Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Minn Brussell 15 anke saħansitra jista' jkun hemm min jistaqsi għalfejn ma sarux fi spazju mifrux fuq numru ta' xhur. Ir-raġuni hija f 'dan il-każ, laqgħa tiġbed lill- oħra. Kull pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu d-dmir li jorganizza laqgħa informali tal-ECOFIN. Din normalment tkun mifruxa fuq jumejn, jew aħjar żewġ nofstanhari, dak tal-ewwel jum, u l-għada filgħodu. In-nofstanhar ta' filgħodu tal-ewwel jum ikun iddedikat għall-Eurogroup, jiġifieri laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-istati membri tal-UE u li jużaw il-munita ewro. Naturalment, laqgħa bħal din tfisser il-Ministri għall-Finanzi kollha tal- UE u bid-Delegazzjonijiet tagħhom magħmula mill- ogħla uffiċjali tagħhom ikunu preżenti għaliha. Normalment, dawn il- laqgħat isiru fi Brussell u xi minn daqqiet fil- Lussemburgu, iżda l-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal- Kunsill jorganizza laqgħa f 'pajjiżu. Din il-laqgħa tkun informali, jiġifieri ħielsa minn ħafna rbit, speċjalment dwar dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tas-suġġetti. Allura, kif wieħed jista' jobsor, dawn il-Ministri u l-uffiċjali kienu kollha preżenti għall- Eurogroup u l-ECOFIN li seħħew ftit iktar minn xahar ilu. Terġa' u tgħid, għall- ewwel jum tal-ECOFIN, hija l-użanza li l-Kunsill jistieden lill-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-UE kollha sabiex jieħdu sehem. Il-preżenza daqstant kbira ta' dawn l-uffiċjali tiġbed magħha l-interess ta' bosta, mhux biss tal-ġurnalisti li jirrapurtaw fuq is-suġġett. Dan jinkludi wkoll bankiera, regolaturi, esperti finanzjarji u akkademiċi. Huwa għalhekk li l-organizzazzjoni Ewropea Eurofi, li twaqqfet fl-2000 torganizza High Level Seminar fil-jiem ta' qabel ma jibdew il- Eurogroup u l-Ecofin. Dan is-Seminar huwa mfittex sew minn dawn in-nies li semmejt iktar 'il fuq, u tajjeb li ngħidu kien hemm interess qawwi ferm fil- laqgħa li saret f 'pajjiżna. Tant hu hekk, li l-Eurofi rreġistrat aktar minn 500 delegat! Tlabna lill-Ministru Scicluna jgħidilna xi ħaġa dwar dawn il-laqgħat, "Huwa faċli li wieħed jara kif konna qed nobsru li kien ser ikollna għajnejn id-dinja finanzjarja Ewropea fuqna matul dawk il-jiem. Kien għalhekk li jiena mexxejt 'il quddiem l-idea li nużaw din l-okkażjoni unika sabiex niffukaw aktar l-attenzjoni ta' sħabna l-Ewropej fuq reġjun li forsi xi kultant jintefa' fil-ġenb. Qed nirreferi għall-Mediterran tal-Punent, speċjalment il- pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq. "Kien għalhekk li ħadt l-inizjattiva li nlaqqa' Ministri tal-Finanzi tal- Alġerija, il-Libja, il-Marokk, il-Mawritanja u t-Tuneżija flimkien ma' sħabi l-Ministri Ewropej, ċioè dawk ta' Franza, l-Italja, il- Portugall, u Spanja f 'laqgħa li nsejħulha Djalogu Finanzjarju tal-5+5, sabiex dawn il-Ministri, flimkien mal-uffiċjali tagħhom ikollhom l-okkażjoni li wara l-laqgħa li seħħet f 'Pariġi aktar kmieni din is-sena, jiltaqgħu wkoll f 'ambitu fejn ikun hawn diversi persuni li s-soltu ma jkollhomx l-okkażjoni li jiltaqgħu magħhom." Mistoqsi eżatt x'kien l-għan ta' din il-laqgħa l-Ministru Scicluna qal dan sar biex jaraw x'inhuma l-bżonnijiet ta' dawn il- pajjiżi, "biex insaħħuhom u biex joktor l-investiment, anke permezz tal-banek tal-iżvilupp bħall-Bank Dinji (World Bank), il-Bank Ewropew għar- Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD) u l-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) sabiex isostnu dawn il-pajjiżi. Din il-mira qed tikseb kunsens minn bosta pajjiżi tal-UE, ewlieni fosthom il-Ġermanja li permezz tal-Ministru Federali tal-Finanzi tagħha Dr Wolfgang Schäuble qed timbotta dak li qed jissejjaħ Compact for Africa, permezz tal-Presidenza Ġermaniża tal-grupp tal- aktar 20 pajjiż industrializzat fid-Dinja, magħruf bħala G20. Tajjeb li nfakkar li jiena, bħala President tal- ECOFIN irrappreżentajt lill-pajjiżi kollha tal-UE fl- aħħar laqgħa tal-G20 li saret ix-xahar li għadda f 'Baden Baden, il-Ġermanja. "Din il-laqgħa, nista' ngħid li kienet ta' suċċess, għax aħna l-Maltin, kapaċi ninteraġġixxu kemm ma' sħabna l-Ewropej, kif ukoll ma' sħabna tal- Afrika ta' Fuq. Fil-fatt, il-Ministri tal-finanzi Ewropej, speċjalment ta' Franza u l-Italja baqgħu skantati kif konna kapaċi nġibuhom f 'pajjiżna u nġegħluhom iħossuhom komdi jiddjalogaw mal- Ewropej. Dan iseħħ għax lilna jafdawna, u għalhekk inħobbu nsemmu li Malta hija pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq, għax għandna ċertu kwalitajiet li jippermettu dan u li ma nużawhomx biex nisfurttaw is-sitwazzjoni, iżda biex nagħtu kontribut." Il-Ministru tal-Finanzi Malti temm billi qal li wieħed irid jiftakar li dawn il-laqgħat saru f 'waqt meta Malta qed tgawdi minn rata ta' tkabbir ekonomiku ferm ikbar mill-medja taż-Żona Ewro, "fejn qatt ma kien hawn daqstant nies jaħdmu, fejn ir-rata tal-qgħad hija l-inqas fost il-Pajjiżi tal-UE u fejn għall-ewwel darba mill-1981, f 'Malta mhux qed nitkellmu dwar defiċit, iżda dwar Surplus. Tajjeb li nsemmi li kienu bosta dawk id-delegazzjonijiet li kellhom kliem ta' tifħir għal dawn il-laqgħat, kemm għall-kwalità tad- diskussjoni fi ħdanhom, kif ukoll għall-organizzazzjoni impekkabbli f 'kull lat." mad-dinja tal-Politika Finanzjarja 'Dan iseħħ għax lilna jafdawna, u għalhekk inħobbu nsemmu li Malta hija pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017