Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Elezzjoni2017 9 Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum 2017 tal-kampanja f 'ritratti Minkejja bidu daqsxejn kajman, il-Partit Nazzjonalista ferrex il-billboards tiegħu, b'messaġġi kontra t-tmexxija ta' Joseph Muscat tul l-aħħar erba' snin. - Ritratt James Bianchi Il-Maġistrat Aaron Bugeja, b'digriet li ħareġ nhar il-Ħamis li għadda, għadda l-allegazzjonijiet ta' Simon Busuttil kontra ċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, biex issir inkjesta minn maġistrat ieħor Il-Partit Nazzjonalista jibda bl-attivitajiet tiegħu minn taħt it-tinda f 'Għawdex, u l-għada konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċittadella. Juri li se jkun qed jiffoka l-enerġija fuq dan id-distrett, anke permezz ta' programm elettorali dedikat għal din il-gżira. – James Bianchi Iż-żgħażagħ laqgħu lil Joseph Muscat fix-xatt ta' Bormla, fejn ġiet imnedija l-kampanja tas-sezzjoni Laburista taż-żgħażagħ, il-Forum Żgħażagħ Laburisti, bit-tema 'Next 5' L-Alternattiva Demokratika nhar is-Sibt nediet il-kampanja elettorali tagħha bit-tema 'Vot Alternattiv, Vot Nadif ' b'enfasi fuq l-indafa, kemm dik ambjentali kif ukoll dik morali u istituzzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017