Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/823776
Elezzjoni2017 13 Il-Ħadd 14 ta' Mejju 2017 | illum 2017 INVESTIMENT BIEX NIPPROTEĠUK AĦJAR Investiment rekord fil-Korpi Dixxiplinati għall-ħarsien u l-protezzjoni tiegħek. €85 miljun minn fondi lokali u Ewropej, f'tagħmir ġdid u faċilitajiet moderni biex l-4,500 membru fil-Korpi Dixxiplinati jkunu jistgħu jservuk b'iżjed eċjenza. L-Armata għandha flotta akbar u iżjed teknoloġika li tinkludi tliet ħelicopters u tliet ajruplani għas-sorveljanza ta' pajjiżna mill-ajru, mill-ibħra u fuq l-art. Sabiex tħares il-komunitajiet il-Pulizija saħħet il-flotta tal-vetturi tagħha għal iżjed rondi u nediet servizzi ġodda għal għajnuna lill-vittmi ta' reati. Għal salvataġġ iżjed rapidu, kemm ta' ħajjiet iċ-ċittadin u propjetà tagħhom, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kompla jimmodernizza l-flotta tal-vetturi tat-tifi tan-nar u introduċa sistemi ta' komunikazzjoni iżjed ċari. Illum, xogħol f'Korp Dixxiplinat sar karriera. Twaqqfet l-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati f'Ta' Kandja b'taħriġ u edukazzjoni għal żvilupp kontinwu professjonali. L-opportunitajiet internazzjonali f'tisħiħ ta' ħiliet speċjalizzati żdiedu b'investiment ta' €7 miljuni minn fondi lokali u Ewropej. Tagħmir modern u taħriġ professjonali għal servizz ta' kwalità. 'Simon Busuttil irid iwaqqaf l-investiment f 'Għawdex u jgerrex l-iskola ta' Barts' "GĦAWDEX jinsab f 'salib it- toroq u trid isir għażla. Jew ekonomija dipendenti fuq Malta jew li jkun hemm qabża fil-kwalità, ekonomija li tkun magħquda internazzjonalment biex verament Għawdex jimxi 'l quddiem. L-għażla hija ċara. Is-Sibt 3 ta' Ġunju l-vot ikun irid ikun għal kandidati kollha tal-Partit Laburista biex Għawdex ikompli miexi 'l quddiem." Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal- Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jindirizza attività politika fix-Xewkija. Il-Prim Ministru fakkar kif f 'dawn l-erba' snin kien hemm żieda ta' 1,500 persuna jaħdmu full-time għall-Għawdxin. F'Għawdex illum hemm inqas qgħad. "L-għażla għall- Għawdxin hija ċara għax jafu kif ħdimna f 'dawn l-erba' snin. Raw li meta kellna ċ-ċans, ġibna kumpanija minn Malta. Meta kien hemm iċ- ċans ġibna wieħed mill-akbar films f 'pajjiżna u dan sar f 'Għawdex. Raw kif ħadna ħsieb lil Għawdex qabel Malta meta ġibna l-Università ta' Barts, spjega l-Mexxej Laburista." 47 mill-100 proposta li ressaq għal Għawdex Simon Busuttil, huma mwettqa jew qed isir ħidma fuqhom diġà Filwaqt li tkellem dwar kif huwa evidenti t-tgerfix, "tal- koalizzjoni tal-konfużjoni li moħħha biss biex tipprovoka, provokazzjoni li dan il-moviment mhux se jaqa' għaliha," Joseph Muscat sostna li 47 mill- 100 proposta li ressaq għal Għawdex Simon Busuttil, huma mwettqa jew qed isir ħidma fuqhom diġà. "Huwa diġà ħa żbalji bħal tal-housing, li qal li se jibgħat ċekk meta n-nies ġa sarrfuh, żball meta qal li jrid jagħmel summer school għall-persuni b'diżabbiltà meta diġà jeżistu u l-iżball tal-pensjonijiet." Fost il-mizuri li diġà twettqu jew li hemm il-flus allokati għalihom, Muscat saħaq li hemm il-fibre optic bejn Malta u Għawdex, il-Creativity Hub fix-Xewkija, l-iskola fir-Rabat, Għawdex u d-dar tal-Anzjani f 'Għajnsielem, filwaqt li elenka kif il-first time buyers f 'Għawdex diġà qed jirċievu l-għajnuna għax din il-mizura saret għall-pajjiż kollu. ll-Mexxej Laburista saħaq li fuq in-nofs l-ieħor tal-proposti m'hemm imkien imnizzel minn fejn se jġib il-flus għalkemm hemm proposti pożittivi u li qed jiġu kkunsidrati. Dwar il-proposta li Għawdex ikollu Kunsill Reġjonali, il-Prim Ministru fakkar kif il-Kap tal-Oppożizzjoni kien hu li ftaħar li nnegozja mal- Unjoni Ewropea, xi ħaġa li zgur se jiftakru l-kaċċaturi u n-nassaba, iżda dak iż-żmien ma rnexxilux jagħmel dan. "L-iktar biċċa xogħol importanti u li l-Għawdxin indunaw li Simon Busuttil ħalef li jneħħi huwa l-investiment fil-qasam tas-saħħa f 'Għawdex, investiment li permezz tiegħu se jkollna sptar ġdid f 'Għawdex. Servizzi ġodda fosthom; spizerija ġdida, laboratorji, MRIs, PET Scans, ITU akbar, CCU ġdida, servizzi ġodda u aktar imkabbra tal-Ortopedija u tal-Għadam, CAT Lab u servizzi ġodda tal-Onkoloġija. Simon Busuttil irid iwaqqaf dan kollu u jgerrex l-iskola ta' Barts. L-ebda skola mhu se tiġi jekk ikun hemm min jilgħab b'dan il-mod, qal il-Mexxej tal- Partit Laburista filwaqt li semma kif l-ewwel 30 student barrani huma diġà kkonfermati, li se jitilgħu għal 300 u li se jħallu fl-ekonomija Għawdxija €4miljun fis-sena." Il-Prim Ministru waqt l-iffirmar bejn il-Gvern u Barts