Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 23 ta' April 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Tarxien R .................... 0 Balzan ........................ 3 BALZAN ikkonvinċew bis- sħiħ u għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 3-0, bit-tliet gowls għalihom jaslu fl-ewwel taqsima. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel periklu fis-17-il minuta permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa ta' Matthew Sladden li iżda ġie milqugħ mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper ta' Balzan Christian Cassar. Balzan irrispondew fid- 19-il minuta meta Bojan Kaljevic kellu azzjoni sabiħa konkluża permezz ta' xutt b'saħħtu minn ġol-kaxxa li ġie mdawwar f 'corner b'abilità mill-goalkeeper żagħżugħ tar-Rainbows, Philip Schranz. Huma fetħu l-iskor meritatament fis-27 minuta meta Lydon Micallef qabeż plejer avversarju qabel b'xamma liema bħalha għall-goal tefa' l-ballun wara Philip Schranz. Is-superjorità tattika ta' Balzan kompliet tidher iktar evidenti u ta' dan reġgħu ġew ippremjati man-nofs siegħa logħob meta rduppjaw l-iskor meta Anderson de Barros għadda tajjeb lejn Alan Da Silva Souza li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka u ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Philip Schranz li jsalva. Balzan komplew jattakkaw u fl-40 minuta għamluhom tlieta meta Alfred Effiong minn mal-linja xellugija avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel minn qagħda angulata tefa' l-ballun fix- xibka. Kien biss fis-77 minuta li waslet l-ewwel u l-unika azzjoni denja ta' nota f 'din it-tieni taqsima minn Balzan meta Bojan Kaljevic ra t-tentattiv tiegħu minn ġol-kaxxa jiġi milqugħ minn Philip Schranz. Tarxien R. - Shranz, Baker, Brincat (Caruana 83'), Sladden (Da Paixo Alves 46'), Azzopardi, Micallef, Agius, Zerafa (Marcelina 46'), Tabone, Zammit, Borg Balzan - Cassar, Arab, Da Silva Souza, Micallef (Zerafa 78'), Cipriott (Camilleri 85'), Brincat (Nafti 45'), Effiong, Kaljevic, De Barros, Agius, Serrano Valero Referi - Eman Grech ALAN DA SILVA SOUZA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja t-tieni mit-tliet gowls għal Balzan f 'din il-partita. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Valletta matul l-istaġun li għadda. Balzan jikkonvinċu u jegħlbu lil Tarxien Rainbows Anderson De Barros jikkontttrolla l-ballun tajjeb segwit minn Matthew Sladden Ritratt - BOV

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017