trid kemm fil-ħajja ta' madwarek u kemm fil-ħajja personali tiegħek , li int qed tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn, anzi taf qed tikkrea ċirku ta' negattività li mbagħad jista' jibda joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta' diffikultà madwarek li jaf jagħtik dik l-enerġija li int tieħu pożizzjoni li wara tagħraf kemm int tħossok ferm aħjar u hekk int għandek tibda tħejji lilek aktar għal dal li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Gemini. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ix-xahar ta' April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta' riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta' madwarek, wasal il-mument sabiex tagħmel xi ftit irtokki personalment, u grazzi għal dawn l-irtokki dawn għandhom iservuk sabiex int tkompli tikber, tissaħaħ u tagħraf aktar il-ħajja ta' madwarek, tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x'tagħti, tajjeb li tagħmel ftit meditazzjoni sabiex int tibda tħossok aħjar u hekk int għandek tibda tħejji lilek innifsek aktar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ix-xahar ta April li taħt iż-żodjaku għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta' konċentrazzjoni aktar fil-karriera tiegħek, huwa xahar fejn int trid ittejjeb il-ħidma ta' madwarek, tara x'hemm bżonn aktar li jkun viabbli għalik u dak li mhux naqqsu, huwa xahar li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera grazzi għal dan int tista' wkoll tagħraf issib aktar bilanċ fil-ħajja personali għalik dan jista' jkun ta' pass aktar stabbli li tagħraf tkun aktar bilanċjat sabiex int tħejji lilek aktar aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Leo. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ix-xahar ta' April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta' sfida sabiex tagħraf il-valur ta' madawrek , jista' jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek, għalhekk dan huwa dak ix-xahar fejn int għandek iċ- ċans kollu sabiex din is-sitwazzjoni tirranġaha u meta se tgħaqqad kollox se tagħraf kemm tista' tkun aħjar fil ħajja tiegħek meta tapprezza dak li hemm madwarek. Agħraf dan sabiex int tħejji lilek innifsek aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Virgo. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Ix-xahar ta' April li taħt iż-żodjaku għalik sejjer ikun dak ix-xahar li int sejjer tagħraf aktar il-ħajja spiritwali ta' madwarek, jiġiferi jekk forsi ilek ma tkun iffokat spiritwalment, dan ix-xahar sejjer ikun dak ix-xahar li jagħtik motivazzjoni kemm fil-ħajja bħala uman u kemm bħala ħajja spiritwali, ħabib li sejjer tiltaqa' miegħu sejjer jagħtik aspirazzjoni aktar f 'dan ir-rigward, dan ikun pass pożittiv għall-ħajja ta' madwarek sabiex int tħejji lilek aktar aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Libra. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ix-xahar t' April li taħt iż-żodajku ta' Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar ta' deċiżjoni ta' bidla fil-karriera tiegħek sejra tkun deċiżjoni verament iebsa li int se tagħmel imma fl- aħħar mil-aħħar din sejra mbagħad tiftaħlek bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin, issa se tara kemm int kapaċi tibni karriera tibni ħajja aktar immexxija minnek u mhux il-ħajja tkun adatta għalik minn ħaddieħor, tibżax minn dan il-pass għax ħa tkun aktar stabbli minn qabel u hekk int tħejji lilek nnifsek aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Saggitarius. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Ix-xahar t' April li taħt iż-żodajku ta' Aries għalik sejjer ikun dak ix-xahar fejn sejjer jistumilak fit- tmexxija għaqlija li int tant magħruf għalija, dan ix-xahar sejjer jagħtik dil-fortuna li jista' jkun kienet naqset xi ftit minn madwarek sabiex tagħraf aktar tmexxi lilek lejn dak li huwa verament ta' bżonn għall- ħajja tiegħek, jekk kont xi ftit inċert dwar dan issa dan ix-xahar sejjer jerġa' jagħtik dik il-qawwa li tagħraf timxi kif tixtieq int sabiex hekk int tħejji lilek innifsek aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Scorpio. