Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Minn Brussell 14 Erba' laqgħat mad-dinja FORSI ftit jagħtu każ il-laqgħat li jsiru sew f 'Malta kif ukoll fil-Kunsill Ewropew dwar il-finanzi. Għax ħa ngħiduha kif inhi, il-poplu jinteressah x'se jibqagħlu fil-but hu aktar milli x'qed idaħħal il-pajjiż jew x'se jibqagħlu l-pajjiż. Anke jekk dan ifisser li aktar ma jaqla' l-pajjiż aktar l-gvern jista' jagħtik u jeħodlok inqas taxxi. Il-poplu normalment jisma' dak li jgħidlu l-gvern tal-ġurnata dwar is-suċċess li matul iż-żmien ikollha f 'Malta f 'dik li hi ekonomija. Jieħu gost jisma' li l-ekonomija sejra tajjeb, iżda fl-istess waqt idaħħal idejh fil-but u jara x'baqagħlu. Il-fatt li Malta għal dawn l-aħħar snin baqgħet miexja fit-triq it-tajba f 'dik li hi ekonomija jfisser li kien hemm xi ħadd li ħadem bil għaqal biex l-ekonomija tal-pajjiż ma waslitx għall- problemi kbar bħalma waslu pajjiżi oħra li ħallew lill- poplu staġnat. Għalhekk f 'din il- Presidenza l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna kellu diversi laqgħat u matul l-ewwel ġimgħa ta' April, ġew organizzati erba' laqgħat importanti ferm f 'dak li għandu x'jaqsam mad-dinja tal-Politika Finanzjarja. Dawn il-laqgħat kienu l-High Level Seminar tal- Eurofi, il-laqgħa Djalogu Finanzjarju tal-5+5, laqgħa tal-Eurogroup u laqgħa informali tal-Kunsill għall- Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, magħruf bħala ECOFIN. Dawn kollha seħħew fi spażju ta' ftit jiem, fejn il-Forum tal- Eurofi kienet mifruxa fuq tlett ijiem bejn l-Erbgħa 5 ta' April u l-Ġimgħa 7 ta' April. Il-laqgħa Djalogu Finanzjarju tal-5+5 saret nhar il-Ħamis 6 ta' April, il-laqgħa tal-Eurogroup saret nhar il-Ġimgħa 7 ta' April u l-Laqgħa Informali tal-ECOFIN bdiet dakinhar u ntemmet l-għada s-Sibt 8 ta' April. Dawn kienu laqgħat impenjattivi ħafna fejn John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt • Personalitajiet internazzjonali jammiraw lil Malta u l-ekonomija tagħha • Preżenti madwar 500 delegat f 'Malta • Ministri tal-fi nanzi mill-Maghreb jingħaqdu ma' dawk Ewropej