Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
Aħbarijiet 11 ILKELLIEMA tal- Kampanja Paga Minima Diċenti sostnew li filwaqt li jagħrfu l-aspetti pożittivi, iħossu li l-ftehim maqbul bejn l-imsieħba soċjali u approvat mill-gvern dwar iż-żieda fil-paga minima, ma jilħaqx l-aspetitivi mixtieqa għall-ħaddiema. F'konferenza tal-aħbarijiet msejħa lbieraħ filgħodu b'reazzjoni għaż-żieda tal-Gvern fil-paga minima, il-Kampanja Paga Minima Diċenti, tenniet li l-proposta tagħha, li sostnew li diġa' kienet waħda konservattiva, kienet għal żieda ta' 11% fuq medda ta' tliet snin. Dan kellu jkun imqassam f 'żieda minn €168 għal ftit inqas minn €174 fil-ġimgħa, li fit-tieni sena terġa' tiżdied għal €180 fil-ġimgħa u fl-aħħar sena tilħaq il-€186.27 fil-ġimgħa. B'hekk, Kampanja Paga Minima Diċenti kienet qed tappella għal żieda ta' €18.30 fil-ġimgħa, €79 fix-xahar jew €950 fis-sena, fl-aħħar tat-tielet sena. Il-Kampanja sostniet li żieda fil-paga minima hi primarjament ibbażata fuq prinċipju ta' ġustizzja soċjali u mhux biex jinqered il-faqar. KPMD sostnew li jinsabu kuntenti li ċċaqalqu l-ilma biex wara kważi erbgħin sena, kien hemm qbil biex il-paga minima togħla, u kuntenti li l-proposta tagħhom biex ikun hemm reviżjoni kontinwa tal-paga minima ntlaqgħet. Innotaw ukoll li hu tajjeb ukoll li se titwaqqaf Kummissjoni għal Pagi Baxxi u li l-Prim Ministru qal li d-diskussjoni fuq il-paga minima għandha tkompli. Il-Kampanja nnotat ukoll kif il-paga minima mhux se tkun qed togħla għal kulħadd, imma se togħla biss għal dawk li se jkunu ilhom sena f 'impjieg fl-istess post tax- xogħol. Nhar il-Ġimgħa li għadda, il- Prim Ministru Joseph Muscat fakkar li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat u li permezz tiegħu se tiżdied il-paga minima b'€416, "ħadd mhu se jibqa' jaħdem bil-paga minima għal aktar minn sena." Dan ifisser li skont dan il-ftehim, wara l-ewwel sena l-impjegatur se jkun obbligat li jgħolli l-istess paga minima tal-ħaddiem. Waqt il-konferenza, kelliem tal-KPMD innota li l-Prim Ministru qal ukoll li "jista' jkun hemm xi abbużi minn xi waħdiet li jivvintaw mekkaniżmu legali biex iduru ma' dan il-ftehim." Minħabba f 'hekk, il-KPMD appellat sabiex il-paga minima għandha tiżdied għal kulħadd mill-ewwel, għaliex inkella dan il-ftehim jista' jkun ta' inċentiv għal min iħaddem biex ikeċċi lill-ħaddiema qabel jagħlqu sena fl-impjieg tagħhom. Fil-konferneza tal- aħbarijiet ingħad ukoll li €8 fil-ġimgħa fuq medda ta' sentejn mhumiex biżżejjed għaliex dan l-ammont huwa ftit wisq. "Din iż-żieda ma tiggarantixxix paga ġusta u diċenti. Il-proposta ta' 11% fuq tliet snin diġà hi baxxa ħafna u din iż-żieda lanqas biss hi nofs ta' dik li proponejna." B'hekk, il-Kampanja Paga Minima Diċenti qalet li se tkompli tinsisti sabiex il-paga minima togħla b'mod ġust u xieraq u li l-mekkanizmu ta' kif tinhadem il-COLA għandu jiġi rivedut. Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum The Ministry for Health is seeking to recruit an EESSI Technical Administrator – EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information) Connecting Europe Facility 2014-2020. EESSI Technical Administrator Contract • Two year definite contract – 40 hours per week Qualifications and Experience • Be able to communicate in the English Language given that due consideration will also be given to applicants who also have the ability to communicate in the Maltese Language; • In possession of a recognised Master's qualification at MQF Level 7 (subject to a minimum of 60 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regard to programmes commencing as from October 2008) in Information Technology or a comparable professional qualification, plus one (1) year relevant work experience; OR • In possession of a recognised Bachelor's qualification at MQF Level 6 (subject to a minimum of 180 ECTS/ECVET credits, or equivalent, with regard to programmes commencing as from October 2003) in Information Technology or a comparable professional qualification plus three (3) years relevant work experience. Interested persons are to submit their application together with detailed Curriculum Vitae by not later than Monday 15 th May 2017. Applicants who are already in the Malta Public Service must produce a Service and Leave Record Form (GP 47); those applying from outside the Service must produce a Certificate of Conduct issued by the Police or other competent authority not earlier than one (1) month from the date of application and state whether they have ever been in Government Service, giving details. Applications should be addressed to: Resourcing and Employee Relations Directorate, Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta VLT 1171. Website: http://health.gov.mt Fax number: +356 22992604 Email address: recruitment.health@gov.mt. Applications can also be submitted through the Online Government Recruitment Portal on http://recruitment.gov.mt by the said closing time and date of this call for applications. More detailed information regarding the above job vacancy can be accessed from the government website http://recruitment.gov.mt and Government Gazette issued on Friday 28 th April 2017. The sole responsibility of this publication lies with the author. The European Union is not responsible for any use that may be made of the information contained therein. 'Min iħaddem jista' jabbuża mill- ftehim dwar il-paga minima' Il-Kampanja Paga Minima Diċenti twissi dwar abbużi li jistgħu jsiru fuq il-ħaddiema bil-ftehim il- ġdid li sar dwar il-paga minima