Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – 'Equality Beyond Gender Roles' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/01/2017 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Organizzazzjoni u Ko-Ordinazzjoni ta' Attivitajiet għall-Proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 – Equality Beyond Gender Roles Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mit-Tlieta 9 ta' Mejju 2017 sal-4:00pm. Hawn ir-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta għandhom jiġu speċifikati. Laqgħa ta' kjarifika se ssir l-Erbgħa 3 ta' Mejju 2017 fil-10:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 17 ta' Mejju 2017 fil-1:00pm. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, HMR 9010 Tel: 2590 3850 Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi ewropej; 20% fondi nazzjonali Daphne Caruana Galizia tirrifjuta li tidher quddiem l-inkjesta maġisterjali Minn Veronica Lynn Mizzi DAPHNE Caruana Galizia rrifjutat li tidher quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-inkjesta maġisterjali dwar l-allegazzjonijiet li għamlet hi stess fil-blogg tagħha, li l-kumpanija Egrant hi ta' mart il-Prim Ministru. Fi blogg, Caruana Galizia spjegat li nhar il-Ġimgħa fil-11 ta' filgħodu ġiet ikkuntattjata minn pulizija mit-taqsima ta' kontra l-frodi sabiex f 'nofsinhar, tidher fil- Qorti quddiem il-Maġistrat. Min-naħa tagħha hi rrifjutat u qalet li kien impossibbli li jsir dan għaliex kienet qiegħda d-dar tagħha taħdem, u ma kienx possibbli li tasal il-Belt f 'temp ta' siegħa. Żiedet tgħid li huma biss dawk li huma direttament taħt investigazzjoni li jiġu ordnati li jitilqu kollox minn idejhom u jmorru immedjatament għall-interrogazzjoni, u anke hemm, tkompli tgħid DCG, dawn iridu jkunu taħt arrest, inkella l-laqgħa jkollha ssir f 'ħin maqbul miż-żewġ partijiet. Lill-Pulizija, Caruana Galizia qaltilha li jekk il- Maġistrat ried ikellimha dwar kwistjonijiet relatati mal- inkjesta, li hi mhix suġġett tal- inkjesta, "allura l-proċedura hi li hu jiktibli b'mod formali u hemm jien nirrispondi għal din it-talba permezz tal-avukat tiegħi u nispjega li laqgħa bħal din tkun bla skop, għaliex dak kollu li ridt nirrapporta diġà jinsab fuq is-sit tiegħi u l-bqija huwa kopert bil-liġi fejn tidħol il-protezzjoni tas-sorsi tal- ġurnalisti." Anke jekk l-istess pulizija qaltlilha li din kienet ordni tal-Maġistrat u li kienu lesti li jmorru għaliha huma stess sabiex tiffranka l-ħin, hi baqgħet tirrifjuta. Sostniet ukoll li kienet tkun xi ħaġa mhux korretta li ġurnalist jitkellem mal- Maġistrat li jmexxi inkjesta jew mal-pulizija, "għaliex il-ġurnalisti jiddependu mill-fiduċja totali tas-sorsi tagħhom." Dan filwaqt li sostniet li ma tridx li isimha jkun assoċjat ma' inkjesta farsa. Busuttil jgħid li l-inkjesta Maġisterjali se tkun għalxejn għax il-'provi tneħħew' ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil akkuża lill- Prim Ministru b'cover up u qal li Joseph Muscat triq waħda għandu, jiġifieri li jirreżenja. "Itlaq issa...u l-poplu se jgħidlu wkoll itlaq issa," sostna Busuttil, li qal li ladarba Muscat qed ikun investigat m'għandux jibqa' fil-kariga ta' Prim Ministru għax dan qed joħloq kunflitt ta' interess. Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ, Busuttil, bħal Daphne Caruana Galizia qablu, sostna li l-inkjesta Maġisterjali mhi ta' ebda effett partikolari ġaladarba l-provi, skont Busuttil, ġew imneħħija minn Pilatus Bank fil-lejl ta' bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa. Matul dak il-lejl, il-media tal-Partit Nazzjonalista ħadet filmati ta' nies ħerġin mill-istess Pilatus Bank, b'żewġ bagalji. Għalkemm m'hemmx provi ta' x'kien hemm f 'dawn il- bagalji, Busuttil qed jisħaq li fihom kien hemm il-provi li ssemmew minn Caruana Galizia li juru li sid Egrant hija Michelle Muscat. Busuttil, qal li f 'inqas minn 24 siegħa il-Prim Ministru "inqabad f 'ħames gidbiet" f 'dak li qed issejjaħlu "l-akbar cover up...cover up kolossali." Huwa sostna li Muscat gideb meta qal li l-indirizz ta' Egrant huwa f 'Malta, meta l-kumpanija rreġistrata fil- Panama. Busuttil fakkar li l-indirizz ta' San Ġwann huwa l-istess indirizz li għandhom il-kumpaniji Tillgate u Hearnville, ta' Konrad Mizzi u Keith Schembri rispettivament. Huwa sostna wkoll li jekk kien hemm żball fil-karta tal-identità ta' Michelle Muscat, dan huwa żball f 'dak l-istess dokument ta' Muscat u mhux f 'dak li kien ippubblikat mill-blogger. Huwa sostna wkoll li mhu vera xejn li l-kumpanija Egrant hija ta' Brian Tonna biss, hekk kif fakkar li hemm żewġ shareholders oħrajn irreġistrati. Meta mistoqsi biex jikkumenta dwar il-fatt li Caruana Galizia rrifjutat li tidher quddiem l-istess inkjesta Maġisterjali u jekk din tistax titressaq b'arrest biex tidher, Busuttil bagħat lill-ġurnalist għand avukat. Intant fil-protesta li se tkun organizzata mill-PN illum, se jkun hemm preżenti l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), u l-kunsillier tal- Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio li se jkun qed jindirizza lin-nies. Joseph Muscat u martu taw ix-xhieda tagħhom fil-Qorti ILPRIM Ministru u martu Michelle Muscat, ilbieraħ filgħodu taw ix- xhieda tagħhom fil-Qorti quddiem il-Maġistrat, fl-inkjesta maġisterjali, dwar l-allegazzjonijiet li saru minn Daphne Caruana Galizia u sussegwentement mill-Partit Nazzjonalista, li l-kumpanija Egrant hi fil-fatt ta' Michelle Muscat, jew li għandha ishma li tibbenefika minnhom. F'kumment li ta quddiem il-Qorti, Joseph Muscat qal li, "Jiena u marti ġejna biex nagħtu x-xhieda tagħna biex innaddfu isimna mill-ħmieġ, gideb u kalunji li ntqalu fil- konfront tagħna." Muscat kompla jgħid li quddiem il-Qorti, hu u martu taw l-informazzjoni kollha li ntalbet mingħandhom, "u nittamaw li dan ix-xogħol mill-Qorti isir fl-iqsar żmien possibbli ħalli isimna jiġi mnaddaf." Intant Caruana Galizia sostniet li l-inkjesta hija farsa hekk kif il-Maġistrat Aaron Bugeja kien maħtur wara l-aħħar elezzjoni ġenerali. Anke jekk hija qalet li ma tiddubitax l-imparzjalità tal- Maġistrat, sostniet li kien ikun aħjar kieku kien mqabbad Maġistrat ieħor.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017