Illum previous editions

illum 7 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/820806

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 L-ewwel ġimgħa tal-kampanja Nhar it-Tnejn li għadda, eluf ta' nies attendew il-manifestazzjoni tal-ewwel ta' Mejju fi Pjazza Kastilja, li iżda ntem- met bil-pajjiż jipprepara ruħu għal waħda mill-iqsar kampanji elettorali fl-istorja, hekk kif il-Prim Ministru ħabbar elezzjoni ġenerali għat-3 ta' Ġunju. Iktar tard dakinhar, Muscat nieda l-kampanja elettorali tiegħu bit-tema 'L-Aqwa Żmien ta' Pajjiżna' – Ritratt James Bianchi Il-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca ffirmat ir-writ li b'hekk, iddissolva l-Parlament fl-1 ta' Mejju, hekk kif il-Prim Ministru mar dritt il-Palazz ta' San Anton wara l-mass meeting fil-Belt L-ewwel attività tal-massa li l-Partit Nazzjonalista organizza, kien fid-Dar Ċentrali li wera xi ftit in-nuqqas ta' preparazzjoni għal din l-elezzjoni min-naħa tal-PN – Ritratt Chris Mangion Il-Partit Laburista ħareġ ikkargat għall-elezzjoni, bil-billboards bil-messaġġ tal-Partit imqiegħda strateġikament madwar il-gżira hekk kif tħabbret elezzjoni ġenerali nhar it-Tnejn li għadda. Ftit jiem wara, bdew jidhru fuqhom il-proposti mħabbra - Ritratt James Bianchi Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jindirizza l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet minn mindu tħabbret il-kampanja elettorali, flimkien mal- kandidati tal-PN u jħabbar it-tema tal-PN: 'Jien Nagħżel Malta'. Busuttil saħaq li Muscat kien qed isejjaħ l-elezzjoni 'biex isalva ġildu' – Ritratt James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 May 2017