Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 24 Bijograja Alfred Consiglio O lga Taratuta twieldet fil-21 ta' Jannar 1876 fil-villaġġ ta' Novodmitrovka, fl- Ukrajna, dak iż-żmien parti mill-Imperu Russu. Isimha propju huwa Elka Ruvinskaia. Il-familja tagħha kienu Lhud, u missierha kellu ħanut żgħir. Wara li spiċċat l-istudju tagħha, Olga bdiet taħdem bħala għalliema. Fl-1895 Taratuta ġiet arrestata fuq suspetti politiċi. Sentejn wara hija ssieħbet ma' grupp soċjal demokratiku, grupp assoċjat ma' Abram Grossman (1863- 1910). Hija saret membru tas-South Russian Union of Workers u membru tal- kumitat ta' Elizabetgrad tal- Partit Soċjal-Demokratiku. Fl-1901 marret il- Ġermanja u wara l-Iżvizzera. Matul dan iż-żmien, hija ħadmet mal-ġurnal tal- partit, 'Iskra', u ltaqgħet ma' Georgi Plekhanov (1856- 1918) u Lenin (1870-1924). Fl-1903 Taratuta bdiet tisħaq fuq prinċipji anarko- komunisti. Hija rritornat Odessa fl-1904 u ssieħbet ma' Neprimirimye (L-Intransiġġenti), li kien gurpp magħmul minn anarkisti u segwaċi ta' Jan Waclaw Machajski (1866- 1926). Taratuta sfat arrestata f 'April 1904 iżda nħelset minħabba nuqqas ta' provi. Wara li nħelset hija ssieħbet mal-Odessa Workers Group of Anarcho-Comunists. Hija ma damitx ma kisbet reputazzjoni bħala waħda mill-anarkisti ewlenin fir- Russja. Taratuta ġiet arrestata mill-ġdid f 'Ottubru 1905, iżda nħelset meta ngħatat amnestija politika wara r-rivoluzzjoni ta' dik is- sena. Hija ngħaqdet mal-fergħa militanti tas- South Russian Group of Anarcho-Comunists, li uża attakki ta' 'terrur bla mottiv' kontra istituzzjonijiet rappreżentanti tal-borgeżija milli individwi speċifiċi. Taratuta kienet involuta fl-attakk bil-bombi fuq il-Kafè Libman f 'Odessa f 'Diċembru 1905, li għalih kienet issentenzjata 17-il sena ħabs. Hija ħarbet mill-ħabs f 'Diċembru 1906 u marret Geneva fejn ingħaqdet ma' Buntar (Ir-Ribelli) u editjat il-ġurnal tal-grupp. Lejn tmiem is-sena 1907 hija rritornat Odessa fejn għenet tippjana attentati kontra l-Ġeneral Alexandr Kaulbars (1844-1925) il-kmandant tar-regjun militari ta' Odessa. Taratuta kienet arrestata fl-1908 f 'Ekaterinoslav u weħlet sentenza ta' 21 sena ħabs. Hija nħelset f 'Marzu 1917 wara r-Rivoluzzjoni ta' Frar. F'Mejju 1918 hija ssieħbet mas-Salib Aħmar Politiku, li kienet tgħin rivoluzzjonarji fil-ħabs. Għalkemm għall-bidu hija żammet lura mill-moviment anarkista, il-persekuzzjoni ta' anarkisti mill-gvern Bolxevist ispirat lil Taratuta biex tissieħeb ma' Golos Truda (Il-Vuċi tax-Xogħol) f 'Ġunju 1920. Hija rritornat l-Ukrajna f 'Settembru 1920 wara li l-Makhnovisti ffirmaw ftehim mal-gvern Sovjetiku. Il-kmandanti Makhnovisti tawha ħames miljuni rubli. Hija marret Kharkov u wżat il-flus biex twaqqaf l-Anarchist Black Cross biex tipprovdi għajnuna lill-anarkisti ppersegwitati. F'Novembru 1920, Taratuta kienet arrestata waqt attakk mis-Sovjetiċi kontra l-anarkisti u l-Makhnovisti fl-Ukrajna. Il-gvern għalaq l-Anarchist Black Cross. Taratuta ġiet trasferita lejn Moska f 'Jannar 1921 u lejn Orlov f 'April tal-istess sena. Ix-xahar ta' wara hija kienet offruta ħelsien bil- kundizzjoni li hija tiċħad pubblikament it-twemmien anarkist tagħha. Minflok, hija ssieħbet mal-priġunieri sħabha fuq strajk tal-ġuħ li dam sejjer 11-il jum. F'Marzu 1922 hija sfat eżiljata lej Veliky Ustyug għal sentejn. Wara li nħelset fl-1924, Taratuta marret Kiev. Hija kienet arrestata mill-ġdid f 'nofs is-sena talli stampat propaganda anarkista, iżda nħelset ftit wara. Aktar tard dik is-sena hija marret Moska. Fl-1927 hija ssieħbet mal-kampanja internazzjonali b'appoġġ għal Sacco u Vanzetti. Matul l-1928 u l-1929, Taratuta kitbet ħafna ittri biex tipprova torganizza għaqda internazzjonali biex tappoġġa lill-anarkisti fil-ħabsijiet Russi. Hija marret Odessa fl-1929 u ġiet arrestata talli ppruvat torganizza għaqda anarkista fost il-ħaddiema tal- ferroviji. Hija weħlet sentejn ħabs. Taratuta, wara li nħelset, marret Moska fejn ingħaqdet mas-Soċjetà ta' Priġunieri u Eżiljati Politiċi. Hija kienet arrestata fl-1933 iżda nħelset. Hija kienet arrestata mill- ġdid fis-27 ta' Novembru 1937 u akkużata b'attività anarkista. Hija kienet ikkundannata għall-mewt fit-8 ta' Frar 1938 u maqtula fl-istess jum. Referenzi: • Paul Avrich: The Russian Anarchists Princeton University Press 1967. Olga Taratuta (1876-1938) Anarko-Komunista Ukrena Thursday TVM 20:50

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017