Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Aħbarijiet 8 Tkompli minn paġna 1 Minħabba li Muscat mistenni jibni l-kampanja elettorali tiegħu fuq il-kisbiet ekonomiċi ta' pajjiżna, speċjalment fil- qasam tax-xogħol u l-finanzi, f 'dawn l-aħħar erba' snin, Muscat iddeċieda li jsejjaħ elezzjoni issa biex ma jħallix l-inċertezza ta' bħalissa ttul. Fil-fatt, persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta, fosthom nutara u oħrajn mis-settur tal- proprjetà, wieħed mill-muturi ewlenin tas-suċċess ekonomiku fl-aħħar snin, qalu li bħalissa 'n-negozju qed jiġġammja' b'pajjiż li jinsab f 'aspettativa, b'polarizzazzjoni qawwija. Jidher li meta l-PM Muscat, iktar kmieni din il-ġimgħa sostna li, "mhu se nħalli lil ħadd jiġġammja l-ekonomija," kien qed jagħti indikazzjoni ċara li se jħabbar l-elezzjoni. Internament fil-PL, mhux kulħadd jaqbel ma' din id- deċiżjoni hekk kif hemm min iħoss li l-Gvern kien imissu preżenta l-aħħar baġit tiegħu qabel sejjaħ l-elezzjoni ġenerali. Din l-għajta, hija simili wkoll għal tal-1998 meta dakinhar, il- PM Alfred Sant kien iddeċieda li jmur għal elezzjoni, hekk kif kien spiċċa jitlef il-maġġoranza parlamentari tiegħu sforz ir- ribelljoni interna mill-eks-PM Dom Mintoff. Dakinhar, kien hemm bosta fil-PL li pprotestaw kontra elezzjoni bikrija, fosthom George Abela u anke l-eks Ministru Alex Sciberras Trigona li kien tal-opinjoni li l-Gvern kellu jressaq baġit qabel imur għall-elezzjoni. (Iżda l-PM, x'għandu x'jitlef? U x'għandu x'jirbaħ mid-deċiżjoni ta' elezzjoni kmieni? Ara analiżi fuq paġna 3) The Ministry for Health is seeking to recruit an EESSI Project Administrator – EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information) Connecting Europe Facility 2014-2020. EESSI Project Administrator Contract • Two year definite contract – 40 hours per week Qualifications and Experience • Be able to communicate in the English Language given that due consideration will also be given to applicants who also have the ability to communicate in the Maltese Language; • In possession of a recognised Master's qualification at MQF Level 7 (subject to a minimum of 60 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regards to programmes commencing as from October 2008) in Management, or Project Management or Finance or a comparable professional qualification, plus one (1) year relevant work experience; OR • In possession of a recognised Bachelor's qualification at MQF Level 6 (subject to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regards to programmes commencing as from October 2003) in Management, or Project Management or Finance or a comparable professional qualification plus three (3) years relevant work experience. Interested persons are to submit their application together with detailed Curriculum Vitae by not later than Monday 15 th May 2017. Applicants who are already in the Malta Public Service must produce a Service and Leave Record Form (GP 47); those applying from outside the Service must produce a Certificate of Conduct issued by the Police or other competent authority not earlier than one (1) month from the date of application and state whether they have ever been in Government Service, giving details. Applications should be addressed to: Resourcing and Employee Relations Directorate, Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta VLT 1171. Website: http://health.gov.mt Fax number: +356 22992604 Email address: recruitment.health@gov.mt. Applications can also be submitted through the Online Government Recruitment Portal on http://recruitment.gov.mt by the said closing time and date of this call for applications. More detailed information regarding the above job vacancy can be accessed from the government website http://recruitment.gov.mt and Government Gazette issued on Friday 28 th April 2017. The sole responsibility of this publication lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information contained therein. Muscat se jiġġieled l-elezzjoni fuq l-ekonomija, x-xogħol u l-ħolqien tal-ġid Joseph Muscat jieħu l-ġurament ta' PM fl-2013 wara rebħa storika ta' 36,000 vot 'Qbilna dwar linji gwida għal Brexit fi kwarta' IS27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea kollha qablu dwar x'attitudni għandha tittieħed fil-konfront tar- Renju Unit. F'kummenti lill- mezzi tax-xandir fi tmiem Kunsill Ewropew fi Brussels li ttratta speċifikament Brexit, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa sinifikanti li l-qbil dwar il-linji gwida għan-negozjati mar-Renju Unit sar f 'inqas minn kwarta. "Fil-fehma tiegħi intbagħat sinjal ta' unità kbira bejn is-27 pajjiż membru. Huwa wkoll ċertifikat għall-Presidenza Maltija li fil-ġimgħat li għaddew ħadmet mal- Kummissjoni Ewropea u man-negozjatur Barnier biex id-diffikultajiet kollha jiġu eliminati u llum inkunu nistgħu nitkellmu dwar l-aspett politiku iktar milli nargumentaw dwar il-punti li għandhom x'jaqsmu mad- dokumenti," qal Muscat. Il-Prim Ministru qal li l-fatt li l-Unjoni Ewropea approvat f 'ħin qasir wieħed mill-aktar dokumenti diffikultużi li qatt kellha quddiemha juri li dan ix-xogħol issarraf f 'riżultati konkreti. Muscat qal li l-Ewropa qed tibbaża fuq il-ħsieb ta' x'hemm bżonn li jsir. L-ewwel tkun indirizzata Brexit, u meta jsir progress biżejjed, jiġu indirizzati kwistjonijiet oħra. "Hemm diffikultajiet li nafu bihom u hemm oħrajn li jinqalgħu matul it-triq. Mhux se tkun triq facli. Naħseb li hija skeda ambizzjuża imma bdejna b'pass tajjeb," temm jgħid il-Prim Ministru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017