Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Intervista 12 'Għandi enerġija biżżejjed biex F 'kull konferenza li fiha naraw lis-segretarju parlamentari għall- fondi Ewropej, Ian Borg dejjem nisimgħuh isemmi l-kisbiet u bini ta' proġetti ġodda b'fondi Ewropej. Iżda jibqa' fatt, li għalkemm dak li jitkellem dwaru Ian Borg hu ferm pożittiv u sabiħ għal pajjiżna, il-poplu qed jitkellem biss fuq l-attakk qawwi li l-Oppożizzjoni qed tagħmel fuq il-Prim Ministru, Keith Schembri u Konrad Mizzi bil-kontijiet tal- Panama. "Din mhux l-ewwel darba li l-Oppożizzjoni tagħmel minn kollox biex lill-poplu tnessieh u taljenah mill-ġid li qed isir. Fuq skala iżgħar kellna l-attakk fuq il-Ministru Chris Cardona (li sal-lum għadna ma smajniex bi prova waħda) proprju fil-ġurnata li f 'Malta kellna s-summit tal- kapijiet tal-istati Ewropej. "L-attakk fuq il-Prim Ministru, Alla jbierek sar fil-ġimgħa meta ħabbarna li wara 36 sena, il-pajjiż għamel surplus ta' €100 miljun. Għaddew ġimgħat u sal-lum ħadd għadu ma laqa' l-isfida tal-Prim Ministru li jġibu prova waħda li dak li ġie allegat f 'dan il-frame up politiku hu minnu. Saħansitra, illum għandna l-Kap tal-Oppożizzjoni li issa qed jgħid li dwar Egrant ma jistaqsux lilu, u fetaħ il-kanuni fuq Keith Schembri. Nesa l-Egrant u nesa lill-mara tal-Prim Ministru. Din hi perikoluża ħafna u għandna theddida għas-suċċessi li ksibna, fil-qasam tax-xogħol, tal-enerġija, tal-edukazzjoni u nista' nibqa sejjer insemmi kemm trid. Bażikament għandek il-Partit Nazzjonalista li jixtieq jiddistabbilizza l-istituzzjonijiet u ma jħallix lill- poplu jħoss il-ġid li qed jingħata." Fid-dimostrazzjoni tal-Ħadd, il-Kap tal-Oppożizzjoni talab lis- servizzi sigrieti biex jingħaqdu ma' diversi istituzzjonijiet oħra biex ineħħu lill-Prim Ministru, filwaqt li ħeġġeġ lill-Pulizija biex ineħħu lill-Kummissarju. "Naħseb li Simon Busuttil għażel li jilgħab logħba perikoluża ħafna, liema logħba qed iddaħħlu ġo sqaq. Hu jaf li għandu problema ta' kredibbiltà mal-poplu u anke internament fil-partit, u t-tentattiv tiegħu hu li dak li qed jipponta lejh, qed jipprova jitfgħu fuq il-Prim Ministru. L-isfortuna għalih hi li l-Prim Ministru mhux biss baqa' fdat mill-poplu kollu, iżda għandu wkoll 'track record' pożittiv li wettaq dak li wiegħed bħal fil-każi tat-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija, fin- nuqqas tal-income tax, iż-żieda fil-pensjonijiet, iċ-childcare b'xejn, tablets b'xejn lill-istudenti u ħafna u ħafna oħrajn li l-PN, inkluż Simon Busuttil ħames snin ilu kienu jgħidu li dawn ma kinux possibbli li jsiru. Iżda n-nies qed jgħixu dawn il-wegħdiet u dan kollu qed jikontribwixxi għall-possibbiltà reali li hu jkun l-uniku kap mill-Indipendenza 'l hawn li ma jkunx fdat mill-poplu biex imexxi dan il-pajjiż, u dan il-fatt qed iwasslu għall-istat ta' ansjetà li għandu. Iżda li tirrikorri għal diskorsi bħal dawk li int qed tikkwotali hu perikoluż ħafna. Id- dwejjaq tiegħi hu li dak id-diskors hu perikoluż għall-pajjiż għax wara l-elezzjoni ġenerali, hemm il- familji kollha li kull filgħodu jridu jqumu għax-xogħol u jkomplu l-ħajja tagħhom." 