Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Opinjoni 22 Il-Mewt ta' Yevtushenko N har l-1 ta' April tħabbret il-mewt tal-poeta Yevgeni Yevtushenko (1933- 2017), wieħed mill- awturi ribelli ta' żmien l-Unjoni Sovjetika. Flimkien ma' Voznesenski, Sinyasvski, u oħrajn, Yevtushenko kien qanqal mewġa qawwija ta' kritika ħarxa kontra r-reġim ta' żmienu. Iż-żewġ nanniet irġiel ta' Yevtushenko kienu arrestati fi żmien il-gulags ta' Stalin minħabba dik li tqieset bħala "ħidma kontra l-poplu." Hu stess tkeċċa mill-Istitut Letterarju fl-1957 minħabba li wera tendenzi "individwalistiċi." Minkejja dan, Yevtushenko kien jiġbed folol kbar ta' żgħażagħ li ma ridux jibqgħu sottomessi għall-preċetti tar-reġim Komunista. Yevtushenko se jibqa' jissemma għall-poeżija famuża Babi Yar (1961), poema solenni dwar kif l-awtoritajiet Sovjetiċi ffalzifikaw il-fatti storiċi konnessi mal-massakru tal-Lhud ta' Kiev mit-truppi Nażisti f 'Settembru tal-1941. Il-politika ġenerali fl-Unjoni Sovjetika kienet li n-Nażisti wettqu atroċitajiet kontra ċ-ċittadini Sovjetiċi u kienet tevita tispeċifika li dan kien ġenocidju kontra l-Lhud. Ippubblikata fil- ġurnal rinomat Literaturnaya Gazeta, il-poema kienet ċirkolata ħafna u eventwalment Dmitri Shostakovich kiteb verżjoni mużikali tagħha flimkien ma' erba' poeżiji oħra f 'xogħol magħruf bħala is-Sinfonija Numru Tlettax. Yevtushenko ma kienx nieqes mill-kritiċi tiegħu. Il-poeta Anna Akhmatova, li membri tal-familja tagħha intbagħtu għal xogħol sfurzat fil-perjodu Stalinista, qalet li Yevtushenko mhux ta' livell aħjar minn dak ta' satirist li jikteb fil- gazzetti. Oħrajn innutaw kemm Yevtushenko qagħad attent biex jibbilanċja l-kritika tiegħu bejn l-attakki moderati kontra r-reġim (li għamluh popolari fil-Punent) u lealtà lejn l-ideoloġija Marxista-Leninista. Imma fl-1965, flimkien ma' firmatarji oħra bħal Anna Akhmatova, Kornei Chukovsky, Jean- Paul Sartre u oħrajn, Yevtushenko ipprotesta kontra l-proċess inġust tal-awtur Joseph Brodsky. Fl-1968 kien ukoll iffirma ittra ta' protesta kontra l-invażjoni Sovjetika taċ- Ċekoslovakkja. Wara li l-Unjoni Sovjetika sfaxxat, Yevtusehnko kien elett fil-parlament fejn għamel parti mill-grupp pro- demokratiku li kien jissapportja lil Mikhail Gorbachev, l-ideatur tal- politika tal-glasnost u l-perestroika. Fl-era post-Sovjetika, Yevtushenko wera interess fi kwistjonijiet ambjentali, ikkonfronta lill-awturi nazzjonalisti u kkampanja biex il-vittmi tal-gulags ta' Stalin ma jintesewx. Kien jgħix kemm fir-Russja kif ukoll l-Amerika, fejn fil-fatt miet. Meta kien l-Istati Uniti, kien iħobb jattendi għal dawk magħrufa bħala festivals tal-poeżija tal-cowboys. Fis-snin sittin, il-Moviment Qawmien Letterarju kien għamel tentattiv biex Yevtushenko jagħmel żjara f 'Malta. Dik il-ħabta, Yevtushenko kien igawdi popolarità kbira fost il-poeti ġodda Maltin. Iżda Malta kellha tistenna sal-2014 biex din iż-żjara sseħħ bis-saħħa tal- Kunsill tal-Arti. Il-poeta miet fl-għomor ta' 84 sena. L-Iskandlu