Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum Caruana Galizia, anke jekk kienet pjuttost kritika tal-fatt li ħafna staqsew għall-provi kif jiġri kull darba li ssir allegazzjoni ta' natura gravi, qalet li fil-fatt għandha provi. Imma jekk għandha l-provi, għaliex ma teħodhomx quddiem il-Maġistrat? Jekk hi stess qed tgħid li dan huwa imparzjali, għaliex ma titlax il-Qorti u tħalli istituzzjoni suprema u awtonoma b'inkjesta mmexxija minn Maġistrat rispettat u 'imparzjali', biex tkun hi li tiddeċiedi? U x'se tiddeċiedi? Tiddeċiedi fuq l-awtentiċità tad-dokumenti u l-provi. Tiddeċiedi fuq kif dawn il-provi u dokumenti jimpattaw fuq jekk Michelle Muscat għandhiex kont fil-Bank Pilatus u jekk għaddewx flus fl-istess kont. Id-dokumenti li għandha Caruana Galizia jistgħu jiddeterminaw jekk Michelle Muscat (u magħha l-PM Joseph Muscat) hix qed tgħid il-verità jew hux qed tigdeb. Jista' jkun li Caruana Galizia se tistenna sa qabel l-elezzjoni ġenerali, qed jisħqu ħafna. Jista' jkun. Imma x'differenza tagħmel, ladarba l-prova, fil-forma ta' dokument jew whistleblower, waħedha hija biżżejjed biex il-PM jirreżenja? U x'għodda aħjar hemm biex tawtentika dokument jew prova jekk mhux il-Qorti u l-istess Maġistrat li laqa' t-talba tal- Kap tal-Oppożizzjoni, fir-rigward tal-allegazzjonijiet? Biex inkunu ġusti, Caruana Galizia sostniet li ladarba mhux hi qed tkun investigata, mela mhux hi għandha titla' tixhed. Dan, anke jekk nhar il-Ħamis li għadda telgħet il-Qorti, b'taħrika u qalet lill-gazzetta The Times li mhi se tgħid 'xejn ġdid'. Mistoqsija li qamet diversi drabi kienet dwar il-Kummissarju tal- Pulizija u għalfejn dan ma marx jissiġġilla l-bank mal-ewwel, malli saru l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Michelle Muscat. Dawn il- mistoqsijiet huma pjuttost leġittimi. Hemm min qed jgħid li allaħares il-Kummissarju tal-Pulizija għandu joqgħod jistenna blogg jew imur jissiġġilla bank malli xi ħadd joħroġ blogg. Fil-verità, dan l-argument ftit li xejn ireġi. L-allegazzjoni li saret minn Caruana Galizia kienet ċara u mill- aktar gravi. Issa vera, din il-blogger ma mxietx mal-prassi li ċċempel jew tmur l-għassa, imma l-akkużi kienu pjuttost gravi u pubbliċi wkoll. Il- Kummissarju, biex tgħaxxaq, kompla jitfa' lilu nnifsu fil-linja tal-attakk, meta deher f 'ikla privata. Xejn ħażin. Imma ma tidhirx tajjeb, lanqas. Allura n-nies jistaqsu, għalfejn ma ċċaqlaqx mill-ewwel? Għax forsi ħares lejn min allega minflok lejn l-allegazzjoni? Dawn il-mistoqsijiet, ma tantx għenu l-kawża ta' Muscat u taw spinta lil min qed jallega. Taw spinta ikbar lill-Kap tal-Oppożizzjoni fl-għajta tiegħu li l-istituzzjonijiet ġew hijacked mill-Prim Ministru. Ftit sigħat wara li ħarġu l-akkużi kontra Michelle Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni rrepeta l-akkużi ta' Caruana Galizia ftit qabel, jiġifieri li l-Inkjesta Maġisterjali, kienet fażulla għax il-provi 'ħarbu bihom fil-bagalja' u għax 'il-katavru tneħħa mix-xena tad-delitt.' Apparti l-fatt li l-allegazzjonijiet tal- famuża bagalja qed ikunu kkontestati u s'issa qed jirriżulta li huma dubjużi, il-Kap tal-Oppożizzjoni din il-ġimgħa deher quddiem l-istess Maġistrat li qed imexxi l-inkjesta, fuq talba tiegħu stess u fuq provi li qed jgħid li għandu, li juru li Schembri kien involut f 'attività ta' ħasil ta' flus. Dan idgħajjef il-kritika, li fil-fatt l-inkjesta hija 'fażulla'. Għax kif inhi fażulla u kif m'għandekx fiduċja fiha, imma mbagħad titlobha tinvestiga provi? U kif inhi fażulla jekk provi hemm u min għandu l-provi ma jridx jitla' l-Qorti u jressaqhom? Għalfejn il-PM ma neħħiex lil Keith Schembri? Din hija simili ħafna għal dak li hemm fil-kaxxa ta' Konrad Mizzi. Għalkemm xi differenzi hemm ukoll. Keith Schembri huwa negozjant ta' suċċess kbir ħafna fil-mestier tiegħu u mhuwiex elett mill- poplu. Naturalment iżda, il-mistoqsijiet xorta jibqgħu hemm u kulħadd jaf li Keith Schembri huwa qrib ħafna tal-Prim Ministru. Allura l-mistoqsijiet jibqgħu: ma neħħieħx għax imdaħħal hu? Il-Verità tirbaħ fuq kollox Għalfejn Daphne ma riditx titla' bil-provi l-Qorti? Għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija ma bediex jinvestiga mill-ewwel? L-inkjesta tal-Maġistrat, fażulla? Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank Pilatus, Hamidreza Ghanbari qal lill-ġurnalisti, wara li ħareġ mill-Qorti fejn kien qed jagħti xhieda bħala parti mill-inkjesta Maġisterjali, li l-bank ta lill-Qorti disa' sigħat ta' filmati CCTV. Il-filmati kienu jirrigwardaw dak li kien qed jiġri ġewwa l-bank. Issa, naturalment, dan il-filmat se jkun qiegħed jilgħab rwol ċentrali dwar l-allegazzjoni li xi ħadd ipprova jilgħab mal-provi. X'ġara? Fejn kienet il-bagalja? Infetħet? Min fetaħha? X'kien hemm fiha? Jekk il-filmat, fil-fatt ikun verifikat bħala awtentiku, jista' jkun kruċjali ħafna biex iwieġeb il- mistoqsija: Fuq il-bagalja min qed jigdeb? X'hemm fuq il-filmat CCTV ta' disa' siegħat li ressqu ta' Pilatus?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017