Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 549 • 23 ta' April 2017 www.illum.com.mt €1.00 Tirbaħ lill-kanċer u tkompli teċċella fil-waterpolo - Antonella Rogers Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 7 NEWSPAPER POST Tkompli f 'paġna 7 'Lestu ruħkom...' • Deputati u Kandidati tal-PL fuq l-allert għal tħabbira ta' elezzjoni • Sondaġġi interni juru distakk qawwi bejn il-partiti ta' aktar minn 20,000 vot • Possibbiltà li ftit wara l-festi tal-1 ta' Mejju titħabbar id-data tal-elezzjoni Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tinsab infurmata minn sorsi viċin ħafna tal-Partit Laburista, li hija possibbiltà reali ħafna li fil-ġimgħat li ġejjin, il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat ixolji l-Parlament u jsejjaħ elezzjoni għal data f 'Ġunju jew sa mhux aktar tard mid-9 ta' Lulju. Internament, il- kandidati Laburisti qed jiġu inkoraġġuti biex ilestu ruħhom u jippreparaw għal kampanja elettorali imminenti. L-ILLUM tista' tiżvela li s-sondaġġi interni kienu qed juru distakk qawwi ħafna bejn il-partiti li jaqbeż l-20,000 vot. Fil-fatt, qabel ma Caruana Galizia ħarġet bl-allegazzjonijiet dwar mart il-PM, is-sondaġġi interni tal-PL kienu qed jindikaw distakk ta' madwar 25,000 u 28,000 vot favur il-Partit Laburista. Jidher li sa Diċembru 2016, is-sondaġġi interni tal-PN ukoll kienu qed juru distakk qawwi bejn il-partiti, li kien ivarja bejn maġġoranza ta' 20,000 u 21,000 vot favur il-PL. Is-sorsi ta' din il-gazzetta mill-Partit Laburista sostnew li jekk il-Partit se jara li l-allegazzjonijiet u l-iżviluppi relatati mal- allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia se jaffetwaw is-sondaġġi b'mod drammatiku u negattiv, hija probabbiltà kbira li tissejjaħ elezzjoni ġenerali fil-ġimgħat li ġejjin u jkollna kampanja elettorali matul ix-xahar ta' Mejju u Ġunju. L-aħħar żviluppi politiċi ... • Il-ħames xenarji mill-lum 'il quddiem (paġni 3,4,5) • X'ġara lbieraħ? (paġni 6 u 7) • Opinjonijiet (paġni 16, 17, 19, 20) • Editorjal (paġna 21)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017