Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ....................... 1 Hibernians ..................... 6 HIBERNIANS ġew inkurunati champions għat-12-il darba fl-istorja tagħhom meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor kbir ta' 6-1. Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss tliet minuti fetħu l-iskor meta Jackson Lima serva fuq platt tad-deheb lil Jurgen Degabriele li mill-viċin xeħet fix-xibka. Il-Pawlisti rduppjaw l-iskor tliet minuti wara meta Clayton Failla xeħet through pass lejn Jurgen Degabriele li minn tarf il-kaxxa venven xutt mill-isbaħ, bil-ballun jintemm fix-xibka. Hibernians għamluhom tlieta fl-10 minuta meta Jorge Pereira Da Silva indirizza cross mil-lemin bid-difensur żagħżugħ tar-Rainbows Bradley Barbara miss il- ballun b'idu fil-kaxxa u b'hekk ir-referee Sandro Spiteri ordna penalty. Mill-11-il metru nkariga ruħu Jurgen Degabriele li ra lill-gowlkeeper tar-Rainbows Andrea Cassar isalva parzjalment biex mir- rebound l-istess attakkant żagħżugħ spara fix-xibka biex b'hekk irreġistra hat trick personali f 'temp ta' 10 minuti li kien ukoll l-aktar hat trick veloċi matul dan l-istaġun. Jidher li l-Pawlisti ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fil-21 minuta għamluhom erbgħa meta s-solitu Clayton Failla indirizza cross mix- xellug għan-nofs lejn Jorge Pereira Da Silva kien pront u daħal bil-ġirja bħal vleġġa u permezz ta daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Minuta biss wara, l-awtur tar-raba' gowl għat-tim minn Raħal Ġdid Jorge Pereira Da Silva kellu konklużjoni li ntemmet ftit barra mil-lasti difiżi minn Andrea Cassar. Hibernians skorjaw il-ħames gowl fit-82 minuta meta Bjorn Kristensen għadda tajjeb lejn Jackson Lima li mill-viċin ikkontrolla tajjeb qabel tefa' l-ballun fix-xibka. Fl-84 minuta, Tarxien Rainbows rebħu penalty meta Marcelo Dias waqqa' lis-sostitut Alex Nilsson fil-kaxxa. Mil-11-il metru nkariga ruħu l-istess Alex Nilsson li ma żbaljax. Hibernians għamluhom sitta biex issiġillaw ir-rebħa fis-87 minuta permezz ta' xutt sabiħ minn tarf il-kaxxa ta' Gilmar Da Silva Ribeiro. Tarxien R. Cassar, Brincat, Caruana, Azzopardi, Micallef, Barbara (Nilsson 46'), Fernandez Prendes, Zerafa (Borg 87'), Da Paixao Alves (Caruana 90'), Zammit, Borg Coach: Triston Caruana Hibernians Hogg (Briffa 50'), Soares, Vella, Dias, Lima, Failla, Kristensen, Pereira Da Silva (Moore 75'), Degabriele, Bezzina (Da Silva Ribeiro 75), Agius Coach: Mark Miller Referi Sandro Spiteri JURGEN DEGABRIELE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Irreġistra hat-trick personali f 'din il-partita. Huwa fost l-aqwa plejers żgħażagħ li jimmilitaw fil- Kampjonat BOV Premier Hibernians champions għat-12-il darba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017