Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Intervista 13 Ministru kellimni fuq il-portafoll li offrieli. "Għax ir-rwol li tani kien wieħed orizzontali ħafna, sew tal-fondi kif ukoll tal-presidenza, apparti li stajt naħdem ħafna mal-ministru Louis Grech li sibtu ta' spalla għalija. Bħala fondi, wettaqna ħafna u ħafna proġetti fl-oqsma kollha u anke fil-presidenza fejn kellna l-ministri u l-ministeri kollha involuti. Dan kollu servieni biex tgħallimt kemm għandna amministrazzjoni maħduma tajba. In-nies tagħna taċ-ċivil huma nies li jservu lil pajjiżna irrispettivament minn min ikun fil-gvern bl-aħjar mod possibbli. Matul il-presidenza taw eżempju li jissalvargwardjaw l-interessi, mhux biss ta' pajjiżna, iżda wkoll tal-Unjoni Ewropea, u l-kisbiet li għamilna u fi ħsiebna nagħmlu matul ix-xhur li baqa' tal- presidenza, hu mertu tagħhom, tad- diretturi, diretturi ġenerali u anke ta' uffiċjali fuq grad iżgħar li ħadmu biex jagħtu d-direzzjoni lill-uffiċjali li għandna f 'Dar Malta. Żewwiġna ż-żewġ ħiliet, fejn anke l-ministri ħallew impressjoni pożittiva ħafna fl-istituzzjonijiet Ewropej." F'din l-intervista, iddeċidejt li ma niddiskutix il-Presidenza mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-istess presidenza, iżda ma stajtx inħalliha barra għal kollox. "Meta tqis li aħna l-iżgħar stat membru fl-Ewropa, u ridna nieħdu ħsieb li mmexxu 150 kunsill preparatorju bħala presidenza u fl- istess waqt is-segretarjat tiegħi ried jibqa' għaddej bix-xogħol normali tiegħu, ma kinitx xi ħaġa faċli. Għal kull wieħed trid tipprepara l-aġenda tiegħek, trid tikkonsulta mal-istati l-oħra u imbagħad trid tiddeċiedi billi tasal għall-kompromess. Naħseb li sew dak li qed isir f 'Malta kif ukoll dawk li qed jieħdu ħsieb il-laqgħat fi Brussell qed jagħmlu biċċa xogħol tajba, iżda nħalli lil ħaddieħor jiġġudikana. Irrid nammetti li aħna l-Maltin kapaċi nqumu għall-aspettativa u għall- okkażjoni. "Aħna qed nagħmlu dan mhux għalina iżda għall-pajjiż. Il- ħaddiema mhux qed jaħdmu għal Ian Borg jew għal Joseph Muscat, iżda għal Malta u hawn ta' min ifaħħar lil mijiet ta' uffiċjali Maltin li ħadmu u għadhom jaħdmu f 'din il-presidenza." Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg temm l-intervista billi qal li jħossu fortunat li kellu rwol fejn b'mod tanġibbli għad jgħaddi flimkien ma' martu u ma' wliedu fil-futur, "u ngħid li jien kelli sehem żgħir li ħallejt xi ħaġa biex igawduha ta' warajja." biex inservi żewġ distretti' Il-mod kif qed jaġixxi Busuttil se jwasslu għal possibbiltà reali li hu jkun l-uniku kap mill-Indipendenza 'l hawn li ma jkunx fdat mill-poplu biex imexxi dan il- pajjiż " " Ritratt: Ray Attard