Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat PembrokeA .................1 Tarxien R ....................1 FILKONFRONT bejn Pembroke Athleta u Tarxien Rainbows irrenja bilanċ assolut hekk kif dawn iż-żewġ timijiet temmew ilk-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Dan il-punt miksub ftit li xejn sewa' lil Pembroke Athleta fit-tentaattiv tagħhom li fi tmiem l-istaġun jevitaw ir- relegazzjoni għall-Ewwel Diviżjoni. Wara t-telfa xejn mistennija kontra Mosta, ir-Rainbows wettqu erba' tibdiliet hekk kif Philip Schranz, Emerson Marcelina, Ebiabowei Baker u Sacha Borg ħadu post Andrea Cassar, Andrew Agius, Dylan Micallef u Kurt Zammit li kien sospiż. Pembroke Athleta ukoll wetttqu erba' tibdiliet hekk kif Argyrs Roppas, Sunday Eboh, Daniane Jawad u s-sospiż Tonci Radovnikovic tilfu posthom għas-spejjeż ta' Matthew Calleja Cremona, Ugochukwo Akuta, Emmanuel Naatey u Tyron Fenech. Pembroke Athleta irnexxielhom jiftħu l-iskor fit-63 minuta meta Ebiabowei Baker twaqqa' fil-kaxxa minn Stevan Racic biex mill-11-il metru l-istess attakkant Serb Stevan Racic ma żbaljax. Madankollu, fl-74 minuta ir-Rainbows ġabu l-iskor indaqs grazzi għall-penalty ta' Ayrton Azzopardi wara li Zoran Levnaic waqqa' lil Alex da Paxiao Alves fil-kaxxa. Pembroke Athleta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers erba' minuti minn tmiem id-90 minuta meta d-difensur Iraklis Roppas tkeċċa mir- referi Glen Tonna wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Pembroke A. Calleja Cremona, Falzon, Attard, Racic, Borg, Levnaic, Roppas, Nagaoka, Akuta, Naatey, Fenech. Tarxien R. Schranz, Baker, Brincat (Agius 75'), Marcellina, Galea, Ponce de Leon Garcia, Nilsson, Azzopardi (Micallef 75'), Da Paixao Alves, Tabone, Borg Referi Glen Tonna ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Dan huwa t-tieni staġun tiegħu ma' Tarxien Rainbows. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li jilagħbu fil- Kampjonat BOV Premier. Bilanċ assolut bejn Pembroke u Tarxien Che Bong Won jirbaħ il-ballun minn fuq Matthew Tabone Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017