Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Opinjoni 22 M eta dan l-aħħar, f 'edizzjoni ta' Xarabank dehru jiddibattu waħedhom, mingħajr udjenza, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, inħasset xi ħaġa biżarra. Is-soltu, it-tim ta' Xarabank jagħmel minn kollox biex jimla is-sala li għandu fi Triq l-Iskultur f 'Ħal Qormi (ta' spiss b'ħafna frattarija) iżda din id-darba is-siġġijiet tħallew vojta. Apposta. Forsi l-preżentatur beża' mix-xenata. Jew mill-vergonja ta' kif il-poplu qed jipperċepixxi l-politika f 'pajjiżna. Dak li ilu aktar minn sena mal-wasla tal-iskandli konnessi mal-Panama Papers eċċ.. ġab f 'Malta sens qawwi ta' sfiduċja fil-politiċi u oħrajn konnessi magħhom mill-qrib. Illum tisma' ħafna Maltin jiddikkjaraw li tilfu l-fiduċja fil- klassi politika u li ma jridu jafdaw lil ħadd bil-vot tagħhom. Forsi Xarabank baża' li tkun esposta din ir-realtà ġdida, realtà vvalenata b'insulti, tgħajjir, kalunji u akkużi reċiproċi. Rari kien hemm klima daqshekk aċiduża u inkwinata fil-pajjiż. Il-Pestiċidji Hemm imbagħad inkwinament ieħor. Malta reġgħet ġiet fl-ewwel post tat-testijiet tal-pestiċidji fl- Unjoni Ewropea. Taħt l-ilwien tal- bżar aħdar, it-tadam aħmar u frott bħall-għeneb u l-ħawħ għal fuq il- mejda, hemm veleni qerrieda li qed jikkontaminaw il-prodott agrikolu lokali. F'rapport tal-Unjoni Ewropea (EFSA) nstab li l-kontaminazzjoni tal-prodott lokali hi tal-inqas dik darbtejn tal-UE. Il-kimika sprejjata mill-bdiewa Maltin hi estremament eċċessiva (5% aktar mill-medja ta' 2% tal-Unjoni). Hu minnu li qed isiru bosta programmi ta' tagħrif pubbliku, bix-xandir u mezzi oħra, dwar x'qed jieklu l-Maltin, imma dwar l-essenzjali fil-kwalità tal-prodotti, Malta dejjem taqa' lura. Ir-Rapport tal-UE ma setax jikkwantifika bil-preċiż ir-residwi tal-pestiċidji, imma nstab li bosta huma ta' livell ogħla minn dawk legali. Il-Prattika tal-Istejjer Il-prattika tan-narrattiva hi qadima daqs il-Bibbja, daqs il-ħaġjografija u daqs il-ħrafa. F'dawn l-aħħar snin f 'Malta bdew ikunu introdotti programmi għall-komunità li jkopru s-setturi soċjali kollha, minn dawk ta' età żgħira ħafna (trabi tal-idejn) sa oħrajn għall-anzjani (programmi t' inklużjoni soċjali). Is-suġġetti qed jinkludu r-razza, l-orjentazzjoni sesswali, ir-reliġjon u l-istatus taċ-ċittadinanza. L-attivitajiet nazzjonali għal Jum il-Libreriji f 'Malta (2017) inkludew wirjiet, sessjonijiet mid-Dipartiment tal-Malti taċ-Ċentru tal-Kurrikulu Nazzjonali kif ukoll aġenziji tal- kotba u pubblikaturi popolari bħal Horizons. Sadanittant, din id-ditta qed tippubblika xogħlijiet ta' ċertu kalibru bħal dawk tal-Patri Karmelitan Charlò Camilleri u l-poeżija mistika ta' Fra Gioele Galea. It-Teatru Salesjan Il-komunità Salesjana ilha toffri divertiment f 'Malta sa mill-bidu tas-seklu 20, meta l-komunità daħlet tirreċta f 'Tas-Sliema, bl-inizjattiva ta' AM Galea u Patri Tua. Tul dawn is-snin kollha, it-teatru Salesjan f 'Malta baqa' jsegwi sal-lum is- sistema pedagoġika ta' San Ġwann Bosco, il-qaddis tal-orfni foqra ta' Turin. Fi żmienna dan it-teatru avvanza fl-istil u fit-teknika u żviluppa anki kuntatti barra. It-teatru Salesjan mexa wkoll lejn il-Kulleġġ Savio fir-Rabat, fejn qed ikunu ppreżentati titli ta' kwalità, stilistiċi u tekniċi. Ix-xahar li għadda saret il- produzzjoni studenteska tal-musical Oliver! bis-sehem ta' madwar mitt persuna bejn atturi, żeffiena, kantanti u mużiċisti. Dawn il- produzzjonijiet joffru kuntrast qawwi bejn il-ħamallaġni li bdejna naraw fit-Teatru Manoel li sar jopera għall-populiżmu vulgari u għall-flus. Il-Mitt Jum ta' Donald Trump Jidher li Donald Tump bħala President tal-Istati Uniti, fl-ewwel mitt jum tal-ħatra tiegħu m'għadux jitqies bħala "farsa" jew "karikatura". Hemm il-kritiċi li jqisu li fl-ewwel 100 jum tiegħu fil-White House, Trump kien falliment. Imma sorsi mill-White House jsostnu li f 'dawn il-100 jum, sar aktar minn kwalunkwe presidenza wara dik ta' Franklin D. Roosevelt. B'kollox, Trump, li ħafna kienu jqisu bħala "ċajta" qabel l-elezzjoni ta' Novembru 2016 fl-ewwel mitt ġurnata bħala president iffirma 28 abbozz (uħud minnhom diviżivi ħafna) li saru liġijiet. Kampanja Favur Paga Minima Deċenti Numru ta' organizzazzjonijiet qed jaħdmu fuq kampanja favur paga nazzjonali minima deċenti. Imma skont l-NGOs, dan ma jiggarantix ġustizzja u deċenza. L-aspettattivi deċenti bejn il-gvern u l-ħaddiema kienu ta' 11% żieda fuq perjodu ta' tliet snin, ċifra konservattiva meta tqis l-għoli qawwi tal-ħajja, il-faqar relattiv u l-vulnerabbilità ta' klassijiet bħal dawk in-nies fuq il-pensjoni, li ħadmu snin twal biex kisbu biss proposti wisq inqas milli jixirqilhom għas-servizz li taw lill-pajjiż. MARIO AZZOPARDI Xarabank: Biża' mir-reazzjoni populista Sfiduċja fil-politika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017