Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Minn Brussell 14 'Hu perikoluż li nibdew nitħaddtu F'INTERVISTA esklussiva mal-ILLUM, Jens Stoltenberg is-Segretarju Ġenerali tan-NATO tkellem dwar diversi problemi li bħalissa qed jinkwetaw lill-popli kollha tad-dinja minħabba xi azzjonijiet u deċiżjonijiet li qed jieħdu diversi 'mexxejja'. L-Unjoni Ewropea qed taħdem biex tinbena l-armata Ewropea. Sadanittant, 22 stat membru tal-UE huma membri jew aħjar allineati man-NATO. Ifisser li l-Ewropa se jkollha żewġ armati jiddefendu s-sigurta tagħha? "Ħafna mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea għamluha ċara mill-ewwel li xogħol din l-armata hi dwar tisħiħ fid-difiża Ewropea," beda biex qal Stoltenberg fejn kompla jgħid li din l-armata hi wkoll dwar l-iżvilupp ta' kapaċitajiet fid-difiża Ewropea, "iżda mhix li tinbena armata ġdida Ewropea bi kmand li jikkompeti mal- kmandanti tan-NATO. Anzi nilqgħu din l-armata b'idejna miftuħa għax din se tkompli ssaħħaħ l-istabbilità fl-Ewropa u anke l-pont Transatlantiku. Il-koperazzjoni bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea se tissaħħaħ b'din l-armata tant li diġà qbilna fuq 43 miżura, fejn nistgħu naħdmu flimkien. Indirizzajna t-theddid ċibernatiku, theddid ibridi, kwistjonijiet marittimi, ġlieda kontra t-terroriżmu, u fl-istess waqt nirrispettaw l-integrità tad-deċiżjonijiet li tieħu l-Unjoni Ewropea u n-NATO. Nirrispettaw ukoll l-alleati l-oħra li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropea u anke dawk l-istati membri Ewropej li mhux membri tan-NATO." Meta l-President Trump daħal fil-White House bħala president, kien ikkritika lin-NATO li m'għandhiex kapaċitajiet li jitrattaw kontra t-terroriżmu. Jens Stoltenberg, dakinhar ma qabilx ma' Trump, fejn kien qal dawn il-preċiżi kelmiet, 'Going it alone on defense and security is not an option for either the United States or Europe' (li mhix għażla la għall-Istati Uniti u lanqas għall-Ewropa fejn tidħol id-difiża u s-sigurtà). Sadanittant, Trump qabad u attakka lill-armata Sirjana meta kien allegat li dawn użaw armi kimiċi fuq il- poplu u r-ribelli Sirjani. Dwar dan, is-segretarju Ġenerali tan-Nato wera li qabel mal-attakk Amerikan fuq is-Sirja, "L-attakk kontra l-mitjar minn fejn telaq l-attakk kimiku fuq is-Sirjani fl-4 ta' April kien ibbażat fuq dak li l-Intelliġenza Amerikana skopriet u l-attakk kien deċiżjoni tal-Amerikani waħedhom u attwawh huma waħedhom. L-alleati Ewropej fin-NATO esprimew il-qbil ta' din l-azzjoni li ħadet l-Istati Uniti f 'dan il-każ, għax kull użu ta' armi kimiċi hu totalment innaċċettabli. Kienet azzjoni barbarika u orrenda. Din kienet vjolazzjoni ċara tal- konvenzjoni u l-ftehim John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt Intervista esklussiva mas-segretarju Ġenerali tan-NATO • Jgħid li l-armata Ewropea tagħti iżjed saħħa lid-difi ża Ewropea • Jaqbel mal-attakk tal-Istati Uniti fuq is-Sirja • In-NATO qed jibnu diviżjoni tal-Intelliġenza dwar 'hybrid attacks' biex nistgħu nipprevenu t-terroriżmu Min hu Jens Stoltenberg? Jens Stoltenberg hu politiku Norveġiż li qed jokkupa l-pożizzjoni tat-13-il Segretarju Ġenerali tan-NATO mill-1 ta' Ottubru 2014. Qabel, hu kien Prim Ministru tan-Norveġja mill-2000 sal-2001 u mill-2005 sal-2013. Għandu 58 sena u twieled Oslo fis-16 ta' Marzu 1959. Miżżewweġ lil Ingrid Schulerud u missier Axel u Anne Catharina.