Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Sports 28 Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Balzan ..................... 2 St Andrews. .............. 1 BALZAN kisbu rebħa drammatika b'disa' plejers biex irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil St Andrews bl-iskor ta' 2-1. Huma wettqu ħames tibdiliet mit-tim li tilef bl-iskor ta' 3-1 kontra Birkirkara hekk kif Christian Cassar, Clive Brincat, Terence Agius, Milos Lepovic and Lydon Micallef ħadu post Ivan Janjusevic, Dylan Grima, Anderson de Barros, Alfred Effiong u Matteo Piciollo. Min-naha l-oħra, għal St. Andrews, irritorna l-goalkeeper żagħżugħ Jake Galea bejn il-lasti. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta' mingħajr gowls, Balzan irnexxielhom jiftħu l-iskor fit-62 minuta meta wara li rċieva minn freekick mix- xellug ta' Terence Agius, Bojan Kaljevic mil-viċin tefa' l-ballun ġewwa. Ħames minuti minn tmiem il-partita St Andrews setgħu ġabu l-iskor indaqs meta rebħu penalty hekk kif Dale Camlleri twaqqa' fil-kaxxa minn plejer ta' Balzan, iżda mill-11-il metru Ivan Edgardo Paz tefa' l-ballun inkreddibilment għoli. Madankollu tliet minuti fil-ħin miżjud, is-Saints rebħu penalty ieħor meta Bruno Giglio de Oliveira waqqa' lill-plejer tas-Saints fil-kaxxa fejn l-istess plejer ta' Balzan tkeċċa permezz ta' karta ħamra dtetta. Mill-11-il metru nkariga ruħu ruħu l-captain Joseph Farrugia li ma żbaljax. Iżda l-partita kienet għadha ma ntemmitx hawn hekk kif żewġ minuti biss wara Balzan skorjaw il-gowl tar-rebħa meta wara li rċieva minn assist mil-lemin ta' Abdelkarm Nafti, Elkin Orlando Serrano Valero tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' St Andrews, Jake Galea. Ftit wara Balzan spiċċaw jilagħbu b'disa' plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Ryan Fenech permezz ta' karta ħamra diretta wara xi rimarki li għadda fil- konfront tar-referi Fyodor Zammit. Balzan Cassar, Giglio de Oliveira, Da Silva Souza, Lepovic (Piciollo 57'), Fenech, Brincat, Bezzina, Kaljevic (Effiong 76'), Micallef (Nafti 82'), Agius, Serrano Valero St Andrews Galea, Bong Won Che (Belacevic 77'), Kesinovic, Johnson, Pena Beltre, Camilleri, Farrugia, Paz (Walker 86'), Kastrevec (Okon Udoh 71'), Friggieri, Nwoko Referi Fyodor Zammit BOJAN KALJEVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Huwa l-aqwa skorer tal- Kampjonat BOV Premier bi 23 gowl. Huwa fost l-aqwa plejers li jimmilitaw fl-istess Kampjonat. Balzan jiksbu rebħa drammatika b'disa' plejers Dale Camilleri jipprova jaqbeż lil Bruno Giglio De Oliveira

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017