Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Sports 35 X'tikkummenta fuq l-FMA? L-aħjar ħaġa li tista' ssir fl-FMA hija li wieħed minn kull kumitat irid ikun membru, u meta ssir laqgħa jkunu involuti f 'kollox. Ma qbiltx li fil-finali tas-sena li għaddiet bejn il-Belt u l-Ħamrun, il-klabbs ma ħadu xejn. Qabel l-inċidenti naħseb kien hemm 800 ruħ. Tagħmel sens li tal-anqas 20% mill-introjtu jkun għaż-żewġ klabbs. Jew nemmen li min jirbaħ il-league jieħu xi ħaġa, jew tal-anqas is-sena ta' wara ma jħallasx il-miżata. U li lgħabtu behind closed doors qbilt? Lanqas qatt. Lanqas ridt immur għal-logħob. Il-plejers ukoll kienu ddiżappuntati. Jiena u l-President ma ridniex ninżlu għal-logħob imma kif rajna l-plejers motivati xorta u kienu determinati li se jirbħu, biddilna fehmtna. Ħa nsemmilek xi logħbiet minn dan l-istaġun. Il-finali tas-Super Cup mal- Luxol. Tliftu 7-4. X'mar ħażin f 'dik il-logħba? Il-Luxol huwa tim tajjeb ħafna. Huwa tim li jittrenja ħames jew sitt darbiet f 'ġimgħa. Aħna konna nittrenjaw darbtejn biss u issa qed nittrenjaw tliet darbiet. Kellna tliet barranin inqas minn kemm għandna issa. Anki huma kellhom wieħed. Però nemmen li kienu preparati wisq. Kienu jidhru li huma aħjar minna. Fiżikament ukoll. Id-draw ta' 7-7 kontra Sliema. Id-draw ta' 7-7 kontra Sliema jien nirringrazzjah. Imnalla seħħ. Kellna ħafna affarijiet, l-ewwel wieħed jiena. Ħassejt li konna ftit laxki u konna għadna wisq bl-ewforija tar-rebħ tal- League. Ma stajniex nagħmluha din il-ħaġa speċjalment meta l-kumitat jagħmel dawn is-sagrifiċċji kollha għalina. Tkellimna sew fuq il-biċċa. Ma stajniex niġu 7-7 ma' Sliema, anki meta tara kif ġejna draw. Plejers ma jiġrux. L-atteġġjament ma kienx wieħed sew. Wara l-logħba morna d-dar u ħallejna jumejn jgħaddu. Il-plejers tkellmu huma u ammettew li lagħbu ħażin. Jien ħadt ir-responsabbiltà kollha anki mal- President, li miskin kien imsiefer. Skużajt ruħi għax jien niġi parti mit- tort. Però mnalla ġrat għax serviet ta' tbeżbiża u ma nistgħux nillaxkaw għax irrealizzajna li m'għandniex dak it-tim il-kbir li konna qed naħsbu. Minn hemm imbagħad komplejtu mexjin u rbaħtu lil-Luxol. Il-partita kontra l-Luxol ridnieha biex niġu t-tieni, biex nibqgħu unbeaten, u kont tisma' plejers u timijiet jgħidu li dis-sena Luxol biss. Aħna għandna qalb kbira u meta l-plejers jilagħbu kontrina wkoll jagħmlu l-qalb għax għandna l-isem. Il-Belt dejjem jibqgħu l-Belt. Jiena meta kont żgħir kont ngħid għandna logħba mal-Belt" u kont nipprova nagħmel minn kollox. Però meta tkun fid-dressing room, bil- plejers qed jilbsu l-arma tal-Belt fuq sidirhom, l-atmosfera ma tistax ma tkunx differenti. Kif tarah it-tim nazzjonali Malti tal- futsal? It-tim nazzjonali Malti tagħna narah li qed imur tajjeb. L-aħħar logħba morna tajjeb imma mal-Bulgarija għalija ma morniex tajjeb. Nemmen li għandna bżonn indaħħlu aktar żgħażagħ meta jkollna aktar friendlies. U anki għal Valletta, tgħodd din? Aħna pruvajna wkoll nagħmluha din is-sena imma mhix faċli. Il-plejers Maltin mhux se jitilgħu Ħad-Dingli tliet darbiet fil-ġimgħa mbagħad jilgħab ħaddieħor flokhom. Għaddi l-aħħar messaġġi lill- partitarji Beltin. Il-messaġġ li nista' ngħaddi lis- sapporters Beltin huwa li dejjem ikunu warajna. Il-Belt naf li dejjem ikunu warajna, anki jekk hemm xi finali tal-waterpolo jkunu warajna. Aħna diġà għandna l-qalb, aħseb u ara bis- sapporters warajna. Nittama li jkunu warajna f 'kull logħba u mhux kontra l-Luxol jew il-Ħamrun biss. l-plejers jilagħbu kontrina wkoll jagħmlu l-qalb' Twieled s-6 ta' Ottubru 1987 Huwa l-kowċ tal-klabb tal-futsal ta' Valletta Huwa fost l-iżgħar kowċis li qatt rebħu Kampjonat tal-Futsal ġewwa pajjiżna CLAYTON FELICE Ritratt: James Bianchi