Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Opinjoni 17 N har il-Ġimgħa waran- ofsinhar, delegazzjoni ta' Alternattiva Demokratika u oħra tal-Partit Nazzjonalista ltaqgħu biex jiddiskutu l-possibbiltà ta' alleanza pre-elettorali għall- elezzjoni ġenerali li jmiss. Iktar kmieni, il-Partit Nazzjonalista kien informa lill-istampa bid-deċiżjoni li kienet ittieħdet il-Ħamis mill-Kumitat Eżekuttiv tal- PN dwar ftehim bejn il-PN u l-Partit Demokratiku ta' Marlene Farrugia. AD dejjem kienet favur il-ħolqien ta' alleanza pre-elettorali. Il-ħtieġa ta' alleanza ta' din ix- xorta tinqala' biss jekk u meta wieħed mill-partiti politiċi ewlenin ikun dgħajjef, kif inhu bħalissa l-Partit Nazzjonalista. Hi opportunità li nħolqot bħala riżultat tad-difetti tar-regoli elettorali Maltin. AD kienet kritika tal-PN, u tibqa' tkun kritika tiegħu kull meta tħoss li din il- kritika hi neċessarja. Din hi kritika dwar l-imġiba tal-PN meta kien fil-Gvern kif ukoll kritika dwar id-diskrepanzi bejn dak li l-PN jgħid u dak li jagħmel. Li nkunu kritiċi tal-PN bl-ebda mod ma jeskludi l-possibbiltà ta' kooperazzjoni li tista' twassal għall-ħolqien ta' alleanza pre-elettorali, sakemm din issir sewwa. Imma kif irrappurtat korrettement l-orizzont tal-bieraħ, Alternattiva Demokratika mhux ser iġġorr is-slaleb tal-PN. Dawk iġorrhom il-PN innifsu. AD ikkritikat lill-PN talli ma ħax passi dwar l-imġiba tal-Membri Parlamentari tiegħu meta din ma kinitx aċċettabbli. Id-dikjarazzjoni ta' Claudio Grech li ma jiftakarx jekk qattx iltaqa' ma' George Farrugia – dak li qed jgħum fl-iskandlu tal-korruzzjoni taż-żejt – hi redikola u bl-ebda mod ma tista' titwemmen: imma Simon Busuttil ma qal xejn fil- pubbliku dwar dan. Qisu ma ġara xejn. Kien meħtieġ li Busuttil ikun ċar, imma ma kienx. Bħala riżultat ta' dan, Simon Busuttil bagħat messaġġ li hu dgħajjef meta f 'materja ta' korruzzjoni, il- Membri Parlamentari tiegħu joqogħdu jduru mal-lewża u jilagħbu bil-kliem. Dan mhuwiex aċċettabbli. Lanqas Beppe Fenech Adami ma kien iċċensurat dwar il-każ tiegħu konness mal-kumpanija Capital One Limited. Każ li bħala minimu jfisser li għamel żball ta' ġudizzju gravi. Beppe Fenech Adami m'għandu jkollu l-ebda immunità milli hu wkoll ikun soġġett għal passi dixxiplinari. Il-konsulenza ta' Mario Demarco għall-grupp db ta' Silvio Debono, tal-inqas spiċċat ftit aħjar: b'apoloġija ta' Mario de Marco, xi ħaġa rari ħafna fil-politika Maltija. Imma r-rwol ta' Simon Busuttil fit-taħwida tal-invoices foloz għadu pendenti. Ikun aħjar jekk Busuttil ukoll ifittex li jsolvi dan il-każ l-iktar kmieni possibbli. It-taħwida ta' Toni Bezzina li jilgħabha tal-qaddis dwar il-ħarsien taż-żona barra l-iżvilupp (ODZ) fl-istess waqt li kien qed japplika għal villa għall-użu tiegħu f 'żona simili ukoll inħbiet minn Simon Busuttil. AD kienet tippreferi kieku l-PN m'għaddiex minn dan it-taħwid. Imma dan issa qiegħed hemm u jista' jarah kulħadd. L-alternattiva għal dan, il-Partit Laburista, fil-mument qiegħed f 'sitwazzjoni ferm agħar minn dan. It-taħwid li minnu għaddej il-Partit Laburista m'għandux iservi ta' paraventu għall-iżbalji tal-PN biex jgħattihom. Huma żbalji li saru, uħud minnhom ħoxnin u ser jibqgħu magħna, għax m'aħniex ser ninsewhom. Huma piz li l-PN irid iġorr miegħu. Salib li jrid iġorru. Hemm bżonn li nifhmu li l-ħolqien ta' alleanza pre-elettorali toħloq proġett politiku superjuri u differenti minn dak tal- partiti politiċi individwali li jiffurmawha. L-alleanza, minnha nnifisha tfisser bidla fl-attitudni u għandu għaldaqstant ikollha isem li tkun tirrifletti din id- direzzjoni differenti. L-użu ta' ismijiet eżistenti tfisser li kollox baqa' l-istess u bħala riżultat timbotta lin-nies. L-għażla ta' isem għall- alleanza tagħti l-messaġġ dwar kemm il-ħerqa għall- bidla għandha għeruq. Hi wkoll rifless tad-diversita fil-ħsieb fl-alleanza. Il-qbil fuq il-prinċipji politiċi ġenerali li għandhom jiggwidaw lill-allejanza huwa pass kbir 'il quddiem. Dawn prinċipalment jikkonċernaw il-ħtieġa li jssaħħu l-istituzzjonijiiet kif ukoll il-ħtieġa li tkun rinforzata l-governanza tajba. Waqt il-laqgħa tal-Ġimgħa, AD ippreżentat lill-PN bi proposta speċifika u dettaljata. Kien hemm nuqqas ta' qbil dwar isem l-allejanza. Sfortunatament, il-Partit ta' Marlene Farrugia ma fehemx is-sinifikat ta' din l-għażla. Ma rrealizzax li meta aċċetta li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f 'isem il-PN wassal messaġġ żbaljat li hu sar appendiċi tal-PN. L-għażla tal-isem għandu jirrifletti n-natura tal- alleanza: li tiġbor fiha partiti politiċi indipendenti li qed jikkoperaw fuq proġett politika biex jinbnew mill- ġdid l-istituzzjonijiet li qed jikkrollaw. Hemm fuq kollox ħaġa waħda li għandha tkun ċara: li Alternattiva Demokratika mhux ser tkun l-appendiċi ta' ħadd. AD ser tkun sieħeb attiv u kritiku li ma jbaxxi rasu għad-dittat ta' ħadd. L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail.com http://carmelcacopardo. wordpress.com Skont Cacopardo... L-isem: rifless tad-diversitá politika "II-Partit ta' Marlene Farrugia ma rrealizzax li meta aċċetta li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f 'isem il-PN wassal messaġġ żbaljat li hu sar appendiċi tal-PN" "Alternattiva Demokratika mhux ser tkun l-appendiċi ta' ħadd. AD ser tkun sieħeb attiv u kritiku li ma jbaxxi rasu għad-dittat ta' ħadd" CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017