Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Sports 33 ĠIE rreġistrat suċċess għal Malta fil-weightlifting fil-kompetizzjoni għal Nazzjonijiet Żgħar Ewropej f 'San Marino fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. It- tim magħmul minn Kyle Micallef, Kieran Mifsud, Matthew Camilleri, Yazmin Zammit Stevens u Elisia Scicluna akkwistaw it-tieni post, filwaqt li l-Iżlanda rebħet il-kompetizzjoni. L-atleti Maltin kellhom prestazzjoni ferm tajba fejn ġew miksura 11-il rekord nazzjonali. Zammit Stevens kienet uffiċjalment l-atleta mara li rreġistrat l-akbar total f 'Malta - dak ta' 172 kilo. Yazmin (-69 kilo) refgħet snatch ta' 77kilo u clean & jerk ta' 95 kilo u kissret żewġ rekords nazzjonali fil- proċess. Scicluna (-90 kilo) għamlet rekord nazzjonali ġdida b`refgħa ta' 70 kilo fil-clean & jerk. Hija għamlet it-tliet tentattivi kollha b'suċċess u kisret rekord ieħor ta' 89 kilo. Hija għalqet il- kompetizzjoni b`total ta' 159 kilo, b`hekk irnexxielha tirreġistra tliet rekords nazzjonali ġodda. Kyle Micallef (-94kilo) kien fuq l-aħjar forma għal dan l-istaġun. Huwa żied fuq rekord nazzjonali tiegħu tal-isnatch b'tentattiv ta' 125 kilo. Fil-'clean & jerk' huwa kien kunfidenti aktar minn qatt qabel u rnexxielu jikser rekord antik ta' 13-il sena ilu - darbtejn b'156 kilo u 159 kilo. Huwa għalaq il- kompetizzjoni b'total ta' 284 kilo u ħames rekords nazzjonali ġodda. Kieran Mifsud ta' 17-il sena kien l-iżgħar atleta fil-kompetizzjoni. Fl-isnatch huwa refa' 122 kilo, filwaqt li fil-clean & jerk refa' 156 kilo. Minkejja li r-riżultat kien tajjeb, għal Mifsud kienet diffiċli ferm li jkun fl-aqwa tiegħu wara prestazzjoni eċċellenti ġimgħatejn ilu fil- kampjonati tal-Ewropa. Matthew Camilleri għamel l-aqwa kompetizzjoni tiegħu fejn refa' t-total ta' 243 kilo. Fl-isnatch huwa refa' 108 kilo. Fil-'clean & jerk' huwa rnexxielu jerfa' 135 kilo. Fl-aħħar attentat minkejja li kellu 'clean' iebsa ferm huwa rnexxielu jerfa l-jerk bl- akbar faċilità. Dan huwa wieħed mill- aħjar riżultati qatt miksuba mill-Malta Weightlifting fin-Nazzjonijiet Żgħar tal- Ewropa. Ir-rekords kontinwi li qed jinkisru juru x-xogħol iebes li l-assoċjazzjoni qed tagħmel u li definittivament il-weightlifters Maltin qed iħallsu lura b'dawn is- suċċessi. Barra minnhekk fil- kungress elettorali, il- president tal-assoċjazzjoni, Jesmond Caruana, kellu suċċess għalih, għall-MWA u għal Malta wara li ġie elett bħala Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet iż- żgħar Ewropej. Caruana assista lill- atleti f 'din il-kompetizzjoni, filwaqt li Ramona Borg kienet membru tal-ġurija. Il-parteċipazzjoni f 'din il-kompetizzjoni kienet possibli bil-għajnuna u l-appoġġ tal-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta. Keith Galea jirbaħ id-Dingli Sprint Duathlon FIL-JIEM li għaddew, il-Mellieħa AC organizza l-klassika Easter Sprint Duathlon li saret fit-triq panoramika ta' Ħad-Dingli. It tellieqa kienet tikkonsisti f 'ġirja ta' 5km, rota ta' 20km u ġirja oħra ta' 2.5km. Iċ- champion ta' Malta Keith Galea kien xorta waħda preżenti għal din it- tellieqa avolja kien qiegħed jiġġieled kontra virus qawwi li affettwalu t-taħriġ tiegħu għal dawn l-aħħar xahrejn. Kien l-Ispanjol Andres Bernal li daħal l-ewwel mill-ġirja. Huwa kien segwit mid-duo ta' Pembroke Athleta David Agius Lia u Shaun Galea. Keith Galea daħal fir-raba' post - 20 sekonda wara. L-atleta ta' Birkirkara St Joseph beda r-rota b'pass b'saħħtu ħafna u wara 5km huwa kien qiegħed fuq quddiem tat-tellieqa. Kien biss Shaun Galea li rnexxielu jżomm mal-pass taċ-champion imma fl-aħħar telgħa Keith Galea għamel attakk qawwi ħafna u Shaun Galea kellu jċedi. Keith Galea nduna li fetaħ vantaġġ żgħir u li Shaun kien qed ibati u allura insista f 'dan l-attakk sal- aħħar tar-rota għax kien jaf li dan kien mument kruċjali tat-tellieqa. Huwa daħal fit-transizzjoni fl-ewwel post b'vantaġġ ta' 20 sekonda. Huwa ta kull ma kellu fl-aħħar ġirja ta' 2.5km u rnexxielu jżid il-vantaġġ tiegħu biex irreġistra t-tielet rebħa tal-istaġun f 'ħin ta' 1.00.29. Shaun Galea spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 1.01.09. James Cuschieri spiċċa fit- tielet post f 'ħin ta' 1.01.55. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Galea, qal jinsab kuntent ħafna li rebaħ din it- tellieqa. Huwa jinsab għaddej minn perjodu diffiċli ħafna fejn qed jiġġieled kontra virus li afftewalu t-taħriġ tiegħu. Huwa qal li jinsab ferm 'il bogħod mill-aqwa forma tiegħu imma jinsab kuntent li bil-mod qedjirkupra u din ir-rebħa kompliet tqawwilu l-moral biex ikompli jaħdem biex jiġi għan-normalità tiegħu fi żmien qasir. Huwa kompla li jinsab kuntent ħafna bit-tellieqa tiegħu. Huwa afferma li għalkemm ma tantx kien qed iħossu f 'sikktu fil-bidu tat-tellieqa, huwa beda jħossu aħjar wara speċjalment fuq ir-rota fejn kienet kruċjali għar-rebħa. Huwa xtaq jirringrazzja lill-kowċis tiegħu Dermot Galea u Ivan Rozhnov, lill- familja kollha tieghu lill- isponsors tiegħu www. garminmalta.com, BBB Cycling Malta, Team Barry Malta International Challange Marathon, Jaycee Malta, Lucida Laundry dgtri.com personal training, Starbene 24/7, Saracino Cafe, Scott Bikes, Emvigee PR & Marketing, lill- klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti u lil SportMalta tas-sapport li jtuh.Fl- aħħarnett huwa xtaq jirringrazzja mmens lill- mara tiegħu Elizabeth Galea u lit-tifla tagħhom Elise tas-sapport kbir tagħhom speċjalment f 'dawn l-aħħar xahrejn. Keith Galea fuq ir-rota waqt id-Dingli Sprint Duathlon Suċċess għal Malta fil-Weightlifting fil-kompetizzjoni għal Nazzjonijiet Żgħar Ewropej Ritratt: MWA