Illum previous editions

illum 23 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/814536

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' April 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Minn dejjem kont sportiva u tlajt imrobbija San Ġiljan u bħalma jaf kulħadd, fil-passat San Ġiljan kellhom tim kbir. Dak iż-żmien kont nilgħab il-waterpolo. Kien iħajjarni ħafna minħabba li t-tim tal-irġiel minn dejjem kien tajjeb. Però mbagħad qtajt ftit meta kbirt għax qbadt naħdem u kelli affarijiet oħra. Però s-sena l-oħra tħajjart u rġajt inżilt u dħalt bħala gowler. Kif mortu s-sena l-oħra? Is-sena l-oħra ma konniex daqshekk kompetittivi imma kien hemm ħafna spirtu sportiv, u jien, bħala Ġiljaniża, nilgħab minn qalbi għal dan it-tim. Tħoss li erba' timijiet fil-kampjonat tan-nisa tal-waterpolo huma ftit wisq biex ikun hemm kompetizzjoni tajba? Iva sfortunatament hemm erba' timijiet u sfortunatament ukoll, il-waterpolo għan-nisa ma tantx jingħata importanza. Kważi lanqas il-media ma tagħtih importanza. Forsi jista' jkun ukoll li minħabba f 'hekk ma tantx huma n-nisa li jitħajru għax ma tantx jingħata promozzjoni mill-media. Bħala livell tarah tajjeb? Iva, hemm plejers ġodda u għadhom żgħar li għandhom potenzjal qawwi. Jintagħżlu ma' Malta u jekk ikomplu jieħdu t-taħriġ bis-serjetà jistgħu jkomplu jitjiebu. Hawn min jgħid li l-waterpolo, peress li jirrikjedi s-saħħa, aktar hu tajjeb għall-irġiel milli għan-nisa. X'taħseb int? Le ma naqbilx. Illum in-nisa qed isiru ugwali daqs l-irġiel. Il-mara tad-dar m'għadhiex il-mara tad-dar ta' dari imma saret ukoll tlaħħaq ma' diversi dixxiplini sportivi. Nemmen li l-mara saret b'saħħitha daqs ir- raġel. Kif għenek il-waterpolo biex tkun mara b'saħħtek u aktar determinata? Il-waterpolo jgħinek tkun aktar dixxiplinat. L-isports għeni biex waqt il-logħba nkun aktar konċentrata u nilgħab ħafna minn qalbi. Kif għext meta ngħatajt l-aħbar li kont marida? L-isport għenek? Għaddejt minn mumenti diffiċli ħafna però ddeċidejt li nkun pożittiva mmens. Il-pożittività ġġibha mill-mod ta' kif tkun għext qabel u nemmen li l-waterpolo tani ħafna minn din il-pożittività għaliex l-isports jgħinek ħafna biex tibni karattru b'saħħtu. Fil-fatt kont inkwetata ħafna li, f 'dan il-mument diffiċli, ma kontx se nkun nista' nilgħab aktar. Issa fil-ġimgħat li għaddew ħadt l-aħbar li kont fiqt u fi żmien tliet ġimgħat oħra nista' nerġa' naqbad nilgħab il-waterpolo. Nibda bil-mod ħafna, kemm nagħmel ftit training għal saqajja u wara nibda nittrenja b'aktar intensività biex f 'Lulju nkun tajba għall-kampjonat. Għalkemm kont pożittiva ħafna, kellek mumenti diffiċli? Mumenti diffiċli kelli wkoll. Fl- aħħar mill-aħħar m'iniex robot imma uman. Fil-bidu sakemm tagħti l-aħbar lil min tħobb, kont sibtha diffiċli imma fil-ħajja dejjem trid tagħżel tmurx favur jew kontra l-kurrent. Jien għażilt li nibqa' f 'saħħti. Kelli ħafna appoġġ mingħand in-nies speċjalment minn dawk li huma viċin sew tiegħi, però tassew jien kuntenta li sibt appoġġ mingħand nies li lanqas biss kont nafhom qabel. Però l-fatt li bqajt pożittiva għenet qatigħ biex negħleb il-marda tiegħi. Fuq is-social media kont qrajt li sibt xi bsaten fir-roti. Li kont ġibt fuq is-social media essaċċ lanqas kienet personali indirizzata għalija. Dak kien hemm min qal li kien hemm xi ħadd li kien qed jilgħabha tal-marid. Ovvjament ma kellux raġun għax jien kont naf x'kelli u għalhekk bilfors li tħoss ċertu rabja meta tkun f 'sitwazzjoni bħal dik. Għalhekk, anki jekk ma kienx qed jgħid għalija b'mod dirett, xorta ħassejtni mweġġa'. Seta' kien qed jgħid għal ħaddieħor għax xorta kont inkun diżappuntata. Il-fidi f 'Alla kienet hemmhekk. Qatt ma naqsitlek jew ħadtha kontra Alla. Iva, il-fidi baqgħet dejjem hemmhekk u qatt ma dort kontra Alla. Anzi nirringrazzjah talli tani din it-triq għax minnha kbirt u tgħallimt. Ħarġu affarijiet sbieħ ukoll minn din l-esperjenza għax tgħallimt inħobb aktar. Qatt ma stajt inkun irrabjata m'Alla għax jien qiegħda fid-dinja bħal ħaddieħor u ċ-ċans li jaqbadni xi ħaġa huwa l-istess bħalu. Trid tkun kapaċi taċċetta s-salib li jintbagħatlek u toħroġ it-tajjeb minnu. Ħassejt in-nuqqas tat-taħriġ meta kont marida? Ħafna, ħafna. Kienet waħda mill-affarijiet li kont inħoss l-aktar in-nuqqas tiegħu. Kif jaf kulħadd, il-waterpolo fix-xitwa jieqaf, u l-mument ta' stennija wkoll jibda jqattagħni minn ġewwa. Però issa Tirbaħ lill-kanċer u tkompli Cristian Antony Muscat "Fil-bidu sakemm tagħti l-aħbar lil min tħobb kont sibtha diffiċli imma fil-ħajja dejjem trid tagħżel tmurx favur jew kontra l-kurrent. Jien għażilt li nibqa' f 'saħħti" "L-importanti hu li nżommu lil Alla f 'ħajjitna u ma taqta' qalbek qatt. Importanti li l-bniedem ifittex għajnuna spiritwali u minn hemmhekk, jekk taċċetta l-marda tiegħek, tkun diġà għamilt pass importanti" Antonella Rogers - tegħleb il-marda qerrieda tal-kanċer u tkompli teċċella l- waterpolo bħala goalkeeper ta' San Ġiljan, u li l-ġimgħat li għaddew issejħet mat-tim nazzjonali tan-nisa tal-waterpolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 23 April 2017