Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... ALEXIS SANCHEZ U KYLE WALKER - Bayern Munich jinsabu lesti li jagħmlu offerta għal Alexis Sanchez u Kyle Walker. Il-kuntratt ta' dan il-player miċ-Ċili jiskadi fi tmiem l-istaġun li ġej iżda kollox qed jindika li huwa se jkun qed iħalli lil Arsenal matul is-sajf li ġej. Bayern Munich qed ifittxu attakkant li jkun sieħeb fl-attakk għal Robert Lewandowski jew saħansitra minfloku u qed jaraw lill-attakkant Alexis Sanchez bħala l-plejer ideali fejn jinsabu lesti li joffru s-somma ta' £30 miljun għas-servizzi tiegħu. KASPER SCHMEICHEL - Iż-żewġ timijiet ta' Manchester xeħtu ħarsithom fuq il-gowlkeeper ta' Leiecester City, Kasper Schmeichel. Dan il-gowlkeeper tal-Foxes qed jiġi rrapreżentat mill-aġent Taljan Luca Bascherini li għandu rapporti mill-viċin ma' Manchester United. Il-gowlkeeper ta' Manchester United David de Gea jidher li se jkun qed iħalli lir-Red Devils fis-sajf li ġej biex jingħaqad ma' Real Madrid waqt li Pep Guardiola qed ifittex sostitut denju għal Claudio Bravo u għalhekk iben l-eks gowlkeeper leġġendarju Peter Schmeichel qed jattira l-interess kemm ta' Manchester United kif ukoll ta' Manchester City. LAURENT KOSCIELNY - Qed jissemma' li Laurent Koscielny jista' jirritorna jilgħab fi Franza, b'Marseille qed ifittxu li jiffirmaw lil dan id-difensur ċentrali ta' Arsenal. Olympique Marseille jinsabu fiċ-ċentru ta' rinnovazzjoni kbira fl-iskwadra tagħhom u qed ifittxu li jattiraw plejers Franċiżi ta' ċertu livell fejn diġà rnexxielhom jakkwistaw lil Dimitri Payet mingħand West Ham United kif ukoll lil Patrice Evra mingħand Juventus. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - Il-kowċ ta' Manchester City, Pep Guardiola, jinsab lest li joffri lil Kelechi Iheanacho bħala parti mit-trasferiment biex jakkwista lill-attakkant Pierre-Emerick Aubameyang. Dan il-plejer internazzjonali mill-Gabon skorja xejn inqas minn 27 gowl fi 28 partta matul dan l-istaġun ma' Borussia Dortmund iżda jista' jħalli lil dan it-tim fi tmiem l-istaġun biex jingħaqad ma' Real Madrid. Madankollu, Pep Guardiola jinsab determinat li jakkwista lil dan il-plejer ta' 27 sena waqt li se jkun qed juża lil Iheanacho flimkien ma' somma ta' flus għal dan it-trasferiment potenzjali. KEYLOR NAVAS - Bil-gowlkeeper ta' Real Madrid, Keylor Navas, mistenni jħalli lil Real Madrid matul is-sajf li ġej, Manchester City qed jitqiesu bħala destinazzjoni possibli għal dan il-gowlkeeper. Jidher li l-Galacticos diġà rċevew offerta mingħand Manchester City għalkemm dettalji dwar kemm kienet ma ngħatawx, bil-kowċ ta' Manchester City Pep Guardiola qed ifittex sostitut denju għall-gowlkeeper Claudio Bravo li ftit li xejn impressjona mal-Blues. EMIL FORSBERG - Arsenal qed jippreparaw offerta ta' £20 miljun għall-attakkant ta' RB Leipzig, Emil Forsberg. Il-Gunners jinsabu impressjonati bir-rendiment ta' dan il-plejer ta'25 sena u jixtiequ jagħmluh it-tieni akkwist tagħhom għal matul l-istaġun li ġej wara li diġà assiguraw ruħhom mis-servizzi tad- difensur ta' Schalke 04, Sead Kolasinac. Kollox qed jindika li l-Gunners qed jitfgħu l-isforzi tagħhom fuq l-istaġun li ġej wara staġun ferm diżappuntanti li kellhom matul dan l-istaġun. SERGIO ROMERO - Huwa mifhum li Inter offrew kuntratt ta' sentejn lill-gowlkeeper ta' Manchester United Sergio Romero. Dan il-gowlkeeper ftit li xejn ġie utilizzat mir-Red Devils matul dan l-istaġun u b'hekk huwa mifhum li qed ifittex klabb ieħor. Qed jiġi rrapurtat li lbieraħ il-Ħadd huwa kien f 'Milan fejn jista' jkun li kellu taħdidiet ma' diriġenti tan-Neroazzurri għalkemm huwa mifhum li hemm anke AC Milan interessati f 'dan il-gowlkeeper ta' 30 sena. FEDERICO BERNARDESCHI - Chelsea xeħtu ħarsithom fuq il-winger ta' Fiorentina, Federico Bernardeschi. Dan il-plejer ta' 23 sena li skorja 13-il gowl mal-Viola matul dan l-istaġun ġie offrut is- somma ta' £4.2 miljun kull staġun biex imur jilgħab fi Stamford Bridge. Għadu mhux magħruf x'se jkun l-eżitu ta' dan kollu u jekk Bernardeschi hux se jun qed jaċċetta l-offerta tal-Blues u b'hekk jibda avventura ġdida fl-Ingilterra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017