Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Sports 32 Futur mill-isbaħ għall-ġinnasta Ella Borg ILGINNASTIKA huwa sport li jirrikjedi ħafna attenzjoni kemm mentali kif ukoll fiżika. Ella Borg hija ginnasta li għandha 12 -il sena u ilha tipprattika dan l-isport minn mindu kellha ħames snin. Hija twieldet fl-10 ta' Lulju 2004 u minn ta' età żgħira ta' ħames snin kienet turi xewqa li tipprattika dan l-isport. Għalhekk hi bdiet tittrenja mal-Gymstars. Ella tattendi l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, f 'Pembroke. Hija tifla b'talent waqt li dejjem tkun bi tbissima fuq wiċċha u maħbuba minn sħabha. Ella għandha ħajja impenjattiva ħafna għaliex dan l-isport jirrikjedi ħafna ħin u determinazzjoni. L-iskola tipprattika l-ġinnastika erba' darbiet f 'gimgħa għal siegha u nofs kull darba, filwaqt li wara l-iskola għandha tliet sigħat u nofs taħriġ mal-klabb għal sitt darbiet fil-ġimgħa. Il-ġinnastika għal Ella hija parti minn ħajjitha fejn tirrikjedi ħafna sagrifiċċji speċjalment li trid tagħmel time-management biex tlaħħaq mal-istudju wkoll. Id-dedikazzjoni u d-determinazzjoni ta'Ella wasslitha li tattendi gġat- taħriġ b'mod regolari. Meta kellha biss sitt snin Ella kkompetiet għall- ewwel darba. Dan hekk kif f 'April tal-2012 ħadet sehem barra minn xtutna fuq livell internazzjonali. Kien ġewwa Colchester fejn kienet telgħet fuq il-podju għall-ewwel darba f 'ħajjitha. Minn dakinhar 'l hawn ma waqfitx tikkompeti u tikseb suċċessi fosthom l-ewwel post overall kwazi f 'kull National Championships. Il-pajjizi li żaret tul kemm ilha tipprattika dan l-isport li tant itiha sodisfazzjon huma l-Ingilterra , l-Isvizeera, il-Belġju, is-Serbja u dan l-aħħar Spanja. Hija dejjem ikkwalifikat b'riżultati sodisfacenti għall-età tagħha. Dejjem irnexxielha tikseb unur b'diversi midalji kemm fuq l-apparatus kif ukoll overall. Lejn l-aħħar ta' Marzu, Ella kienet ferħana ħafna għaliex ikkwalifikat biex tirrapreżenta lil Malta fil-Mediterrenean Games ġewwa Spanja. Dan kien fil-bidu t'April fejn kienet l-unika Maltija li waslet sal-finali. Il-kompetituri li kkompetew f 'dawn il- Logħbiet kienu ta' livell għoli. Ella Borg tifforma parti mill-atleti Elite tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u dan huwa unur ieħor fih innifsu. Hija tabbina żewġ karrieri flimkien - l-akkademja mal-isport, u dan iżommha motivata. Peressli tliet xhur oħra, Ella tkun għalqet 13-il sena hi se tkun eliġibbli biex tibda tirrapreżenta lill-pajjiżna fuq livell internazzjonali kif diġà bdiet bl-ewwel waħda ġewwa Spanja. Għalkemm mhux faċli kemm wieħed jaħseb peressli l-livell huwa għoli ħafna, Ella għandha ħolma li jasal iż-żmien li tikkwalifika biex tirrapreżentalil Malta fl- Olimpjadi. Hi xorta tistinka u tagħmel l-almu tagħha ħalli tibqa' tikseb riżultati pożittivi. Is-suċċessi matul is-snin ta' Ella ma setgħux ikunu possibli mingħajr l-għajnuna u s-sapport tal-kowċis tagħha, il-klabb Gymstars, l-Iskola Nazzjonali tal- Isport, il-KOM, u l-Malta Gymnastics Federation. Ella ħasset ukoll li għandha tirringrazzja lill-familja tagħha għas-sapport kontinwu b'mod speċjali lill-familjari tagħha li dejjem ikunu warajha. Hija xtaqet tgħid grazzi ukoll lil sħabha kollha li dejjem kienu ta' sapport massimu għaliha. Il-ġinnasta żagħżugħa Maltija, Ella Borg Illum issir il-Finali tal-BOV Tazza l-Kbira 2017 WARA stennija kbira, illum se tkun qed issir il-finali tal-BOV Tazza l-Kbira 2017. Ta' nota huwa l-fatt li n-numri li bihom se jitilqu ż-żwiemel finalisti tal-BOV Tazza l-Kbira 2017 ittellgħu fil-jiem li għaddew waqt konferenza stampa li saret fil-Malta Racing Club. Il-BOV Tazza l-Kbira hija l-akbar unur fil-kalendarju lokali tat-tiġrijiet tat-trott. Fuq distanza ta' 2,640m l-aqwa 72 żiemel f 'Malta jaspiraw li jirbħu dan l-unur. Biex ġew determinati t-12 -il finalist saru serje ta' sitt heats kif ukoll żewġ semi-finali. Il-poloz ittellgħu mis-sidien taż- żwiemel finalisti stess fil-preżenza taċ-Chairman tal-Malta Racing Club, is-Sur Edwin Borg u l-Kap tal-PR u Marketing tal-Bank of Valletta is-Sur Charles Azzopardi. Il-Finali tal-BOV Tazza l-Kbira mhiex biss spettaklu tal-aqwa żwiemel fuq din il-gżira iżda tinkludi wkoll programm varjat għall-familja kollha. Is-Sur Edwin Borg qal li jinsab kuntent li numru konsiderevoli ta' żwiemel ġodda pparteċipaw fl- edizzjoni ta' din is-sena li jawgura tajjeb għall-futur ta' dan l-isport. Fil- fatt il-kompetizzjoni din is-sena tidher li hi akbar minn snin preċedenti u ma jidhirx li se jkun hemm żiemel aktar favorit mill-oħrajn iżda kollox qed jindika li din il-finali se tkun waħda bbilanċjata. Il-Bank of Valletta huwa rinomat għas-sostenn tiegħu lejn l-akbar attivitajiet sportivi li jsiru f 'Malta u Għawdex. Dan qalu is-Sur Azzopardi fejn żied li xtaq jieħu l-opportunita sabiex jawgura tiġrija mill-aqwa lis-sidien kollha preżenti kif ukoll lill-ġerrejja finalisti filwaqt li spera li l-pubbliku in ġenerali ikollu esperjenza sabiħa. Il-Finali tal-BOV Tazza l-Kbira se ssir illum bl-ispettaklu fil-Korsa tal- Marsa jibda għas-2pm. Fost it-12-il żiemel finalist insibu wieħed, Donald Duck Tooma, li kien ukoll fil-finali ta-sena l-oħra. Il-finalisti ġejjin minn erba' pajjiżi differenti – Svezja (5), Franza (5), l-Italja (1) u Danimarka (1). Iż-żwiemel nalisti huma dawn: 1 - JAGUAR BROLINE 2 - CAREFUL VICTORY 3 - MIDSUMMER KING 4 - OVERTAKER BY SIB 5 - SERVICE SECRET 6 - VASTERBO PARADISE 7 - DONALD DUCK TOOMA 8 - SUPERCOOL LANGKJAER 9 - TANGUY DE NAPPES 10 - UCCELLO JET 11 - UHAL BERVEN 12 - TONIO DU VIVIER

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017