Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806
10 illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 Tkompli minn paġna 1 Jidher illi persentaġġ ta' votanti tradizzjonalment Laburisti reġgħu qed jersqu lura lejn il-partit, probabilment sforz l-istess allegazzjonijiet li kellhom l-effett illi ssodaw l-għeruq tal-PL. Minkejja dan, xorta jibqa' ċar illi l-akbar 'għalqa' ta' votanti hija dik ta' Laburisti li għadhom diżillużi bil-PL u votanti li fl-aħħar elezzjoni ivvutaw lill-PL għall-ewwel darba. Fost dawk li vvutaw PN fl-2008 imma PL fl-2013, għadha teżisti apatija u għalkemm Muscat jibqa' dejjem preferut jidher li għad hemm lakuna mdaqqsa ta' switchers li jew ma jafux jew ma jridux jivvutaw. Fin-Naxxar Simon Busuttil appella biex dawk 'li jdejhom ma tagħtihomx imorru fuq il-kaxxa ħamra, jivvutaw lill- Partit Demokratiku'. Ilbieraħ l-AD ukoll għamlet appell biex il-Laburisti diżillużi jivvutaw lilha, filwaqt li Muscat se jkun qed joħroġ fuq żewġ distretti ħomor nar, it-tieni distrett u l-ħames distrett. Il-fattur ta' Laburisti diżillużi mhux xi ħaġa ġdida, fil- fatt hija xi ħaġa li l-Partit Laburista ilu jiffaċċja tul ħafna minn dawn l-aħħar erba' snin. Il-gazzetta ILLUM u l-portal illum.com.mt ilhom għal dawn l-aħħar sentejn jirrapportaw dwar dan is- settur ta' votanti. Nhar il-21 ta' Frar 2016, din il-gazzetta kienet tkellmet mal-eks President tal-PL Manuel Cuschieri, l-eks Sindki ta' Bormla u ta' San Pawl il-Baħar, Joe Scerri u Ray Tabone kif ukoll max- xellugi Charles Miceli. Fost ir-raġunijiet li kienu ġabu għal din l-iskuntentizza, dawn kienu semmew l-inġustizzji, speċjalment fuq il-post tax-xogħol, matul is-snin. Kienet din il-gazzetta wkoll li rrapurtat kif numru ta' nies li marru għand wieħed mill- Grievances Units li hemm f 'diversi Ministeri, mhux talli ma kellhomx l-inġustizzja li sofrew fuq il-post tax-xogħol rimedjata, talli rċevew ittri li infurmawhom kif wara li nstemgħet ix-xhieda, l-istess unit waqqaf il-każ u mhux se jipproponi rimedju. Dan minħabba li l-inġustizzja seħħet iktar minn seba' snin ilu, kif ġew mgħarrfin dawn il-persuni. Minkejja dan, it-termini ta' gwida tal-istess units kienu jispeċifikaw li l-każi li se jinstemgħu se jkunu dawk li jmorru sa seba' snin ilu, imma kienu jispeċifikaw ukoll li se jkunu kkunsidrati dawk l-inġustizzji li seħħew qabel u li l-effett tagħhom baqa' jinħass, u l-persuna tbati minnhom f 'dawn l-aħħar seba' snin. Dawn it-termini kienu pubbliċi u ntbagħtu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar. F'ittra li persuna wriet lill- ILLUM kien hemm miktub hekk: "Mix-xhieda u minn dak li ġie mistħarreġ, il-unit ra li ma jista' jagħmel l-ebda rakkomandazzjoni hekk kif l-inġustizzja tmur aktar lura minn seba' snin, hekk kif stipulat fiċ-ċirkolari maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru." Dan il-fattur kien ukoll determinati biex kien elett Chris Cardona bħala Deputat Mexxej tal-PL, fil-fatt f 'rapportaġġ estensiv li għamlet l-ILLUM, id- delegati li kienu tkellmu ma' din il-gazzetta bosta drabi sostnew li huma riedu jagħżlu Deputat Mexxej li se jisma' t-talbiet, l-inkwet jew ir-rabja tagħhom. Dakinhar delegat Laburista mit-13-il Pulizija kien qalilna hekk: "vera li