Illum previous editions

illum 30 April 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/817566

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 30 ta' April 2017 | illum tfuħ iktar minn tad-dar jkunux saru Malta. Cutajar tiddeskrivi dan bħala każ tal-'borma tal-ġar tfuħ iktar minn tad-dar', u li fil-każ tal-Maltin, il-ġar ikun dejjem il-pajjiż il-kbir tal-punent, speċjalment dawk li jitkellmu bl-Inġliż. "Min-naħa l-oħra mbgħad," spjegat Cutajar, "għandna wkoll it-tendenza li jkollna opinjoni baxxa ta' pajjiżi Afrikani u aktar 'l isfel minnha." 'Il-Maltin li ma jitkellmux bil-Malti imaqdru aktar lil pajjiżhom u lil dak li jagħmel il-Malti' Punt interessanti li qajmet is-soċjologa li tkellmet mal- ILLUM kien li l-Maltin li jitkellmu prinċiparjament bil-lingwa tagħhom, ikollhom opinjoni aktar pożittiva ta' Malta u dak li huwa Malti. Minkejja li m'hemmx studju uffiċjali dwar dan, Cutajar qalet li dawk li huma esposti għal studji, media, aħbarijiet u informazzjoni barranija u ftit li xejn lokali, ikollhom it- tendenza li jqisu dak kollhu li huwa Malti bħala inferjuri. Cutajar semmiet ukoll l-effett li jħallu x-xandir tat-televiżjoni fuq il-mentalità tan-nies. Hija fakkret li fiż-żmien li kien jixxandar 'F'Baħar Wieħed', waħda mill-ewwel serje Maltin fuq it-TV, il-Maltin li kellhom televiżjoni kienu jsegwuha bi ħġarhom u jidentifikaw ruħhom mal-karattri u mas- sitwazzjonijiet murija fis-serje. "Dan kien żmien meta l-Maltin kienu qed jippruvaw isibu identità wara l-indipendenza, u programm bħal dak kien importanti ħafna," spjegat Cutajar. Illum bl-influenza minn programmi televiżivi barranin, ġenerazzjonijiet moderni aktar jidentifikaw ruħhom mas-sitwazzjonijiet, stejjer u karattri ta' serje u sitwazzjonijiet li mhumiex Maltin, iżda li f 'għajnejhom ipoġġu l-Malta u l-prodott Malti fuq livell inferjuri. Cutajar temmet tgħid li ż-żieda ta' skejjel li fihom l-istudenti ma jitkellmux bil-Malti, qegħdin ikabbru ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li lanqas biss qegħdin jifhmuh il- Malti, aħseb u ara japprezzawh. Hija esprimiet it-tama li tal-inqas dawn il-Maltin li ma jitkellmux bil-Malti, ma jarawx lil min jitkellem bil-Malti bħala inferjuri. "L-identità nazzjonali tifforma bil-mod kif in-nies jaraw lilhom infushom u lill-oħrajn, kif inhi l-kultura tagħhom u kif jużaw il-lingwa, jafu l-istorja u t-tradizzjonijiet ta' pajjiżhom u jkunu kapaċi jużawhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum." Il-Malti jmaqdar u jgerger fuq kollox… MIN igerger għax ix-xita u min igerger għax ix-xemx, min imaqdar it-toroq kollhom toqob, u min imaqdar xi proġett ġdid li qed isir. "Maa x'libset dik kemm qiegħda sew" "Sabiħ eh dak l-attur, ara vera serje Maltin m'għandomx minn fejn jagħżlu..." Ħadd ma jista' jiċħad il-fatt li aħna l-Maltin bħala poplu, immaqdru u ngergru fuq kollox. Xejn ma jogħġobna u li nikkritikaw huwa l-isport nazzjonali tagħna li neċċellaw sew fih, aktar minn sports oħra li oħroġ il-għaġeb, immaqdru. Il-Malti huwa awtokritiku ħafna, speċjalment f 'dak li huwa Malti stess. Jekk waqt il-festival għall-Eurovision ta' Malta nqata' d-dawl, mela "uff x'pastażata, lanqas festival ma norganizzaw sew," iżda mbagħad meta waqt