Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Aħbarijiet 3 Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum KIENET din il-gazzetta li nhar il-Ħadd li għadda, esklussivament żvelat kif fil-Partit Laburista, il-kandidati qed jgħidulhom biex ilestu ruħhom għall-possibbiltà ta' kampanja elettorali imminenti f 'Mejju, b'elezzjoni ġenerali f 'Ġunju. Dan, mibni fuq il-fatt li d-differenza bejn il-partiti, skont is-sondaġġi interni tal-Partit Laburista, kienu qed juru vantaġġ ta' bejn 25,000 u 28,000 vot favur l-istess partit. Is-sondaġġi jiriflettu s-sentiment tal-pubbliku qabel ma faqqgħu l-akkużi ta' Daphne Caruana Galizia fil-konfront ta' Michelle Muscat. Is-sorsi tal-ILLUM saħqu li kollox se jorbot mal-effett li se jkollha l-allegazzjoni kontra Michelle Muscat f 'termini ta' numri u appoġġ għall-Partit Laburista. Jidher li l-PM Joseph Muscat se jkun qed imur għal elezzjoni bikrija, b'kampanja elettorali li mistennija tkun qasira u qalila. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il- vantaġġi u l-iżvantaġġi elettorali ta' elezzjoni qabel żmienha, kważi sena fil-fatt. Dawn huma x-xenarji li jistgħu jiddeterminaw 'il fejn se jkun qed imur ir-riżultat elettorali, li qatt ma kien daqstant inċert f 'dawn l-aħħar erba' snin, daqs kemm huwa llum. Jekk jitħabbar l-eżitu tal-inkjesta qabel isejjaħ l-elezzjoni... Jekk l-inkjesta dwar il-kumpanija Egrant u allura l-allegazzjonijiet dwar Michelle Muscat jirriżultaw li mhumiex minnhom u allura mibnijin fuq ir-ramel, kif jidher li hu ċert, il-Partit Laburista, il-PM Muscat jista' jħoss li jkun għamel rebħa morali, anke jekk xorta jibqgħu ċerti dubji fuq iċ-Chief of staff tal-PM, Keith Schembri. B'inkjesta konkluża favurih qabel tibda l-kampanja elettorali, Muscat jista' jħoss li għandu biżżejjed riħ fil-qala biex jgħajjat elezzjoni ġenerali, ladarba l-każ ikun konkluż u d-deċiżjoni meħuda quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Il-ħsara li ssir lill-PN tkun konsiderevoli, imma dan xorta jkollu biżżejjed ċans biex jirkupra permezz ta' programm elettorali mirqum tajjeb u innovattiv. Jekk l-inkjesta ma toħroġx la qabel u lanqas waqt il-kampanja Jekk sakemm Muscat jiġi biex jgħajjat l-elezzjoni, ma tkunx għadha ġiet konkluża l-inkjesta Maġisterjali, u jieħu deċiżjoni bbażata biss fuq kif qed jidhru n-numri s'issa, jista' jkun qed jibgħat messaġġ ikrah. Il-messaġġ u l-perċezzjoni, u fil-politika l-perċezzjoni tgħodd ħafna, tkun li dan għamel hekk għax kellu x'jaħbi, anke jekk jista' jkun li dan ma jkunx minnu. Ikun bagħat sinjal ta' paniku, u li tibda kampanja elettorali b'sinjal ta' paniku, mhu pożittiv xejn. Jekk l-eżitu tal-inkjesta jibqa' ma joħroġx lanqas waqt il-kampanja elettorali u l-PM Muscat imur quddiem il-poplu b'dan il-każ għadu mdendel fuq rasu, din il-perċezzjoni tiqliel u ssir agħar milli diġà hi. Telfa għall-PL f 'dan ix-xenarju jkun possibbli. ...Jekk l-eżitu tal-inkjesta joħroġ waqt il-kampanja Jekk l-eżitu tal-inkjesta jsir pubbliku waqt il-kampanja elettorali u dejjem jekk jirriżulta li m'hemmx provi, la ta' tranżazzjonijiet lejn il-kont Egrant u lanqas li din il-kumpanija fil- fatt kellha lil Muscat bħala sid jew shareholder, il-PM Muscat u l-Partit