Illum previous editions

illum 16 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/811848

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 16 ta' April 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol MARCELO ALLENDE - Arsenal qed jikkunsidraw li jagħmku offerta għall-plejer żagħżugħ miċ-Ċili Marcelo Allende wara li dan għalaq 18-il sena fil-jiem li għaddew. Allende, li bħalissa jilgħab ma' Deportes Santa Cruz f 'pajjiżu qatta' żmien bi prova mal-Gunners iżda ma setax jiffirma mal-Guners sakemm huwa jagħlaq 18-il sena kif fil-fatt għamel issa. Madankollu, għad m'hemm l-ebda ftehim bejn dan il-plejer u Arsenal. LUCIANO SPALLETTI - Qed jiġi rrapurtat li Inter ltaqgħu mal-kowċ ta' Roma Luciano Spalletti biex jieħu t-tmun tan-Neroazzurri mingħand Stefano Pioli fi tmiem l-istaġun. Dan il-kowċ kien qed jissemma' li seta' jsir coach ta' Juventus jekk Massimiliano Allegri jħalli lil Juventus matul is-sajf li ġej, iżda wara rapporti li Allegri se jkun qed jibqa' fit-tmun tal-Bianconeri, Inter xeħtu ħarsithom fuq Spalletti bit-tama li huwa jieħu t-tmexxija tagħhom matul il-ġimgħat li ġejjin. OLIVIER GIROUD - Marseille iridu jikkapitalizzaw mill-fatt li Olivier Giroud ftit li xejn qed ikun inkluż b'mod regolari mal-ewwel 11 ta' Arsenal, fejn qed jippjanaw li jagħmlu offerta għal dan il- player biex jipperswaduh jirritorna jilgħab fil-Ligue 1 Franċiż. Marseille, li issa jinsabu mmexxija mill- kummerċjalizzant Amerikan, Frank McCourt, diġà ffirma liż-żewġ plejers internazzjonali Franċiżi Dimitri Payet u Patrice Evra, u jidher li Giroud huwa l-plejer li huma jixtiequ jakkwistaw fiż-żmien li ġej. LEON GORETZKA - Arsenal qed jippjanaw li jagħmlu offerta għall-midfielder ta' Schalke 04, Leon Goretzka. Dan il-player ta' 22 sena ingħaqad ma' dan it-tim mingħand Bochum fl-2013 u mpressjona bil-bosta magħhom, fejn dan l-istaġun skorja sitt gowls fil-kompetizzjonijiet kollha. Il-kuntratt tiegħu jiskadi f 'Ġunju tas-sena d-dieħla u għad irid jilħaq ftehim ġdid ma' Schalke 04. Dan wassal lil Arsenal biex jibdew isegwu l-progress tiegħu, liema plejer għandu jiswa' lill-Gunners is-somma ta' madwar £21 miljun. IVAN PERISIC - Manchester United qed jippjanaw offerta attraenti għall-winger ta' lnter Ivan Perisic iżda qed jaffaċċjaw kompetizzjoni mingħand Liverpool. Josè Mourinho huwa ammiratur kbir ta' dan il-player u r-Red Devils jinsabu lesti li joffru s-somma ta' £60 miljun għalih matul is-sajf li ġej, iżda daqstant ieħor jinsab ħerqan għalih il-kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp, u għalhekk bdiet taqtiegħa bejn Manchester United u Liverpool għall-akkwist imminenti tiegħu. ROMELU LUKAKU - L-attakkant internazzjonali Belġjan ta' Everton Romelu Lukaku dejjem qed jersaq iktar viċin li jingħaqad mal-eks klabb tiegħu Chelsea. Matul dan l-istaġun, huwa rnexxielu jiskorja medja ta' iktar minn 15-il gowl għar-raba' darba f 'ħames staġuni li b'hekk tagħmlu fost l-aqwa skorers prolifiċi fl-Ewropa. L-interess ta' Conte f 'Lukaku huwa tali speċjalment minħabba l-fatt li huwa diġà beda jipprepara għal wara t-tluq ta' Diego Costa li jidher li matul is-sajf li ġej jista' jibda avventura ġdida fiċ-Chinese Super League. THEO HERNANDEZ - Liverpool jinsabu lesti li jegħlbu l-isfida ta' Real Madrid biex jakkwistaw lid-difensur left-back ta' Atletico Madrid, Theo Hernandez. Dan il-plejer żagħżugħ ta' 19-il sena li jiġi ħu d-difensur ċentrali ta' Atletico Madrid stess, Lucas, lagħab 25 partita għall-klabb li miegħu jinsab misluf mingħand Atletico Madrid, jiġifieri Alaves matul dan l-istaġun u jista' jkun qed jiswa' s-somma ta' £20 miljun dejjem jekk il-Madrileni jiddeċiedu li jbiegħuh lil Liverpool. KINGSLEY COMAN - Arsenal fetħu taħdidiet ma' Juventus rigward possibiltà li jakkwistaw lill-attakkant Kingsley Coman. Dan il-player ta' 20 sena qatta' l-aħħar żewġ staġuni b'self ma' Bayern Munich u huwa mistenni li jkun fiċ-ċentru tat-taqtiegħa għall-akkwist tiegħu bejn Chelsea u Manchester United li diġà kellhom offerti ta' £50 miljun għalih irrifjutati. minn Cristian Antony Muscat ANTOINE GRIEZMANN - Real Madrid qed jippjanaw li jagħmlu offerta lill-atttakant ta' Atletico Madrid Antoine Griezmann fi tmiem l-istaġun li ġej. Dan il-player internazzjonali Franċiż qed jinsisti li ma jridx jitlaq lil Atletico Madrid matul is-sajf li ġej, iżda Real Madrid jinsabu persważi li Griezmann se jkun qed jaċċetta l-offerta attraenti li huma se jkunu qed joffrulu, u li iżda dettalji dwarha għadhom ma ngħatawx.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 16 April 2017