Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Elezzjoni2017 11 Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum 2017 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Proposta Muscat: Tnaqqis fit-taxxa għall-ħaddiema kollha Mario u Sarah se jiffrankaw €380 kull sena Mario u Sarah jgħixu flimkien u jħallsu taxxa skont ir-rata ta' taxxa ta' ġenitur. Għandhom tifel jismu, Brian. Sarah għandha impjieg part-time f 'lukanda fejn taħdem bħala cleaner, filwaqt li Mario jaħdem maċ-ċivil. Sarah għandha dħul ta' €7,500 fis-sena u Mario għandu dħul ta' €20,000 fis-sena. Bil-proposta tal-Partit Laburista Sarah, li taqa' taħt il-faxxa ta' dawk f 'impjieg part time li ma jaqilgħux aktar minn €9,100 u ma jħallsux taxxa, se tingħata bonus ta' €100. Min-naħa l-oħra Mario, li jaqa' fil-faxxa ta' dawk li għandhom dħul ta bejn €15,801 u €21,200 se jingħata rifużjoni mit-taxxa li ħallas ta' €280. B'kollox din il-koppja se tiffranka €380 b'din il-proposta. Josette se tiffranka €280 kull sena Josette hija omm li trabbi lil bintha Lisa waħedha. Hija taħdem f 'fabbrika f 'impjieg full-time u għandha dħul ta' €16,000 fis-sena u tħallas taxxa skont ir-rata ta' persuna singola. Bil-proposta tal-Partit Laburista Josette se tkun qed tiffranka €280 fis-sena, hekk kif taqa' fil- faxxa ta' dawk li jaqilgħu bejn €15,801 u €21,200 fis-sena. ELEZZJONI Ġenerali dejjem iġġib magħha lista ta' wegħdi u proposti, li turi t-triq għall- aktar miżuri importanti li se jiddeterminaw 'il fejn se jmur il-pajjiż u kif se tikber l-ekonomija jekk dak il-partit partikolari jkun fil-Gvern. F'din il-parti tal-gazzetta ILLUM se nkunu qed inħarsu lejn il-proposta tal-Partit Laburista għal rifużjoni ta' taxxa, jew inkella bonus għal dawk li fil-fatt ma jħallsux taxxa. Din il-miżura hija l-ewwel u qabel kollox, immirata biex tilħaq l-aktar lil dawk is-saffi ta' ħaddiema li għandhom qligħ baxx. Fil-fatt, l-aktar li se jibbenefikaw minn din il- miżura proposta minn Muscat huma dawk li għandhom dħul li ma jeċċedix is-€16,500. L-ILLUM tat ħarsa lejn xenarji differenti u kif familji jew individwi jistgħu jibbenefikaw minn din il- proposta. Il-PL qed isostni li din se tkun qed taffetwa 190,000 persuna li tħallas it- taxxa u lil dawk li ma jħallsux taxxa wkoll, lil dawk li ma jaqilgħux aktar minn €60,000 u bil-benefiċċjarji jdaħħlu mhux inqas minn €200 u mhux iktar minn €340. Il-Partit Laburista qal illi din il-wegħda se tkun qed tiswa, b'kollox €46.5 miljun. Għandek Dottorat? Sentejn eżenti mit-taxxa... Intant apparti r-rifużjoni lura lil dawk l-individwi kollha li jaħdmu, il-Partit Laburista ħabbar ukoll illi dawk kollha li jiksbu Dottorat ikunu eżenti mill-ħlas tat-taxxa tad-dħul għal sentejn. Min-naħa l-oħra dawk li jiksbu ċertifikazzjoni fil-livell ta' Masters se jkunu eżenti mit-taxxa tad-dħul għal sena. Din il-miżura se tiswa lill-pajjiż €2.5 miljun. Matul din il-ġimgħa l-PM u l-Mexxej Laburista Joseph Muscat ħabbar ukoll illi se jnaqqas it-taxxa tad-dħul minn fuq impjieg minn 15% għal 10%, miżura li se tkun qed tapplika għal dawk li huma self employed ukoll. Muscat qal illi din il-miżura se tkun qed tiswa €3.8 miljun. Marica u Philip se jiffrankaw €500 kull sena Marica u Philip miżżewġin bit-tfal, imma jħallsu rata ta' taxxa ta' ġenitur. Għandhom żewġt itfal, Brandon u Jesmond. Marica hija Assistent f 'Dipartiment tar-Riżorsi Umani u għandha dħul ta' €26,500 fis-sena. Philip huwa għalliem u għandu dħul ta' €21,500. Marica se tingħata rifużjoni ta' €240 fis-sena, filwaqt li Philip se jkun qiegħed jingħata rifużjoni ikbar, għax għandu dħul iktar baxx, ta' €260. B'kollox din il-familja se tiffranka €500 b'din il-proposta. John u Helen se jiffrankaw €320 John u Helen miżżewġin. It-tfal tagħhom kollha jgħixu għal rashom. Helen hija mara tad-dar u għalhekk m'għandhiex dħul, filwaqt li John jaħdem bħala security ma' ażjenda privata. John għandu dħul ta €14,900 fis-sena u għalhekk iħallas it-taxxa. Skont il-proposta tal-PL, John u Helen se jkunu qed jibbenifikaw minn rifużjoni ta' €320 kull sena.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017