Illum previous editions

illum 14 May 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 Elezzjoni2017 2017 'Iż-żewġ partiti dgħajfu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż' - AD WAQT konferenza stampa fil-Belt Valletta lbieraħ filgħodu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola qal li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż huma dgħajfa. "Huma dgħajfa u mhux kapaċi jieqfu lil min ma jimxix sew għax ġew iddisinjati hekk apposta tul is-snin mill-Partit Nazzjonalista u mill-Partit Laburista. Ġew iddisinjati biex ikunu taħt il- kontroll tal-Gvern, b'sistema fejn kollox jiddependi mill- Prim Ministru." Il-kelliem ta' AD Ralph Cassar qal li saħansitra l-Parlament ma jispirax fiduċja. "Min-naħa tal- Partit Laburista għandek parlamentari li għalqu għajnejhom fil-każ ta' Konrad Mizzi. Ministru li baqa' jgawdi l-fiduċja tal-Parlament minkejja li fetaħ kumpaniji sigrieti f 'tax haven. Niftakru li l-Panama hu assoċjat mal- ħasil tal-flus maħmuġin u fejn jinħbew il-flus li joriġinaw minn attività illeċita. Lanqas ma l-Parlament talab għat- tneħħija taċ-Chief of Staff Keith Schembri. Dan biex ma nsemmix istituzzjonijiet oħra bħall-Pulizija, li għalihom qisu ma ġara xejn." "Wara li l-Gvern ta' Gonzi ivvinta l-assistenti parlamentari biex jagħti ċ-ċejċa lill-backbenchers Nazzjonalisti, Joseph Muscat appunta lill-backbenchers Laburisti bħala Chairpersons ta' awtoritajiet u entitajiet pubbliċi, biex itihom rigal ta' eluf kbar ta' ewro f 'salarji," sostna Cassar. Huwa kompla jgħid li dawn il-manuvri jimminaw l-awtonomija tal-Parlament u jrendu lill-Membri Parlamentari pupazzi. "Il- kunflitti ta' interess issibhom ukoll fl-Oppożizzjoni, li mid-dehra lanqas ma tara xejn ħażin fil-fatt li l-Membri Parlamentari tagħha jkunu konsulenti tad-db Group, per eżempju. Simon Busuttil jista' jgħidilna kemm mill- kandidati avukati tal-PN daħħlu commissions mill- iskema oxxena tal-IIP? U xi ngħidu dwar is-sistema ta' kumpaniji fiduċjarji li tqajjem ħafna mistoqsijiet, b'membri parlamentari mill- PN u l-PL, kandidati involuti bħaladiretturi ta' kumpaniji bħal dawn? Jista' Beppe Fenech Adami jgħidilna għaliex ma ivverifikax l-affarijiet sew qabel sar direttur tal-kumpanija fiduċjarja Capital One, investigata fuq ħasil ta' flus mit-traffikar tad-droga?" Il-kelliem ta' AD Mario Mallia qal li l-Membri Parlamentari għandhom ikunu full-timers mhux biss għax hemm ħafna xogħol parlamentari li għandu jsir "imma fuq kollox biex ikun iktar possibbli li jkun evitat il-kunflitt ta' interess bejn ir-responsabbiltajiet parlamentari u dawk professjonali jew li jirriżultaw mix-xogħol. M'għandux ikun possibbli għal Membru Parlamentari li waqt li jkun fil-ħatra jagħmel kwalunkwe xogħol ieħor. Dan jinkludi li Membru Parlamentari ma jkunx jista' jinħatar fuq Bordijiet ta' awtoritajiet u kummissjonijiet kemm dawk maħtura fis- settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat." "Huwa ċar li l-PL u l-PN tul is-snin ma wrewx interess li jsaħħu l-istituzzjonijiet. Jemmnu fil-mantra 'il-gvern tagħna u nagħmlu li rridu'." Jeffrey għal mal-Labour L-eks deputat Nazzjonalista jbiddel il-ħsieb u jiddeċiedi li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali MINKEJJA li kien deċiż li ma jikkontestax l-elezzjoni jidher li l-aħħar żviluppi politiċi biddlu l-ħsieb ta' Jeffrey Pullicino Orlando, eks Deputat Nazzjonalista u llum Chairman tal- Kunsill Malti għax- Xjenza u Teknoloġija. Pullicino Orlando se jkun qed jikkontesta s-seba' distrett, li jinkludi Ħaż Żebbuġ, il-lokalità fejn Pullicino Orlando huwa l-aktar popolari. L-eks deputat Parlamentari tefa' n-nomina tiegħu nofsiegħa biss qabel ma l-Kummissjoni Elettorali waqfet tirċievi n-nomini għall-kandidati f 'din l-elezzjoni. Pullicino Orlando spiċċa ħażin mill-PN, speċjalment wara li ressaq Private Members Bill biex f 'Malta jkun introdott id-divorzju. Pullicino Orlando illum huwa kritiku ħafna tat-tnexxija tal-PN, speċjalment ta' Simon Busuttil u Richard Cachia Caruana. F'kummenti li għadda mal-gazzetta MaltaToday, il-kandidat il-ġdid tal- PL qal li din id-deċiżjoni ċertament ma kinetx waħda faċli. "Joseph Muscat inkoraġġieni biex nikkontesta mal-Partit Laburista. Nemmen li Joseph Muscat għandu jkompli jmexxi dan il- pajjiż," sostna Pullicino Orlando. Meta mistoqsi dwar il- passat tiegħu mal-Partit Nazzjonalista, hu sostna li "kien evidenti li l-PN kien qed jużani biex jirbaħ l-elezzjoni. Il-Partit kien se jitlef u użawni biex jirbħu l-elezzjoni." Pullicino Orlando żied jgħid li l-fatt li tefa' n-nomina tiegħu fl-aħħar ħin wera li hu verament kien ħaseb sew dwar din id-deċiżjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 May 2017