ta' min hu fuqna Ġie f 'idejja l-fuljett tal-Mużew (indirizz editorjali: kummissjoni. adulti@sdcmuseum.org) b'messaġġ editorjali b'saħħtu. L-editorjal jattakka lil dawk li "jmexxuna u jiskandalizzawna." Min imexxi, jgħid l-editorjal tar-rivista ,irid joqgħod attent għall-imġiba tiegħu, propju għax jista' jiskandalizza. IL-Letteratura reliġjuża f 'Malta Dan il-qasam letterarju f 'Malta ftit li xejn jingħata attenzjoni. Anki l-media tinjorah, jew kważi tinjorah. Il-programmi televiżivi kollha jaqbżuh bħallikieku ma jeżistix. Iżda fil-fatt hemm sors tajjeb ta' din il-letteratura li jista' jinkiseb mil-librerija Preca tal-Blata l-Bajda. Il-materjal hu vast, mill-biografiji sal-marjoloġija u rivisti b'impenn soċjali. Il-letteratura reliġjuza fostna hi mwarrba wkoll fil-premjazzjonijiet letterarji li donnhom qatt ma jsibu spazju għal dan il-ġeneru, qasam li barra minn Malta jingħata ħafna attenzjoni, anki fi studji akkademiċi. Figolli u sfineġ tal-inċova Iżda jekk hemm nixfa fil-materjal reliġjuż, il-folklor għandu preżenza qawwija. Il-festi tal-Ġimgħa l-Kbira baqgħu għaddejjin bit-tradizzjonijiet tat-triq. Il-ħbejżiet tas-salib, il- qagħaq tal-appostli, l-isfineġ tal- inċova, il-karamelli tal-ħarrub, il-popcorn, il-qagħaq tal-għasel u l-figolli huma lkoll drawwiet li issa mhux lakemm teliminahom malajr. Xi ħadd ikkummentali li anki l-forma tal-kurċifiss qed tkun abbużata, bi slaleb imdawla mdendlin mal-gallariji. Dari kienet tiddendel xbieha tad-Duluri li żgur kienet tiġbed lejha ħafna devozzjoni u sens ta' sagrifiċċju. Il-professjoni tal-għalliema F'dawn l-aħħar snin, il-professjoni tal-għalliema għaddiet minn bidliet kbar. Fost l-aktar kuraġġjużi kien hawn l-introduzzjoni tal-ko- edukazzjoni, klassijiet b'abbiltajiet differenti, u l-użu dejjem jikber tat- teknoloġija fil-klassijiet. Iżda l-kontroversji ma waqfux hemm. Ta' spiss jissemmew in- nuqqas ta' dixxiplina, għalliema li jbatu minn burnout, in-nuqqas ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja soċjo-domestika u l-biża' tal- allegazzjonijiet infondati kontra għalliema li jistgħu jwasslu għat- tkissir tar-reputazzjoni personali u professjonali tagħhom. Mhux ta' b'xejn li qed jiżdiedu r-riżenji mill-professjoni, li jistgħu ikun attribwiti wkoll għal nuqqas ta' kompetenza fost l-għalliema quddiem l-isfidi li l-istudenti tal-lum qed joffru. Konfużjoni oħra għadha teżisi fejn jidħlu l-eżamijiet. Hemm min għadu jqis li t-tneħħija tal-eżamijiet wasslet għall-konfużjoni fis-sistema, filwaqt li oħrajn iqisu li Malta kienet tibbaża wisq fuq is-sistema tal-eżamijiet, wirt ta' kolonjaliżmu Ingliż u antikwat. Wasal iż-żmien li jerġgħu jkunu assessjati fil-fond il-prijoritajiet tar-riformi edukattivi. Jonqos ukoll li l-edukazzjoni tkun inqas formali u ferm aktar kreattiva. L-ispettaklu tal-aħħar tas-sena, flimkien ma' ftit proġetti oħra, mhux biżżejjed. MARIO AZZOPARDI Yevgeni Yevtushenko (1933-2917): Ribell kontra s-sistema Sovjetika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017