'Il-PM qalilna biex naħdmu għall-elezzjoni li jmiss mill-ewwel ġurnata li tlajna fil-Gvern' Qed tissemma (aħbar li ħarġet l-ewwel fuq din il-gazzetta) li l-elezzjoni tista' tissejjaħ għal Ġunju li ġej, jiġifieri 10 xhur qabel tintemm il-proprja leġiżlazzjoni li ngħata l-Gvern Laburista mill- poplu b'vot qawwi. Dwar jekk il-Prim Ministru qalilhomx biex jibdew iħejju għall-kampanja, Borg qal, "il-Prim Ministru qalilna biex naħdmu għall-elezzjoni li jmiss mill-ewwel ġurnata li tlajna fil- Gvern. Hekk għamilna u hekk se nibqgħu nagħmlu sa ma hu jħoss li jkun il-waqt li mmorru għall- elezzjoni biex jerġa' jieħu mandat ieħor mingħand il-poplu." Ian Borg se jikkontesta mhux biss fuq is-seba' distrett iżda anke fuq is-sitt distrett. "L-aħħar elezzjoni, id-deċiżjoni li noħroġ fuq is-sitt distrett ħadtha tard u ma kellix ċans naħdem fuqu u ffukajt ħafna fis-seba' distrett. Barra minn hekk, fis-sitt distrett dakinhar kien hemm ġgant li għandi rispett kbir lejha, Marie Louise Coleiro Preca, li żgur il-vojt li ħalliet f 'dak id-distrett ma jista' jimlieh ħadd u nkun prużuntuż jekk ngħid li se nkun jien li nimlieh. Iżda llum jien inħoss li għandi dik l-enerġija, u b'umiltà lest li nservi lil dawn iż- żewġ distretti. "Min jafni, jaf biżżejjed li jien minn filgħodu sa filgħaxija moħħni fin-nies li tellgħuni. Għandi isem li jien nieħu ħsieb il- kostitwenti tiegħi u dan m'għandux iħammarli wiċċi, anzi ridt nuri sew li billi jkolli xogħol ta' Segretarju Parlamentari, kull ġimgħa xorta nara lin-nies fiż-żewġ distretti u nżur il-familji li jkunu talbuni huma, kif ukoll dawk li skont l-opinjoni tiegħi nkun nħoss li għandi nżurhom. Ma trid qatt tinsa lil dawk li jkollhom fiduċja fik, allura trid tieħu ħsieb lil kull kostitwent miż-żewġ distretti matul il-leġiżlazzjoni kollha, u mhux qabel l-elezzjoni biss." Il-Laburisti diżillużi... Fuq is-siti soċjali taqra ħafna 'posts' ta' Laburisti li jgergru għax ma nqdewx jew anke għax l-eks Nazzjonalisti inqdew filwaqt li l-Laburist ġenwin baqa' jsaffar. Ian Borg idur il-kostitwenti regolari u qal hekk dwar dan, "inkun qed nidħak bik jekk ngħidlek li ma jkunx hemm min jesprimi dawn is-sentimenti. Il-politika hi li tisma' u tfiehem il-politika tal-moviment lil dawn it-talin li jkunu għaddejjin minn dan id-dwejjaq u uġigħ personali tagħhom. Jekk bniedem għandu raġun, wieħed irid jara li bis-sistema li għandna jagħtuhulu. Jekk ovvjament m'għandux raġun, allura trid tkun kuraġġuż (u jien nagħmilha) u nispjegalu għaliex dak li qed jitlob ma jistax jieħdu. Hawnhekk joħroġ il-karattru tal- politiku għax għandi sfida aktar li ngħid le milli ngħid iva. It-teorija tiegħi hi li meta jasal iż-żmien li