Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Valletta ........................ 0 Tarxien R ...................... 2 TARXIEN Rainbows ħasdu lil Valletta biex jirritornaw għar-rebħ meta permezz ta' gowl f 'kull taqsima għelbu lill-Beltin bl-iskor ta' 2-0. Din it-telfa poġġiet lil Valletta f 'riskju li jitilfu t-tielet post fi tmiem l-istaġun. Fil- fatt din kienet it-tieni telfa konsekuttiva għal Valletta li rebħu logħba waħda biss mill- aħħar sitt partiti. Min-naħa l-oħra, għar-Rainbows, din kienet l-ewwel rebħa f 'iktar minn tliet xhur - rebħa li għandha sservi biex tgħolli l-moral tar-Rainbows hekk kif ġimagħtejn oħra jkunu mpenjati fis-semi-finali tal- FA Trophy. Tarxien Rainbows wettqu mhux inqas minn sitt tibdiliet mill-aħħar partita hekk kif Andrea Cassar, Emerson Marcelina, Julian Galea, Triston Caruana, Alex Nilsson u Alex da Paixao Alves ħadu post Philip Schranz, Matthew Tabone, Dylan Micallef, Ayrton Azzopardi, Matthew Brincat and Matthew Sladden. Valletta. Min- naħa l-oħra Valletta wettqu żewġ tibdiliet mill-konfront preċedenti hekk kif Briffa u Uchenna Umeh Calistus ħadu post Claudio Pani u Valdo Goncalves Alhinho rispettivament. Ir-Rainbows fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta xutt minn barra l-kaxxa ta' Alex Nilsson għeleb lill-goalkeeper Litwen tal-Lilywhites, Dziugas Bartkus. Huma rduppjaw l-iskor biex ssiġillaw ir-rebħa fit-62 minuta grazzi għal Ebiabowei Baker li rnexxielu jegħleb lill-goalkeeper Bartkus wara li dan tal-aħħar kien salva parzjalment l-ewwel tentattiv. Valletta - Bartkus, Camilleri, Malano, Briffa, Montebello, J. Borg, Pani, Uchenna Calistus, Aguirre, Velasco, Pericles Romao Tarxien R. - Cassar, Baker, Marcelina, Galea, Caruana, Nilsson, Agius, Zerafa, Da Paixao Alves, Zammit, Borg Referi - Malcolm Spiteri ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Dan huwa t-tieni staġun tiegħu ma' Tarxien Rainbows. Huwa fost l-aqwa plejers barranin li jilagħbu fil- Kampjonat BOV Premier. Tarxien Rainbows jaħsdu lil Valletta Ritratt - BOV

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017