Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum 23 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus u li din sejra ġġib magħha taqlib. F'dan il-perjodu, se joffrulek opportunità pożittiva mmens f 'kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat, int se tiltaqa' magħhom, imma jekk dejjem int temmen fik innifsek, aktar u aktar jekk int temmen li jistgħu jinqalgħu xi problemi, u dan jista' jiġri. Int kontra kollox tkun kapaċi tgħeleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa l-aqwa żmien fl- astroloġija għalik sabiex int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek, u hekk int tikber aktar fik innifsek, u hekk int tikber aktar fik innifsek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Libra. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, u li din se ġġib magħha taqlib, int trid toqgħod ftit iktar attenta minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħti dik l-importanza mixtieqa. Trid tagħraf li int qiegħed kantuniera bogħod minn Gemini, u minħabba f 'hekk , l-effett ta' Taurus bħal qiegħed jaffetwa sabiex sitwazzjonijiet ta' inqas importanza toqgħod ftit iktar attent minn dak li jista' joħroġ minnhom. Aħjar tkun ftit iktar imħejji u ovvjament tagħti ftit iktar attenzjoni sabiex int tkun aktar tista' tissaħħaħ madwarek. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Scorpio Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, u li din sejra tagħmlek trattab aktar ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall-ieħor. Dan għaliex taħt dan iż-żodijaku, taħt Taurus, aktar minn qatt qabel se jkun effettiv ċertu ebusija fik, u dan jaf ikun ta' ħafna xkiel, kemm mil-lat ta' karriera, wisq aktar jekk int għandek relazzjoni. Għalhekk, li int taf li jista' jkollok aktar mument fejn tista' twebbes ir-ras iebsa, dan ipprova ċekknu. Uża aktar moħħok milli tuża qalbek. Hekk biss int tista' timxi aktar 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla tiegħek, int bħala Taurus, din għalik tfisser li se jkollok ftit ta' taqbida sabiex tagħraf iktar timxi b'moħħok milli b'qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat, qalbek ħalliha ġo kexxun. Sabiex int tkun tista' timxi fuq dak li taħseb, bil-għaqal u bil-moħħ. Jekk int jirnexxielek tagħmel dan, se tasal f 'aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kont kieku tuża dak li jiġi madwarek bil-qalb. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta' mera għall-futur qarib tiegħek. Agħraf aktar dan il-mument. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Capricorn Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, għalik, din se toffrilek toroq iktar miftuħa ta' opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni taħt dan iż-żodijaku ta' Taurus, din se toffrilek xejra ta' tibdil pożittiv. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil kompletament ġdid għalik, però, int issa trid tkun moħħok ferm iffukat sabiex tkompli tibrilla fil-qasam ta' madwarek. Agħraf it-tkattir f 'dan il- perjodu li riesaq lejk. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aquarius Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, dan għalik se jkun ifisser li se tiċċaqlaq iktar lejn l-istabbiltà ta' dak li int qiegħed tant tiffoka fuqu. Issa, dak il-perjodu li grazzi għaż-żodijaku ta' Taurus, int se tkun iffukat fuq il-madwar tiegħek, aktar mis-soltu, u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ, però trid tagħraf li żżomm bilanċ ma tkomplija tal-ħajja ta' madwarek. Żbilanċ jaf joħloq kumplikazzjonijiet. Tippermettix dan, meta int riesaq lejn dak li dejjem xtaqt. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, dan għalik se jkun ifisser li int għandek tibda tagħraf iktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek f'dan il-perjodu tagħraf timxi fuq pariri ta' ħaddieħor. Li tisma' parirm dejjem huwa ta' linja gwida, imma asal s'hemm. Taħt iż-żodijaku ta' Taurus, int għandek tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta' xejn. Għalhekk, dan huwa żmien sabiex int tagħraf titkattar aktar bl-abbiltà tiegħek, kemm fil-ħajja personali ta' madwarek, u wisq aktar fil-karriera tiegħek. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Aries Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li se jibda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, dan għalik se jkun ifisser li issa, il-perjodu ta' madwarek se jkun iktar stabbli minn dak li jkun is-soltu, u hekk kif tagħraf dan il-perjodu ta' stabbiltà, agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi iktar aħjar kemm fil-karriera jew ħidma li int topera. Tagħraf iktar sabiex issib spazju għalik personali, dejn anke ħin għal ċertu eżerċizzju. Jekk int f'relazzjoni, dan ukoll huwa tajjeb. Għalhekk, agħraf aħtaf din l-opportunità stabbli li hemm ġejja għalik, u fdan se jawguralek dak is- suċċess li tant tixtieq. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Taurus Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, dan għalik se jkun ifisser li int tista' f'dan il-perjodu tagħraf iktar il-bżonnijiet personali tiegħek, l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament. Għalhekk, ikun tajjeb li dan il-perjodu ddur waħda dawra madwarek sabiex meta jasal aktar mument ta' pressjoni fil-karriera, int tkun iktar imħejji u aktar ma tkun imħejji, aktar tagħraf tilqa' dawn il-pressjonijiet li għandhom jersqu lejk. Agħraf dan il-perjodu u agħraf iżjed sabiex twettaq iżjed il- bżonnijiet prinċipali tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Gemini Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus, dan għalik se jkun ifisser li int trid toqgħod ferm attent tul dan il-perjodu kif tagħraf tiddeċiedi għal xi deċiżjonijiet li ġejjin fil-viċin lejk. Dan huwa perjodu delikat għalik li taqa' taħt din l-istilla meta tinsab taħt iż-żodijaku ta' Taurus. Din is-sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk, int trid tagħraf iżżomm kemm tista' kawl sabiex kif spjegajt, ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla u dan jaf ikun ta' inkwiet fħalik fil-futur. Agħraf żomm dan il-perjodu kalm kemm tista' sabiex int tibqa' stabbli f'dan il-perjodu. Kulura favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Cancer Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus li dan għalik se jkun ifisser li int se tħossok xi ftit imfixkel bejn dak li kellek fl-imħabba fil-passat, għal dak li int fil-preżent għandek. Dawn il-ħsibijiet taħt iż- żodijaku ta' Taurus, jafu joħolqu ftit ta' konfużjoni. Għalhekk, int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent, għax jekk int se titfa' l-ħsibijiet lura għall-passat, taf tiftaħ ferita li tkun ta' dannu kbir fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, agħraf biss f'dak li qiegħed u mhux f'dak li kont. Il-passat kien biss tagħlima. Imxi u ħares 'il quddiem. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Leo Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li beda ż-żmien taż-żodijaku tal-istilla ta' Taurus li dan għalik se jkun ifisser li din se toħloq xi ftit tensjoni madwarek, ftit iktar mis-soltu, u dan l-aktar li se jaffetwak huwa kemm mal-ħbieb tiegħek, imma jaf ikun iktar fir-relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafna iktar f'nervi u kollox bħal qisek tara kollox ġej ħażin. Issa jekk int tagħraf tilqa' għal dan li ġej, dan ikun perjodu qasir, imma jekk int titkaxkar mal-kurrent, din taf iddum sew madwarek. Agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikkumbatti u b'hekk int tissaħħaħ aktar. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li taħt iż-żodijaku ta' Taurus hi ta' għajnuna siewja u pożittiva għalik ġejja minn Virgo Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju add 30 ta' April 2017 | Mis-7 ta' Mejju, se jibdew workshops dwar il-kristalli. L-enerġija tal-kristalli huwa suġġett pjuttost ġdid u għadu fil- bidu għalina. Il-kristalli huma importanti fil-ħajja ta' kuljum, barra li joffru kull tip ta' protezzjoni minn enerġiji negattivi, huma joffru diversi aspetti. Għalhekk, ħassejt il-bżonn li nibda workshops ta' gwida fuq x'inhu eżatt l-effett tal-kristalli fuqna. Għaldaqstant, kull min huwa interessat sabiex isir jaf iktar dwar kif kristall tista' tkun ta' għajnuna f 'kull parti tal-ħajja tagħna, għandu jċempel jew jibgħat SMS fuq 99013600 sabiex jirriżerva post għal dawn il-workshops Gwida dwar kif il-Kristalli jagħtuk enerġija pożittiva fil-ħajja ta' madwarek PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imwassal lilkom minn PaulJon 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Wara s-suċċes tat-Tnedija tal-Ktieb nhar il-Ħamis 27 ta' April, 2017, issa l-ktieb '7 Rakkonti Misterjużi' jinsab għall-bejgħ għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna, għandkom skont speċjali ta' 25%. Għal iktar informazzjoni, ċemplu 99013600 sabiex tordnaw din il-kopja speċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017