jien nimxi għal karriera fil-liġi, (għax ma nixtieqx nagħmel ħajti kollha fil-politika) ma nixtieqx ngħaddi mill-pjazza tar-raħal u xi ħadd jgħid li jien dħakt bih. Nippreferi li nkun onest u ma nwiegħedx kollox lil kulħadd. Il-vot hu tal-individwu u għandu dritt jagħmel li jrid bih. Il-politiku ma jistax isir ostaġġ tat-theddida tal-vot." Ian Borg kompla jgħid li meta l-politiku jkun ħadem ħafna u jkollu x-xogħol li għamel matul leġiżlatura x'juri, ikollu ċans inqas li jaqa' għat-theddid tal-vot. "Kull vot jgħodd iżda mhux kull vot akkost ta' kollox li tagħmel pjaċiri li persuna ma jkunx ħaqqu. L-approċċ tiegħi hu li nfakkar lil-Laburisti li huma mweġġgħin li hemm għażla waħda, li jew tagħti mandat għal darb'oħra lil Joseph Muscat, u jekk għadek tistenna li ssir ġustizzja, forsi bi ftit paċenzja tieħu dak li ħaqqek, jew tagħti mandat lil Simon Busuttil li jkun Prim Ministru, sew jekk tivvutalu u anke jekk tiddeċiedi li ma tivvutax. No vote ifisser vot lil Simon Busuttil. U hawnhekk b'mod li jimpressjonawni, nesperjenza kif il-poplu Laburista (anke dawk imweġġgħin) meta tgħidilhom hekk, jireaġixxi billi jgħidlek, 'le ma rridx li Simon busuttil imexxi dan il-pajjiż'. 'Aħna għamilna koalizzjoni mal- poplu' "Aħna għamilna koalizzjoni mal- poplu u hekk se nerġgħu nagħmlu fl-elezzjoni li jmiss meta jkun il-waqt. L-azzjonijiet ta' Busuttil li għamel koalizzjoni ma' partiti oħra kkonfermaw li waħdu ma jistax jkun qatt fdat u allura qed jipprova jaqbad ma' partiti ferm iżgħar biex jasal għall-poter. Il-kilba tal-poter tiegħu qed tikxiflu jdejh, u l-poplu mhux ċuċ, u meta jasal il-waqt, isammar il-vot tiegħu." Ian Borg qal li l-Partit Laburista fil-gvern għamel ħafna pożittiv. "In-nies saret tgħarbel, u hi intelliġenti biżżejjed fid- deċiżjonijiet tagħha u m'għandix dubju li dawn se jagħtu l-vot lil min ħadem. Ovvjament, nirrispetta l-avversarju politiku tagħna, iżda nemmen li l-ħidma tagħna għandha tħalli l-frott fil-ġurnata tal-ġudizzju." Ian Borg kellu l-ewwel impatt mal-politika 12-il sena ilu meta kellu biss 19-il sena, u nħatar bħala l-iżgħar sindku f 'Malta fil- Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli. Fil-preżent, hu l-iżgħar membru tal-kabinett Malti meta ngħata dan l-inkarigu meta kellu biss 27 sena. "Meta sirt sindku, l-għan tiegħi kienet li nagħmel xi ħaġa fil-lokalità ta' Ħad-Dingli u kienet esperjenza mill-isbaħ li taħdem għal-lokalità tiegħek, u fil- fatt tlajt tliet darbiet bħala sindku. Dik il-fiduċja mxiet mill-bażi ta' lokalità, għall-bażi distrettwali, meta n-nies tas-seba' distrett tawni l-fiduċja tagħhom, u hemm kont emozzjonat iżda kont sorpriż u emozzjonat iżjed, meta l-Prim John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Il-Partit Nazzjonalista jixtieq jiddistabilizza l-istituzzjonijiet u ma jħallix lil poplu jħoss il-ġid li qed jingħata" " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017