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Ix-xahar t'April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik li taqa' taħt din l-istilla fil-jiem li ġejjin ħa ssib quddiemek fixkla li jekk int ma tagħrafx tikkontrolla taf tikkundizzjonalek il-ħajja ta' madawrek l-aktar imma fejn tidħol l-imħabba għalhekk trid tagħraf mill-ewwel tilqa' għal dan, għalkemm int se taħseb li din mhux sejra tkun xi sitwazzjoni kkumplikata imma filfatt sejra tkun, ovvjament kollox jibda sabiħ! Teriqx imbagħad tipprova ssalva u hekk int tħejji aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Taurus. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ix-xahar t'April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik li taqa' taħt din l-istilla huwa mument ta' kif se ġġib ruħek mal-ħbieb tiegħek u dawk kollha li huma b'xi mod imdaħħlin fil-ħajja tiegħek, issa wara taqliba li int għamilt madwarek issa ovvjament trid tagħraf kif int sejjer tkompli din it-taqliba ma' dawk kollha ta' madwarek, tajjeb li tkompli tanalizza fejn hemm bżonn sabiex tkompli ssaħħaħ din it-taqliba imma wara dan kollu kun prudenti sabiex int tħejji aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Gemini. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Ix-xahar ta' April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik li taqa' taħt din l-istilla huwa mument ta' riflessjoni profonda fuq direzzjoni li int trid żgur tieħu f 'dawn ix-xhur li ġejjin, issa jekk int m'intix se tagħraf tkun kawta fil-ħajja ta' madwarek jaf ikollok riflessjoni ta' negattività li żgur bħalissa mhux il-mument li int għandek bżonn, agħraf l-importanza ta' dak li ridt jitwettaq issa li kważi wasalt, tħarbatx kollox fl-aħħar ftit li baqa' sabiex int tħejji aħjar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Cancer. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Ix-xahar ta' April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik li taqa' taħt din l-istilla huwa perjodu ta' lil min se tafda l-aktar f 'dan il-mument li int bħalissa tinsab fih, għalkemm fil-passat ġarrabt meta int fdajt għalhekk bħalissa qed tinholoq sitwazzjoni li trid tevalwa lil min vera għandek tafda, ovvjament fejn tista' timxi waħdek dan huwa l-aħjar li tista' tagħmel imma fejn ma tistax trid tagħmel analiżi ftit profonda sabiex tagħraf tkun gwidata aktar u hekk int tħejji aktar lilek innifsek għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Aries. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Ix-xahar ta' April li taħt iż-żodjaku ta' Aries għalik li taqa' taħt din l-istilla huwa mument fejn trid tagħraf aktar kemm lilek u kemm ir- responsabbiltà li int għandek madwarek, dawn iż- żewġ sitwazzjonijiet bħalissa toħħshom xi ftit iebsin imma taqtax qalbek wara li tgħaddi din il-fażi se tagħraf kemm kien għaqli li int bqajt tagħraf lilek innifsek u żammejt kawta għal dak kollu li kien għaddej, dan ovjament sejjer ikompli ikabbrek aktar u hekk int tħejji aktar lilek innifsek għal dak li ġej taħt Taurus Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'April se timlik b'kuraġġ ġejja minn Pisces. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Kompetizzjioni : X'jismu l-Ktieb il-ġdid ta' PaulJon ? L-ewwel 7 risposti tajba jingħataw xahar b'XEJN il- gazzetta ILLUM Tweġibiet għandhom jintbagħatu B'SMS fuq 99013600 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon madwarek, tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x'tagħti, tajjeb li tagħmel ftit meditazzjoni sabiex int tibda tħossok aħjar u hekk int għandek tibda tħejji lilek innifsek aktar għal dak li ġej taħt Taurus. Kuluri L-akt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Fl- okkażżjoni tal-Għid min jordna l-Ktieb illum jingħata 20% skont mill- prezz. Għal aktar informazjioni ċempel fuq 99013600 Nixtieq nawgura lill-Qarrejja u familijari tagħkom l-Għid it-tajjeb L-isbaħ xewqat mingħand PaulJon.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017