iċ-ċerimonja tal-Oscars jiġri l-istess, jew agħar, qisu ma ġara xejn, "u iva d-diretta hux, affarijiet li jiġru, imma kemm huma bravi l-Amerikani hux..." Iva, l-borma tal-ġar tfuħ aktar minn tad-dar, u aħna l-Maltin neċċellaw biex nesprimu dan mid-dehra. L-ILLUM marret sal-Belt Valletta u staqsiet xi nies jekk jaqblux li l-poplu tagħna jikkritika u jmaqdar, u staqsiethom ukoll minn xiex jaħsbu li ġejja din it-tendenza tal-Maltin. Benny minn Naxxar Tiċċajta jekk immaqdrux kollox aħna! U ngħidu fuq xulxin. Naħseb li aħna l-Maltin minna hekk, immaqdru kollox. Jekk isir monument immaqdruh, jekk isir proġett insibu xi mmaqdru fih, it-tajjeb immaqdruh, il-ħażin immaqdruh... kollox insomma. Aħna l-Mediterranji hekk aħna. Irridu mmaqdru kollox, u nifhmu f 'kollox! Grace Barbara minn Ħal Għaxaq Naħseb, anzi mija fil-mija li għandna vizzju mmaqdru kollox aħna. Ingergru u mmqadru. Veru wkoll li ssib min ma jmaqdarx ukoll, imma l-biċċa l-kbira, jew naqra jew ħafna, kullħadd igerger. Nemmen li r-raġuni għat-tgergir hija meta l-affarijiet ma jkunux qegħdin sew. Therese Grech minn Bormla Aħna l-Maltin bħala poplu ġejna kkundizzjonati biex inkunu passivi f 'kollox, nikkundizzjonaw moħħna fin-negattiv u mmaqdru u ngergru fuq kollox. Mhux ta' b'xejn li l-Inglizi lilna l-Maltin kienu jgħidulna 'Maltese gemgem'. Jien nifhimha li din l-attitudni ġejja mill-fatt li għaddejna minn tmien sekli ta' ħakma barranija. Dawn il-ħakmiet barranin lilna m'għallmuna xejn u sservew bina biss, ħadu li riedu huma u lilna żammewna lura. Allura naħseb bilfors li meta pajjiż jgħaddi minn dan kollu, tirrassenja ruħek u taċċetta s-sitwazzjoni. Imbagħad jiġri bħal meta l-għasfur joħroġ mill-gaġġa u ma jkunx jaf x'se jaqbad jagħmel. Fil-każ tagħna, immaqdru u ngergru! Peter Fenech minn Birkirkara Il-maġġorparti tal-Maltin hekk jagħmlu, jikkritikaw kollox, l-aqwa li jmaqdru. Huwa veru wkoll li mmaqdru dak li huwa Malti u mhux dak li huwa barrani. Dan narawh f 'kollox, fit-futbol eżempju u f 'attivitajiet oħra fejn jidħlu l-Maltin. Aħna kapaċi norganizzaw affarijiet kbar bħalma qegħdin nagħmlu bħalissa bil- Presidenza. Aħna kapaċi għal kollox u m'hawx min hu aħjar minna jekk irridu... imma l-aqwa li nmaqdru! Frank Portelli minn Tas-Sliema Ma Bħala Maltin għandna daqsxejn it-tendenza li ngergru u mmaqdru kollox, imma b'mod ġenerali, pożittivi wkoll fil-mod kif naraw l-affarijiet. Mhux dejjem kollox ħażin. Li nmaqdru aktar dak li hu Malti u mhux il-barrani, jista' jkun ġej mill-fatt li konna kolonja għal ħafna snin, taħt ħakmiet differenti u bqajna b'dik l-idea li 'tagħna' ħażin u 'tagħhom' aħjar. Biż-żmien imma naħseb li l-mentalità, speċjalment fost iż-żgħażagħ, qed tinqata' hekk kif għandhom aktar kunfidenza. Alex Farrugia mix-Xagħra, Għawdex Naħseb li t-tendenza li mmqadru kollox hija waħda partikolari tal-poplu tagħna; karatteristika li ngemgmu għal kull ħaġa, u ħafna drabi ma narawx is-sabiħ u t-tajjeb kollu li għandna. Jekk hu vera meta jgħidu li 'the grass is greener on the other side,' aħna neċċellaw fiha. Ħafna drabi anke meta nsiefru, naraw u nfaħħru s-sabiħ li naraw u ma narawx it-tajjeb u s-sabiħ li hawn f 'pajjiżna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 30 April 2017