Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
illum Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Sports 30 Gowl ta' Jamie Vardy jikkastiga lil WBA LEICESTER City barra minn darhom għelbu l-isfida ta' WBA bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Jamie Vardy fit-43 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn AFC Bournemouth u Sunderland b'dawn tal-aħħar ikunu huma li joħorġu rebbieħa bil-gowl għalihom jasal minn Joshua King fit-88 minuta. Intant il-konfront bejn Southampton u Hull City kif ukoll dak bejn Stoke City u West Ham United intemmew fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 29 t'April Southampton vs Hull City 0-0 Stoke City vs West Ham United 0-0 Sunderland vs AFC Bourn. 0-1 WBA vs Leicester City 0-1 FIXTURES Il-Ħadd 30 t'April 13:00 Manchester United vs Swansea City 15:05 Everton vs Chelsea 15:05 Middlesbrough vs Manchester City 17:30 Tottenham Hotspur vs Arsenal It-Tnejn 1 ta' Mejju 21:00 Watford vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 30 t'April 12:30 Roma vs Lazio 15:00 Bologna vs Udinese 15:00 Cagliari vs Pescara 15:00 Crotone vs AC Milan 15:00 Empoli vs Sassuolo 15:00 Genoa vs ChievoVerona 15:00 Palermo vs Fiorentina 20:45 Inter vs Napoli Jamie Vardy jifraħ wara li skorja l-gowl tar-rebħa għal Leicester City. Vettel u Ferrari jiddominaw il-pole ta' Sochi fir-Russja IS-SEWWIEQ Ġermaniż ta' Ferrrari Sebastian Vettel għadda bi ftit lil sieħbu fuq Ferrari stess Kimi Raikkonen biex rebaħ il-pole position ta' Sochi fir- Russja. Is-sewwieqa ta' Mercedes Valtteri Bottas u Lewis Hamilton se jkunu qed jibdew mit- tielet u r-raba' post rispettivament. Dan kien riżultat diżappuntanti għas- sewwieq Ingliż Lewis Hamilton hekk kif kien 0.4 sekondi wara sieħbu Bottas waqt li inqas minn 0.1 ta' sekonda firdet lil Vettel, Raikkonen u Bottas. Din kienet l-ewwel pole li kiseb Sebastian Vettel ma' Ferrari wara dik li kien kiseb f 'Singapore lura f 'Settembru tal-2015. L-aħħar darba li żewġ sewwieqa ta' Ferrari spiċċaw fl-ewwel u fit- tieni post ta' pole position imur lura għall-pole tal- GP ta' Franza lura fl-2008. Vettel fuq il-podju fl-ewwel post flimkien ma' Raikkonen u Bottas