mingħajr l-iswitchers il-Partit Laburista jista' ma jerġax jirbaħ, però mingħajr il-Laburisti telfa ċerta jkollu. Wara kollox u minkejja kollox, meta jasal il-mument, meta tasal l-elezzjoni il-bieb tagħhom l-ewwel li jmur iħabbat il-partit." Huwa mistenni, kif diġà għamel ċar, li Muscat se jkun qed jagħfas ħafna fuq il-voti Laburisti. Apparti li se jkun kandidat fuq it- tieni distrett, l-aktar distrett Laburista, u l-Ħames Distrett fejn tħalla vojt minħabba Karmenu Vella u r-riżenja ta' Marlene Farrugia mill- PL, l-ewwel ġimgħa tat indikazzjoni ċara illi l-PL se jkun qed jiffoka sew fuq id-distretti ta' nofsinhar ta' Malta. Dan jista' jindika li Muscat qed jimmira li fin- Nofsinhar tal-pajjiż irid li jikseb l-istess suċċess kbir li kiseb il-PL fl-2013 fit-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames. F'dawn id-distretti l-PL tella' erba' minn ħames deputati, l-ewwel darba fit-tielet, raba' u l-ħames distretti. Il-kampanja tal-Partit Laburista bdiet iż-Żurrieq (Ħames Distrett), il-Forum Żgħażagħ Laburisti bdew il- kampanja tagħhom f 'Bormla, Muscat żar il-monti l-Birgu fit-tieni jum tal-kampanja, kellu fost l-ewwel attivitajiet 'Taħt it-Tinda' f 'Ħal Għaxaq u llum l-ewwel mass meeting se jsir f 'Ħaż Żabbar, fi Vjal il-Labour. Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020 Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' Ko-finanzjament: 75% Unjoni Ewropea; 25% Gvern ta' Malta Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali: L-Ewropa tinvesti f'żoni rurali Data: 7 ta' April 2017 Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali 2014-2020 Pre-Notifika ta' Miżura 3.1 taħt il-Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) ta' Malta 2014- 2020 Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Fondi u l-Programmi fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE tal-2017 u l-Fondi tal-UE, jixtieq javża li ser tigi mnehdija sejħa għall- applikazzjonijiet taħt il-Miżura 3.1 'Appoġġ għal partiċipazzjoni ġdida fi skemi ta' kwalità' taħt il- Programm tal- Iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020 għal Malta. Is-sotto-miżura 3.1 tkopri appoġġ lill-bdiewa u gruppi ta' bdiewa li jingħaqdu fi skemi ta' kwalità li jservu bħala garanzija tal-istandards u kwalità tal-prodott. Din is-sotto-miżura ser tipprovdi appoġġ għal parteċipazzjoni ġdida fl-Iskema Nazzjonali Maltija tal-'Prodotti ta' Kwalità' kif ukoll fi skemi ta' kwalità stabbiliti fl-UE, bħal dik tal-biedja organika. L-appoġġ se jingħata biex ikopri l-ispejjeż taċ-ċertifikazzjoni u kontribuzzjoni annwali meħtieġa taħt l-iskemi ta' kwalità rispettivi, għal perjodu ta' 5 snin. L-Awtorità ta' Ġestjoni ser tkun qed torganizza sessjoni ta' informazzjoni nhar l-Erbgħa 17 ta' Mejju fis-2PM. Dawk interessati li jattendu huma mitluba jirreġistraw l-interess tagħhom billi jikkuntattjaw lill-Awtorità ta' Ġestjoni fuq 2200 1108 jew rdd.meaim@gov.mt It-tnehdija għas-sejħiet se tkun nhar it-Tnejn 26 ta' Ġunju 2017. Il-linji gwida u l-formola tal- applikazzjoni jkunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità ta' Ġestjoni www.eufunds.gov.mt IL-PL irid riżultat b'saħħtu fid-distretti tas-south Il-PL għandu bżonn lil-Laburisti u l-iswitchers biex jirbaħ