Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Minn Brussell 15 internazzjonali. Għalhekk nemmen li dak li għamlet l-Istati Uniti kien li bagħtet messaġġ ċar li l-użu tal-armi kimiċi hu innaċċettabbli u min jużahom irid ibati l-konsegwenzi." L-uffiċjal ta' statura għolja fin-NATO qal ukoll li l-President Trump kien stqarr ċar ukoll li n-NATO hi importanti mhux biss għall-Ewropa iżda wkoll għall-Istati Uniti. "Li jkollok għaqda Transatlantika b'saħħitha, hi tajba għaż-żewġ naħat. Irridu niftakru li żewġ gwerer dinjija u gwerra bierda kkawżaw instabbiltà fl-Ewropa u għalhekk, l-istabbiltà hi importanti għall-prosperità u s-sigurtà għall-Istati Uniti wkoll. Irrid inżid ukoll li l-ewwel darba li n-NATO użat l-artiklu 5 li jfisser li tintervjeni militarment, kien wara l-attakk tan-9/11 tal-2001, fejn in-NATO għadha tiġġieled it-terrorimu fl-Afganistan u għadna niġġieldu t-terroriżmu fl-Iraq u s-Sirja bħala appoġġ tal-koalizzjoni biex niġġieldu lid-daesh (ISIS). Għalhekk, l-istati Uniti jafu li n-NATO hi importanti għas-sigurtà tagħhom." Bħalma jaf kulħadd, l-attakki terroristiċi llum huma bbażati fuq attakki individwali moħbija u li jitfaċċaw f 'daqqa waħda b'kull intenzjoni li joħolqu massakru fuq kull min ikun viċin tagħhom. Attakki li joqtlu bla ma wieħed jista' jkun jaf meta, fi x'ħin u fejn. Dan ifisser li l-armata tan-NATO qed tiffaċċja armata li ma tidhirx, armata fantażma. Stoltenberg qal li n-NATO konxja b'dan kollu u qed jaħsbu f 'din l-armata fantażma, "billi niżviluppaw u nadattaw għal theddid terroristiku li jinbidel minn kull żmien. It-tweġiba kontra t-terroriżmu mhux dejjem trid tkun b'mod militari. Irridu approċċ aktar miftuħ u komprensiv b'mod politiku, ideoloġiku, mal-pulizija u l-kontroll tal-fruntieri, u iva anke militarment speċjalment fil-kwartieri tat-terroriżmu li jinsabu fl-Afganistan, l-Iraq u s-Sirja. Qed niżviluppaw anke l-intelliġenza tagħna biex inkunu preparati aħjar fil-prevenzjoni ta' attakki terroristiċi. Fil-fatt, fin-NATO qed nistabilixxu diviżjoni tal-intelliġenza biex il- pajjiżi membri tagħna naqsmu dak li nkunu nafu bejnietna kollha. Din hi r-risposta tagħna lejn l-attakki terroristiċi. Qed nieħdu ħsieb biex nirrispondu għal attakki ibridi ('hybrid attacks') li hi strateġija importanti kontra t-terroristi li jkunu qed iħejju xi attakki." Bħalissa madwar il- peniżola tal-Korea ta' Fuq hemm tliet super potenzi, l-Istati Uniti, ir-Russja, u ċ-Ċina kollha speċi ta' għassa ta' xulxin u għajnejhom fuq il-Korea ta' Fuq. Ħafna qed jaħsbu jew ibassru li din tista' tkun il-bidu tat-Tielet Gwerra Dinjija. "Il-fatt li l-Korea ta' Fuq qed tiżviluppa bombi nukleari u anke tittestjahom, hu inkwetanti. Anke li qegħdin viċin li jibnu missili ballistiċi b'kapaċitajiet enormi. Din bla dubju hi vjolazzjoni ta' riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà. Nitolbu lill- Korea ta' Fuq biex jieqfu milli jkomplu jittestjaw dawn il-missili u jkissru l-programm nukleari tagħhom biex b'hekk ikunu qed jirrispettaw u jimplimentaw ir- riżoluzzjonijiet tal- kunsill tas-sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Aħna m'aħniex preżenti fiżikament fir-reġjun iżda hemm l-akbar alleat tagħna, l-Istati Uniti li qed jieħdu ħsieb id-difiża mill-ajru tal-Korea t'Isfel u għandna lill-msieħba kbar tagħna, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel u għalhekk qegħdin nindirizzaw din l-instabbiltà li hi kkawżata mill-programm nukleari u tal-missili tal- Korea." Erġajt staqsejtu jekk din tistax tkun it-tielet gwerra dinjija jew hix biss theddida bħalma kienet ta' Kuba snin ilu, "Il- programm tal-missili u nukleari joħloq inċertezzi u tensjoni għolja. Iżda hu estremament perikoluż li nibdew nitkellmu fuq gwerra oħra dinjija. Għax m'aħniex hemm u għalhekk m'għandniex nispekulaw dwar dan għax m'aħniex f 'dik is- sitwazzjoni issa." Xi tfi sser NATO? nitħaddtu fuq gwerra dinjija oħra' Neħħejna t-tariffi tar-roaming. Mis-sajf li ġej, ivvjaġġa kullimkien fl-UE bla ma toqgħod tinkwieta fuq kontijiet bla kontroll. Aċċertajna wkoll suq iktar kompetittiv billi llimitajna t-tariffi bejn operaturi internazzjonali tat-telekomunikazzjoni. TLABTNA NNEĦĦU GĦALKOLLOX IT-TARIFFI TAR-ROAMING WETTAQNA DAK LI XTAQT Inpoġġuk fil-qalba tal-Ewropa North Atlantic Treaty Organization, magħrufa wkoll bħala in-North Atlantic Alliance, hi alleanza militari intergovernattiva bejn diversi stati tal-Amerka ta' Fuq u l-Ewropa bbażata fuq it-trattat tal- Atlantiku ta' Fuq li kien iffirmat wara l-aħħar gwerra fl-4 ta' April 1949. Illum, in-Nato hi magħmula minn 28 stat fejn fosthom hemm 22 minnhom li huma membri tal-Unjoni Ewropea. L-uniċi pajjiżi mill-Unjoni Ewropea li mhumiex allineati man-NATO huma l-Awstrija, Ċipru, il-Finlandja, l-Irlanda, Malta u l-Iżvezja. L-għan tan-NATO hi li tissalvagwardja l-libertà u s-sigurtà tal-membri tagħha b'mezzi politiċi u militari. Id-difiża kollettiva hi fil-qalb tal-Alleanza li tikkrea spirtu ta' solidarjetà u koeżjoni bejn il-membri kollha. In-NATO taħdem biex tassigura paċi dejjiema fl-Ewropa bbażata fuq valuri ta' libertà tal-individwu, demokrazija, drittijiet umani u r-regoli tal-liġi. In-NATO mhux biss tiddefendi t-territorji tal-membri tagħha, iżda anke turi snienha meta jkun hemm bżonn favur il- membri tagħha. Il-kwartieri tan-NATO jinsabu fi Brussell, fil-Belġju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017