Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Hibernians ........................ 2 Gzira U .............................. 0 HIBERNIANS komplew jersqu iktar viċin ir-rebħ tal-kampjonat b'rebħa konvinċenti ta' 2-0 guq Gzira United. Kienu Hibernians li ħarġu fuq l-offensiva meta wara biss nofs minuta, xutt ta' Johann Bezzina minn barra l-kaxxa ġie devjat f 'korner minn Jurgen Borg. Il-Pawlisti komplew jattakkaw u fil- ħames minuta, xutt ta' Gilmar da Silva Ribeiro mill-viċin ġie maqlugħ minn fuq il-linja minn plejer tal-Maroons. Huma komplew jagħfsu u fil-11-il minuta meritatament fetħu l-iskor meta Jurgen Degabriele għadda tajjeb lejn Jorge Pereira Da Silva li avvanza tajjeb u minn quddiem Jurgen Borg tefa' l-ballun fix-xibka. Tliet minuti wara l-istess Jorge Pereira da Silva seta' rdoppja l-iskor għall-Pawlisti meta cross-shot tiegħu ġie mdawwar f 'korner bi bravura minn Jurgen Borg. Hibernians - bla dubju l-aqwa team f 'din l-ewwel taqsima komplew jattakkaw u fit-32 minuta Jurgen Degabriele avvanza tajjeb fil- kaxxa qabel ra lill-goalkeeper Jurgen Borg isalva tajjeb. Gzira United wieġbu għall- ewwel darba fl-34 minuta permezz ta' Louis Rene Zome li ttanta xortih permezz ta' xutt mill-viċin iżda l-goalkeeper internazzjonali ta' HIbernians Andrew Hogg dawwar il-ballun f 'korner. Fid-39 minuta, Hibernians irduppjaw l-iskor permezz ta' xutt potenti mid-distanza ta' Gilmar Da Silva Ribeiro li ma ta l-ebda ċans lil Jurgen Borg. Kien biss fit-72 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota fit-tieni taqsima meta freekick insidjuż ta' Clayton Failla għadda ftit barra. Fit-78 minuta Gzira United qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 players hekk kif tkeċċa għalihom il- plejer Louis Rene Zome wara li deher jagħmel ġest anti-sportiv fil-konfront ta' Clayton Failla. Hibernians Hogg, Lima, Soares, Dias, Degabriele (Momodou 80'), Kristensen, Bezzina (Vella 79'), Agius, Failla, Ribeiro Da Silva, Pereira Da Silva (Boljevic 85') Gzira U. Jurgen Borg, Jacob Borg, Gatt Baldacchino, Diamoutene, Azzopardi, Adeshina, Zome, Avila Perez (Falzon 66'), Reyna, Scerri (De Queiroz Machedo Neto 66'), Conti Referi Stefan Pace GILMAR DA SILVA RIBEIRO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-LOgħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni gowl għal Hibernians f 'din il-partita. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li qatt ġew jilagħbu f 'Malta. Hibernians dejjem aktar viċin ir-rebħ tal-Kampjonat Carlos Alejandro Reyna jipprova jgħaddi minn bejn Marcelo Dias u Jorge Pereira Da Silva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017