Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566
HUWA fatt li kulħadd jaf u li f 'punti minn ħajjitna kollha konna ħatja xi darba jew oħra, li bħall-maġġoranza tal-poplu Malti, gergirna, maqdarna jew kritikajna xi ħaġa. Għax aħna l-Maltin inħobbu ngergru fuq kollox, iżda jidher li teżisti t-tendenza li parti kbira tal-poplu tagħna huwa awtokritiku ħafna. Dan ifisser li fost l-affarijiet l-oħra kollha li jmaqdar, fil-quċċata dejjem ikun hemm dak kollu li huwa Malti, dak kollu li jsir f 'pajjiżna u agħar minn hekk, ħafna jqisu dak kollhu li jagħmlu l-barranin ferm superjuri għal kwalunkwe ħaġa li qatt issir Malta. L-ILLUM tat ħarsa lejn din it-tendenza tal-poplu tagħna li jkun awtokritiku żżejjed u x'jista' jwassal biex hawn daqshekk Maltin li ma jafux japrezzaw u jfaħħru dak li hu Malti. Dwar dan is-suġġett, l-ILLUM tkellmet mas- Soċjologa Dr Josann Cutajar, li stqarret li sa ċertu punt, huwa veru li l-poplu Malti għandu t-tendenza li jkun awtokritiku. Cutajar spjegat li dan jiddependi wkoll ma' liema pajjiż inkunu qed inqabblu ruħna meta nsostnu hekk, hekk kif anke f 'riċerka li għamlet hi stess fil-passat, xi studenti Maltin ħassewhom li huma aħjar mit-Taljani jew minn nies li ġejjin mill-Afrika jew l-Ażja, iżda inferjuri għal nies li ġejjin mill-Punent tal-Ewropa, l-Amerika ta' fuq, u l-Awstralja. "Infatti," qalet is- Soċjologa, "dawn kienu jaqraw materjal ta' esperti minn dawn il-postijiet li semmejt, iżda ma kinux daqshekk familjari ma' esperti lokali." Fl-opinjoni tagħha, Cutajar taħseb li bħala poplu, aħna l-Maltin dejjem naħsbu li t-tagħrif, invenzjonijiet jew skoperti, seħħew biss f 'pajjiżi oħra, mingħajr ma nafu kemm kellna nies li vvintaw affarijiet jew għamlu isem barra minn Malta. "Għandu jkun hemm siti elettronici biex forsi bħala Maltin insiru aktar familjari ma' dawn in-nies," sostniet Cutajar. Is-sistema edukattiva qed tikkontribwixxu għall- awtokritika Ħafna forsi jistaqsu jekk teżistix xi raġuni soċjali jew kulturali li twassal biex daqstant Maltin għandhom din l-imġiba daqshekk kritika. Cutajar qalet li personalment, hi taħseb li s-sistema edukattiva tagħna u l-media twassalna biex ikollna tip ta' kumpless ta' inferjorità. Hija semmiet li sempliċiment il-kotba tal-iskejjel, minn dawk għal età żgħira sa dawk użati fl-Università għandhom prevalenza minn pajjiżi tal- punent u fis-sistema edukattiva Maltija, ftit li xejn hawn disponibbli kotba li jgħinu l-istudenti jiffamiljarizzaw mal- passat ta' pajjiżna, jew nifhmu u naċċettaw il-pożizzjoni ta' pajjiżna fid-dinja moderna tal-lum, bil-possibiltà li naraw lilna nfusna bħala poplu Malti fil-futur mal-bqija tad-dinja. Cutajar spjegat li l-istudenti tal-Università jistudjaw minn fuq kotba li mhumiex tal- kultura tagħna u li jiġu esposti għal ideat u mentalitajiet li huma relevanti għall-pajjiżi tal-punent li jitkellmu bl-Ingliż, iżda inqas relevanti għal dak li qed jiġri f 'pajjiżhom stess. "Meta l-istudenti jkunu influwenzati minn kitbiet barranin, mingħajr ma jindunaw, jispiċċaw iħarsu lejn pajjiżhom u l-kultura tagħhom stess minn lenti ta' barrani." Skont Cutajar, "dan iwassal biex jagħmilna awtokritiċi għax inħarsu lejn l-affarijiet b'ħarsa ta' barranin." Bil-kapitaliżmu, Malta għadha qisha taħt kolonja, u dan jeffetwa l-awtokritika tal- poplu Fid-dinja li qed timmodernizza, il-kapitaliżmu għandu l-irwol tiegħu ukoll biex f 'pajjiż żgħir bħal Malta tiżdied l-awtokritia u l-adorazzjoni għal dak kollhu li hu barrani: ikbar u aħjar. Fil-passat, il-kolonjaliżmu kien jeffettwa l-istima ta' popli bħal dak ta' Malta li jaraw lill- ħakkiem dejjem ikbar u aħjar mill-lokali. "Fid-dinja tal-llum," spjegat Cutajar, "minkejja li m'għadx hawn kolonjaliżmu li jinvolvi truppi barranin jokkupaw pajjiż, l-influwenza tal-media u diskors kapitalista xorta jħalli l-effett tiegħu fil-perċezzjoni ta' kif il-poplu jħares lejh innifsu u lejn il-futur tiegħu." Bħala eżempju tal-effett tal-kapitaliżmu fuq l-imġiba tal-poplu, Cutajar semmiet il-fatt li ktajjen ta' ħwienet kbar barranin qegħdin jieħdu post il-ħwienet żgħar tal- merċa Maltin, u qed joħonqu l-intrapriżi ż-żgħar lokali milli jirnexxu f 'pajjiżhom stess. "Il- ħwienet żgħar immexxija minn familji, li qabel kienu fil-qalba ta' kull komunità, issa qegħdin jisparixxu biex flokhom jinbtu supermarkets kbar internazzonali," spjegat Cutajar hekk kif qabblet dan l-eżempju mal-fatt li x-xerrej bilfors se jistagħġeb bil-kobor tal-ħanut il-kbir u jmaqdar dak in-naqra ta' ħanut żgħir, iżda tipikament Malti, li ma jkollux kollox daqs dawk il-kbar, ovvjament. 'Il-Malti jmaqdar dak kollhu li hu Malti, iżda jagħlaq għajn meta l-istess affarijiet isiru f 'pajjiżi oħrajn' L-aktar ħaġa li tispikka mill-awtokritia tal-Maltin, mhux li mmaqdru dak kollu li hu Malti, iżda meta l-istess ħaġa ssir f 'pajjiż ieħor jew jagħmilha poplu ieħor, ħafna qishom jagħlqu għajn u ma jikkritikawx dak ukoll, jew saħansitra jaċċettaw u jaħfru ċertu nuqqasijiet, sakemm ma Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 30 ta' April 2017 Meta l-borma tal-ġar tfuħ Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt L-ILLUM tħares lejn it-tendenza tal-Malti li jġergru u jmaqdru kollox...speċjalment dak li huwa Malti Is-Soċjologa Dr Josann Cutajar