Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 16 ta' April 2017 | illum Sports 31 Ritratt: www.juventusclubmalta.com Żjara ta' suċċess għal Iuliano u Amoruso f 'Malta ISSIBT 8 ta' April 2017 hi ġurnata oħra li se tibqa' mfakkra fl-istorja tal-Juventus Club DOC Vero Amore (Malta 1975) hekk kif il-membri setgħu jiltaqgħu fis-sede tal-klabb ma' Nicola Amoruso u Mark Iuliano. F'diskorsi tal-okkażjoni, il-mistednin speċjali sostnew li baqgħu sorpriżi bil-merħba li ngħataw, bil- professjonalità tal-klabb Malti u anki bis-sbuħija ta' Malta. "Ninsabu ġenwinament grati għall- merħba eċċezzjonali li ngħatajna minn dak il-Club fost l-aktar antiki ta' Juventus. F'dawn il- jumejn missejna b'idejna l-imħabba tagħkom lejn Juventus," qal Amoruso. Fuq l-istess linji tkellem Iuliano, li żied: "Qatt ma ħsibt li se niġu fi klabb daqstant organizzat. Is- supporters organizzati fi Club huma l-qofol ta' tim bħal Juventus li sena wara l-oħra qed ikompli jagħmel dak li Juventus jafu jagħmlu, jiġifieri jirbħu. Eks-sħabna tal- passat kellmuna dwar dan il-klabb u qalulna kemm jieħdu pjaċir minn żmien għall-ieħor jirritornaw Malta. Issa qed nifhmu għalfejn." Ninsabu konvinti li Amoruso u Iuliano se jġorru magħhom memorji mill- isbaħ ta' dawn il-jumejn li qattgħu Malta. Nicola Amoruso u Mark Iuliano imkien ma' Joe Fenech Luxol u Floriana jikkontestaw il-Finali tal-Kampjonat BOV Basketball BUPA Luxol u Floriana MCP Car Parks se jikkontestaw il-finali tal-Kampjonat BOV Baskitbol li se tintlagħab fuq bażi ta' best-of-5 playoff. Luxol kisbu posthom fil- finali billi għelbu lil-Gżira Athleta 3-0 fis-semi-finali filwaqt li Floriana MCP Car Parks kellhom jissieltu sal- aħħar ma Cynergi Depiro biex kisbu riżultat ta' 3-2 fis-semi finali. Paul Sultana, President tal- Malta Basketball Associationu Peter Perotti, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta fil-jiem li għaddew indirizzaw konferenza stampa fil- preżenza ta' John Tabone u Pierce Cumpstone, kowċ u plejer barrani ta' Luxol, u Ian Mercieca u Chad Patus, president u l-plejer barrani ta' Floriana rispettivament. Paul Sultana irringrazzja Bank of Valletta għall-appoġġ kontinwu tiegħu u awgura l-aħjar prestazzjoni liż-żewġ timijiet. "Din se tkun l-aħħar finali li se tintlagħab f 'dan il-padiljun kif nafuh,' qal is-Sur Sultana. "Kif jispiċċaw il-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, se jibdew ix- xogħlijiet biex dan il-padiljun jinbidel fi struttura permanenti li nittamaw li tiġi inawgurata qabel il-bidu tal-istaġun basketball jmiss." Peter Perotti tenna x-xewqat tal-President lit-timijiet u qal: "Bħala sostenitur tal-Malta Basketball Association għal numru twil ta' snin, ninsabu ħerqana biex nassistu għal finali kombattuta b'livell għoli ta' logħob kif drajna naraw dan l-istaġun." "Ninsabu kunfidenti li għandna tim komplut bil-plejers ideali għal kull pożizzjoni' qal il-kowċ ta' Luxol John Tabone." Il-moral tagħna huwa għoli, għalkemm mhux kunfidenti żżejjed u b'Pierce hawn maġenbi, it- twil Sam Deguara, se nkunu qed niġġieldu għat-13 il- kampjonat fl-istorja tagħna". "Dan hija l-ewwel sena tiegħi nilgħab barra mill- Istati Uniti u nista ngħid li l-livell tal-logħba f 'Malta huwa ħafna ogħla milli oriġinarjament stennejt" qal Pierce Cumpstone. "Ninsabu kunfidenti li t-tim huwa motivat u ppreparat biex ngħollu t-tazza tal-Kampjonat BOV.' "Aħna konxji li qed nidħlu f 'din il-finali bħala underdogs," qal Ian Mercieca. "Aħna se nkunumingħajr Shawn Pace li jinsab imweġġa iżda r-ritorn ta' Dirk Schembriu l-esperjenza ta' Chad u l-bqija tat-tim, nistgħu niksbu rebħa oħra bħal ma' għamilna fis-semi- finali." "Din is-sena kellna kemm mumenti tajbin kif ukoll ħżiena, li wasslu għal semi- finali intensa ħafna li ġiet deċiża fl-aħħar sekondi tal- aħħar logħba," qal il-Kanadiż ta' Floriana Chad Patus. "Aħna nafu li se tkun finali iebsa, u li se tħabbatna fiżikament wara semi-finali intensa imma se ninżlu għal kull logħba bil-ħeġġa li urejna matul l-istaġun." Il-logħbiet tal-Playoffs tal-Final tal-Kampjonat BOV Baskitbol: Logħba 1 - Is-Sibt 15 April - Ilbieraħ Logħba 2 - L-Erbgħa 19 April - 19:30 Logħba 3 - il-Ħadd 23 April - 16:30 Logħba 4 - is-Sibt 29 April - 16:30 Logħba 5 - It-Tnejn 1 Mejju - 16:30 Paul Sultana imkien ma' esponenti ewlenin ta' Luxol u Floriana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017