Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536
illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Aħbarijiet 8 Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Jobs Plus Permit No: 112/2016) Bħala parti mill-proġett JUST/2014/RGEN/AG/GEND/7785 Equality Beyond Gender Roles, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall- Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Diċembru 2017) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tà, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal-proġett; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; u - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Mangement u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħamis 4 ta' Mejju 2017. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2590 3850 | Fax: 2590 3851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanżjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi ewropej; 20% fondi nazzjonali Żvelat id-disinn il-ġdid tal-'kiosks' tal-proġett ta' Pjazza Tritoni WARA li fil-ġimgħat li għaddew il-proġett ta' riġenerazzjoni ta' Pjazza Tritoni daħal f 'fażi importanti oħra fejn twaqqgħu l-kiosks li għal għexieren ta' snin kienu jkerrhu d-daħla tal-Belt Valletta fil-Furjana, issa ġie żvelat id-disinn tal-kiosks il- ġodda. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li l-Gvern qed jieħu ħsieb li kulma jkun hemm f 'din il-pjazza - li se tkun pedonali bi spazju miftuħ - ikun konformi mal-bqija tal-proġett b'mod ħolistiku. Il- Ministru qal li l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, li hi l-entità li qed tissorvelja dan il-proġett, qabbdet perit minn tagħha biex jagħmel disinn ġdid għall-kiosks. "Peress li l-kiosks se jkunu f 'post strateġiku ridna li nuru kif se jkun id-disinn biex il-pubbliku jkun infurmat u anke jekk irid, jagħti r-reazzjoni tiegħu qabel jinħareġ it-tender biex jiġu manifatturati," spjega l-Ministru. Il-Ministru Joe Mizzi żied li d-disinn tal-kiosks inħadem b'tali mod li jkun sempliċi u b'daqs stabbilit biex kull kiosk ikollu impatt viżwali mill-inqas, kemm meta jkun magħluq u anke miftuħ. Iċ-Chairman tal-GHRC Stefan Zrinzo Azzopardi qal li bil-kontra ta' kif kien jiġri qabel fejn ċerti affarijiet ma kinux jiġu osservati, din id-darba se jkun hemm kundizzjonijiet stretti fuq l-infrastruttura tal-kiosks filwaqt li l-uniformità se tingħata importanza kbira. Qal ukoll li fil-ġranet li ġejjin il-GHRC se tkun disposta biex tilqa' r-reazzjonijiet li jista' jkun hemm mill-pubbliku. Min-naħa tiegħu, il-Perit Eric Gerardi, li hu l-perit tal- GHRC li ddisinja l-istruttura, qal li d-disinn għandu l-iskop li jirrispetta l-ambjent tal-madwar u li joħloq bilanċ bejn l-estetika tal-pjazza u l-użu differenti li jista' jkollu l-kiosk. Il-kiosks huma magħmulin minn struttura tal-metall u minn barra minn pannelli tal-injam li se jservu biex ikun hemm dell mix-xemx u protezzjoni mix-xita. Il-kiosks se jibqgħu stazzjonati dejjem fl-istess post u se jkollhom ilma, elettriku, sistema ta' drenaġġ kif ukoll internet. Mhux se jkunu permessi imwejjed u siġġijiet quddiem il-kiosks. 'It-tnaqqis fil-faqar bin-nofs hu riżultat li juri n-naħa l-oħra tat- tkabbir ekonomiku' WAQT konferenza tal- aħbarijiet ilbieraħ f 'Kastilja, il-Prim Ministru Joseph Muscat b'reazzjoni għaċ-ċifri tal-Eurostat li juru li mill- 2013 sal-2016 il-faqar naqas b'20,000 persuna, qal li dawn huma riżultati importanti li juru n-naħa l-oħra tat-tkabbir tal-ekonomija, tas-surplus, u tal-ħolqien tax-xogħol. "L-għan tagħna kien dejjem li nsaħħu l-ekonomija biex bir-riżultati ntellgħu lil kulħadd 'il fuq. Minflok użajna mudell ta' awsterità, għamilna qtugħ fil-benefiċċji. Daħħalna benefiċċji ġodda u urejna li tista' tmur tajjeb ekonomikament mingħajr ma tgħakkes lin-nies," sostna l-Prim Ministru. Din hi d-direzzjoni l-ġdida li ħa l-pajjiż - abbanduna l-mainstream tal-politika Ewropea għax pajjiżna hu laboratorju ta' ideat progressivi u ta' kif tmexxi l-ekonomija u l-progress soċjali. Il-Prim Ministru qal li deċiżjoni ħażina tista' tfaqqar lill-familji, bħalma kienet id-deċiżjoni ħażina tal-gvern preċedenti li jgħolli l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma li wasslu biex in-nies fil-faqar jirduppjaw. Bl-istess mod id-deċiżjonijiet tajbin qed ikollhom effett pożittiv fuq il-familji, bħalma huma d-deċiżjonijiet li jorħsu l-kontijiet u d-deċiżjonijiet fil- qasam tal-edukazzjoni. Fi preżentazzjoni dwar l-informazzjoni li ħarġet mill- Eurostat, il-Ministru għall- Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia spjega li dawn ir-riżultati mistennija jkomplu jitjiebu hekk kif ma jinkludux miżuri fil-baġitli għadda, bħar- riforma fil-pensjonijiet. "Dan il-gvern jemmen li l-faqar hu realtà u mhux perċezzjoni," qal il-Ministru Farrugia, "għalhekk qed jinġiebu r-riżultati permezz ta' ħolqien rekord ta' xogħol, filwaqt li naqqasna n-numru ta' dawk li jiddependu mill- assistenza soċjali bin-nofs, u l-qgħad qiegħed fl-inqas livell fl-istorja."