Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Balzan ............................1 Hamrun S .......................1 BALZAN tilfu żewġ punti prezzjużi fit-tellieqa tagħhom għar-rebħ tal-Kampjonat meta sfaw miżmuma fi draw diżappuntani ta' 1-1 minn Hamrun Spartans. Dan id-draw ħalla lit-tim immexxi mill-kowċ Oliver Spiteri punt taħt il-lijders Hibernians. Bil-Pawlisti għandhom logħba inqas hekk kif ikunu mpenjati llum kontra St Andrews, Hibernians jiġu dikjarati matematikament champions għat-12-il darba fl-istorja jekk jegħlbu lis-Saints. Balzan fetħu l-iskor fit-13-il minuta grazzi għall-freekick pinġut ta' Bojan Kaljevic li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Ispartans, David Cassar. L-Ispartans ġabu l-iskor indaqs erba' minuti biss wara meta l-captain Jake Grech żmarka lil Mathieu Manset, b'dan tal-aħħar javvanza fil-kaxxa qabel tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Balzan, Christian Cassar. Huma tilfu ċans tad-deheb li jerġgħu imorru fil-vantaġġ ftit wara meta rebħu penalty hekk kif Sean Cipriott twaqqa' fil-kaxxa mill-goalkeeper David Cassar. Madankollu, mill-11-il metru nkariga ruħu Bojan Kaljevic li iżda tefa' inkredibbilment barra. Balzan Cassar, Giglio De Oliveira, Piciollo, Micallef, Cipriott, Brincat, Effiong, Kaljevic, De Barros, Agius, Serrano Valero Ħamrun S. Cassar, Azzopardi, Micallef, Dos Anjos, Misan, L. Grech, Mesqueu Neto, Sciberras, J. Grech, Manset, Giusti Referi Glen Tonna LYDON MICALLEF Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aqwa plejer fil-grawnd. Għad ikun pedina importanti tat-tim nazzjonali Malti. Balzan miżmuma draw diżappuntanti minn Hamrun Spartans Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017