Laburista jieħdu injezzjoni qawwija ta' appoġġ, ikunu għamlu rebħa morali kbira f 'nofs kampanja elettorali u jkunu taw daqqa kbira ħafna lill-PN u Busuttil. Naturalment, dan jibqa' riskju għax jekk fil-fatt jirriżulta li hemm, jew provi ċari jew inkella dubji serji fuq iż- żewġ allegazzjonijiet, il-kampanja ta' Muscat u tal- Partit Laburista tikkrolla b'mod spettakolari, bil-possibbiltà li l-PL iġarrab telfa, saħansitra anke konsiderevoli. Il-pajjiż jinsab fuq ix-xwiek... Il-pajjiż bħalissa jinsab fuq ix- xwiek. Kulħadd jistenna u kulħadd qed jipprova jaqta' meta ġejja l-elezzjoni. Dan kollu qed joħloq ammont ta' tensjoni politika u aktar minn hekk, qed joħloq ukoll inċertezza f 'diversi oqsma, l-aktar dak tal-proprjetà, li issa ilu għaddej tajjeb sew għal dawn l-aħħar snin. Muscat jista' jkun li jħoss li l-inċertezza ma tistax ittul wisq aktar milli diġà twalet u għalhekk elezzjoni f 'Ġunju se tkun qed taqta' mhux biss l-inċertezza, imma kwistjoni li issa ilha tiġri warajh minn sena ilu. Il-pajjiż qajla jista' jkompli għaddej b'dan ir-rittmu, f 'arja mill-aktar polarizzata u mill-aktar diviżiva. Elezzjoni f 'Ġunju terġa' tagħti lill-pajjiż lura l-element tan- normalità. Baġit u proġetti... Numru ta' Laburisti ma tantx qed jarawha pożittiva li ġejja elezzjoni f 'Ġunju, għax din qed tkun interpretata bħala walk over. Bosta qed jargumentaw li l-Gvern għad għandu ċans iressaq baġit, jiftaħ u jinawgura proġetti u jkompli jibni pontijiet fejn kienu tkissru, speċjalment ma' partitarji Laburisti. Il-PM nhar il-ġimgħa għamilha ċara li hu se jkun qed jieħu d-deċiżjoni 'li jaħseb li hija l-aħjar għall-pajjiż.' Jista' jkun li Muscat se jitlef numru ta' opportunitajiet li jistgħu jrebbħuħ aktar simpatija, imma jaf ukoll li aktar kemm itawwal, aktar l-Oppożizzjoni se tikxef snienha u aktar se teħżien is-sitwazzjoni tal-pajjiż, bil- konsegwenza li l-akbar żewġ karti u l-aktar karti importanti li għandu Muscat fil-but, l-ekonomija u x-xogħol, ikunu pperikolati serjament. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Elezzjoni f 'Ġunju: Ix-xenarji kruċjali se jorbot mal-effett li se jkollha l-allegazzjoni kontra Michelle Muscat f 'termini ta' numri u B'inkjesta konkluża favurih qabel tibda l-kampanja elettorali, Muscat jista' jħoss li għandu biżżejjed riħ fil-qala biex jgħajjat elezzjoni ġenerali, ladarba l-każ ikun elettorali u l-PM Muscat imur quddiem il-poplu b'dan il-każ għadu mdendel fuq rasu, din il-perċezzjoni tiqliel u ssir agħar milli diġà hi. Telfa għall-PL f 'dan ix-xenarju jkun possibbli. ...Jekk l-eżitu tal-inkjesta joħroġ waqt il-kampanja Jekk l-eżitu tal-inkjesta jsir pubbliku waqt il-kampanja elettorali u dejjem jekk jirriżulta li m'hemmx provi, la ta' tranżazzjonijiet lejn il-kont Egrant u lanqas li din il-kumpanija fil- fatt kellha lil Muscat bħala sid jew shareholder, il-PM Muscat u l-Partit Laburista jieħdu injezzjoni qawwija ta' appoġġ, ikunu għamlu rebħa morali kbira f 'nofs kampanja elettorali u jkunu taw daqqa kbira ħafna lill-PN u Busuttil. Naturalment, dan jibqa' riskju għax jekk fil-fatt jirriżulta li hemm, jew provi ċari jew inkella dubji serji fuq iż- żewġ allegazzjonijiet,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017