Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Sports 30 KELLU jkun gowl fis-97 minuta ta' Cristian Zapata li ta draw drammatiku ta' 2-2 lil AC Milan kontra Inter fid-Detby tant mistenni msejjaħ Della Madonnina. Il-gowl l-ieħor għar-Rossoneri wasal minn Romagnoli waqt li Icardi u Candreva skorjaw iż-żewġ gowls għan-Neroazzurri. Cagliari ġewwa darhom fi Stadio Sant'Elia għelbu lil Chievo Verona bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Marco Borriello, Marco Sao u doppjetta ta' Joao Pedro. Fiorentina ġewwa darhom fi Stadio Artemio Franchi sfaw megħluba minn Empoli meta ġew megħluba bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għal Empoli jaslu minn Omar El Kaddouri u minn penalty ta' Manuel Pasqual propju fid-90 minuta. Fl-istess minuta tkeċċa l-player ta' Fiorentina Nikola Kalinic permezz ta' karta ħamra diretta. Intant, il-gowl għal Fiorentina wasal minn Cristian Tello Herrera fl-64 minuta. Genoa u Lazio temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għal Genoa jaslu minn Giovanni Simeone u minn Goran Pandev. Min-naħa l-oħra ż-żewġ goels għal Lazio waslu minn Lucas Biglia u Luis Alberto. Juventus barra minn darhom għelbu lil Pescara bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Gonzalo Higuain. Roma u Atalanta temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Roma jasal minn Edin Dzeko waqt li kienu Atalanta li fetħu l-iskor pemrzz ta' Jasmin Kuric fit- 22 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn Torino u Crotone fejn kien Andrea Belotti li fetaħ l-iskor għall- Granata fis-66 minuta permezz ta' penaltym waqt li Simmy Nywankwo ġab l-iskor indaqs għal Crotone fil-81 minuta. Intant, Palermo u Bologna temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Tottenham Hotspur ikomplu jitfgħu iktar pressjoni fuq Chelsea TOTTENHAM Hotspur komplew jitfgħu iktar pressjoni fuq Chelsea hekk kif ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil AFC Bouremouth bl- iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Moussa Dembele, Heung- Min Son, Harry Kane u Vincent Janssen. Crystal Palace u Leicester City temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 bil-gowls għal Crystal Palace jaslu minn Yohan Cabaye u Christian Benteke waqt li l-gowls għal Leicester Cuty waslu minn Robert Huth u Jamie Vardy. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Phil Jagielka, Romelu Lukaku u minn awto-gowl tal-plejer ta' Burnley, Ben Mee. Min-naħa l-oħra l-awtur tal-uniku gowl għal Burnley kien Sam Vokes minn penalty fit-52 minuta. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil Hull Cuty bl- istess skor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Marko Arnautovic, Peter Crouch u Xherdan Shaqiri, waqt li l-gowl uniku għal Hull City wasal minn Harry Maguire fil-51 minuta. Sunderland u West Ham United temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għal Sunderland jaslu minn Wahbi Kahzri u Fabio Borini waqt li l-gowls għall-Hammers waslu minn Andre Ayew u James Collins. Ta' nota huwa l-fatt li l-Hammers spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta fid-90 minuta tkeċċa għalihom il-player Sam Byram wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' 20 minuta. Watford ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Swansea City bil- gowl għalihom jasal minn Etienne Capoue fit-42 minuta. Delle Alli jabqeż lil Harry Arter RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 15 t'April Tottenham H. vs AFC Bournemouth 4-0 Crystal Palace vs Leicester C. 2-2 Everton vs Burnley 3-1 Stoke City vs Hull City 3-1 Sunderland vs West H. United 2-2 Watford vs Swansea City 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 16 t'April 14:30 WBA v Liverpool 17:00 Manchester U. vs Chelsea It-Tnejn 17 t'April 21:00 Middlesbrough vs Arsenal RIŻULTATI Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 15 t'April Inter vs AC Milan 2-2 Cagliari vs ChievoV. 4-0 Fiorentina vs Empoli 1-2 Genoa vs Lazio 2-2 Palermo vs Bologna 0-0 Pescara vs Juventus 0-2 Roma vs Atalanta 1-1 Torino vs Crotone 1-1 Gowl drammatiku ta' Zapata fil-ħin miżjud jagħti punt prezzjuż lil AC Milan Zapata jiskorja l-gowl tad-draw għal AC Milan fis-97 minuta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017